Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277
illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 11 VotEWROPA 2019 tal-abort f 'Malta. Allura l-Partit Nazzjonalista għalfejn qabad ma' dan is-suġġett u ma jridx jitilqu? Għax vera jemmen hekk? Jew għall-konvenjenza politika? Delia kien irresponsabbli għalkollox meta ddeskriva l-elezzjonijiet tal-bieraħ bħala referendum fuq l-abort. Allura jekk jirbaħ il-Partit Laburista, kif hu mistenni li jseħħ, nistgħu ngħidu li l-maġġoranza tal- Maltin iridu l-abort? Din Delia ħasibha? Mill-banda l-oħra, biex jaqtgħuha darba għal dejjem li l-Partit Laburista mhux se jaħdem biex idaħħal l-abort f 'Malta, aktar kandidati Laburisti misshom wieġbu għall-kwestjonarju mibgħut lilhom mill-Fondazzjoni Life Network. It-taxxa: argument ieħor imġebbed! Smajna ħafna dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Il-Partit Nazzjonalista għamilha waħda mill-ġlidiet ewlenin tiegħu u baqa' jinsisti dwarha anke meta Joseph Muscat għamilha ċara li hu kontra l-proposta tas-Soċjalisti sħabu stess. Bħall-abort, sal-lum, ħadd ma jista' jindaħal lil Malta jew stat membru ieħor fuq is-sistema tat-taxxa. Minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista baqa' jisħaq li vot favur "il-Partit Soċjalista Malti" huwa vot favur l-armonizzazzjoni tat-taxxa. L-MEPs Laburisti ħarġu jakkużaw lil dawk Maltin li kienu huma li vvutaw biex Malta ma jibqax ikollha dritt li tiddeċiedi hi t-taxxa tagħha. Kien argument ieħor imġebbed! Iż-żewġ partiti, it- tnejn iċċaraw u saħqu li huma kontra. Iridu jkunu mġienen biex jaqblu. Mela allura għalfejn bqajna għaddejjin biha? Il-barrani: diskussjoni mimlija ċpar Ejja naqtgħuha darba għal dejjem! Il-Partit Nazzjonalista qatt ma qal li ma għandniex naċċettaw aktar immigranti, li għandna nagħlqu l-portijiet, li għandna nħallu d-dgħajjes bl- immigranti bejn sema u ilma. Huwa l-Partit Laburista li pprova jdaħħal f 'moħħ il-poplu li dan huwa l-argument tal- Partit Nazzjonalista. Muscat ipprova jagħmel hekk fl-ewwel dibattitu tiegħu ma' Adrian Delia meta kważi kważi għajru inkosistenti għax kien iffirma ittra, ma' għadd ta' avukati kontra l-pushback. Iżda Delia dejjem insista li d-drittijiet tal-persuni għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox! Jekk xejn, il-Prim Ministru hawn kien qed ifakkar li hu kien dak li wiegħed u hedded bil-pushback. L-argument tal-barranin li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista huwa li l-Gvern qed ikabbar l-ekonomija bil-barranin u dan mhux sostenibbli. Qed jisħaq li l-pajjiż jeħtieġ jippjana fit-tul, biex jara x'impatt se jkollha ż-żieda fil-popolazzjoni fuq l-ambjent, l-infrastruttura u l-prezzijiet tal-kera fil-pajjiż. Dan huwa l-argument li qed jagħmel il- Partit Nazzjonalista. Madanakollu, anke l-argument ta' Delia huwa ġust u wieħed jifhmu, ħadd ma jaf x'qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista. Se nillimitaw kemm jidħlu barranin fil-pajjiż? U jekk se nagħmlu hekk ħa nagħżlu min jidħol? Il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li qed jagħmel argument ġust, baqa' tul kampanja sħiħa ma ssostanzjahx l-argumenti tiegħu b'soluzzjoni. L-ambjent: skoperta ta' qabel l-elezzjoni? L-ambjent. Ngħiduha kif inhi, ħadd mhu kuntent bl-istat tal-ambjent f 'pajjiżna. Kulħadd qed igerger. Vera li l-Gvern nieda strateġija biex jinqata' l-plastik li jintuża darba biss u ħabbar proġett għat-tkabbir tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. It-tnejn li huma pożittivi, iżda qabel l-elezzjoni kulħadd iħobb iroxx, dan bħaċ-ċekkijiet u r-raba' vapur. Il-fatt jibqa' li fl-aħħar snin, l-ambjent ħa daqqa 'l isfel. L-argument tal-Prim Ministru, fejn tidħol il-kostruzzjoni huwa li l-akbar proġetti, anke dawk kontroversjali saru skont il-politika tal-iżvilupp li l-Partit Nazzjonalista daħħal fl-2006. Joseph Muscat żvela l-proġett tat-tkabbir tal-Park Nazzjonali. Imma Delia kellu raġun ilbieraħ meta qal lill-Prim Ministru biex iħares 'il quddiem. Vera li forsi mhumiex l-aqwa pjani lokali, iżda l-Gvern ma jistax jibqa' jfarfar ir- responsabbilità fuq il-Gvernijiet Nazzjonalista. Issa ilu sitt snin fil-Gvern. Din hija t-tieni leġiżlatura tiegħu. Jekk huma ħżiena, kien missu biddilhom. Il-kanċer: il-PN seta' indirizza dan is-suġġett sensittiv aħjar Marbuta mat-tema tal- ambjent, il-Partit Nazzjonalista tkellem ħafna fuq l-arja. Hija tema attwali. Qabad statistika riċenti tal-Eurostat u insista dwar l-arja ħażina f 'Malta. Ma' dan rabat b'mod tajjeb il-kwistjoni tat-traffiku (anke jekk l-uniku soluzzjoni li offra kienet li jkun hawn mezz ta' trasport tal-massa, mingħajr qatt ma spjega x'għandu f 'rasu), iżda fuq kollox il-ġlieda kontra l-kanċer. Mhux se nidħol fil-mertu jekk il-billboard tal-Partit Nazzjonalista kienx insensittiv jew le. Madanakollu, kien ikun aktar effettiv kieku kien aktar konkret u spjega proposta tal-PN jew inkella tkellem fuq fondi Ewropej li jistgħu jinkisbu biex il-pajjiż ikun jista' jinvesti aktar fil-kura tal-kanċer. Temi oħra importanti ngħataw il-ġenb jew issemmew fuq fuq… Jidher li t-temi ewlenin f 'din l-elezzjoni kienu dawk li insista dwarhom il-Partit Nazzjonalista, jiġifieri l-abort u t-taxxa, iżda din il-kampanja nesiet jew tat il-ġenb temi oħra l-aktar li jolqtu n-nies. Ftit li xejn smajna dwar il- kera, dwar l-akkomodazzjoni, dwar il-pagi. Issemmew ftit li xejn waqt xi attività politika, iżda kif jgħid l-Ingliż, kienu sempliċiment 'a passing comment.' L-istess fejn tidħol l-immigrazzjoni. Wieħed kien jistenna li f 'din il-kampanja, it-tema Ewropea u nazzjonali tal-immigrazzjoni irregolari kienet se tkun fiċ-ċentru. Biex ngħidu kollox, il-Partit Nazzjonalista tkellem u indirizza ċertu setturi li huma żgħar iżda li din l-elezzjoni tinteressahom. Tkellem fuq il- biedja, fuq is-sajd, fuq il-kaċċa u pprova jiġbed lejh dawn in-niċeċ ta' votanti billi spjega kif jistgħu jibbenefikaw huma wkoll mill-Unjoni Ewropea. Il-kandidati: il- Partit Nazzjonalista jesponihom aktar Dan iwassalna biex nitkellmu fuq il-kandidati. Il-Partit Nazzjonalista tahom aktar spazju. Kellhom ħafna aktar ċans li jitkellmu u fil-fatt dan kien il-messaġġ ta' Delia tul il-kampanja. Fil-bidu tal-kampanja elettorali insista li din mhijiex elezzjoni bejnu u bejn Joseph Muscat u baqa' jisħaq dwarha sal-aħħar anke jekk il-Partit Laburista qed jikkampanja bil- kontra. Propju għalhekk li sal-aħħar, inkluż fl-aħħar billboards, il- Partit Nazzjonalista poġġa fuq quddiem il-kandidati tiegħu. Imbotta l-messaġġ tagħhom. Dawk ġodda ngħataw iċ-ċans li jispjegaw il-prijoritajiet tagħhom (mhux tal-partiti) u l-Ewroparlamentari attwali (li l-Partit Laburista dejjem pinġihom f 'dawl ikrah) ingħataw iċ-ċans li jitkellmu fuq dak li wettqu u l-liġijiet li ħadmu fuqhom. Wieħed jista' jisħaq u jargumenta wkoll li l-Partit Nazzjonalista għażel din l-istrateġija għax Delia mhuwiex l-aqwa karta li jista' jilgħab il-Partit Laburista, kif jista' jagħmel il-Partit Laburista b'Muscat. Min jaħseb hekk, jista' jkun li għandu raġun ukoll. Joseph Muscat ma jridx jirbaħ…irid jirbaħ bi kbir Meta Joseph Muscat baqa' jpoġġi lilu nnifsu fuq quddiem nett tal-kampanja u saħansitra poġġa wiċċu fuq il-billboards, kien qed iwassal messaġġ wieħed: "Ejja ħa nirbħu u nirbħu bi kbir." Jaf li l-kwistjoni Egrant tiġbed in-nies! Għalhekk ħa l-opportunità mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u ħeġġeġ lil-Laburisti biex "jagħtu risposta," lil dawk li fi kliemu gidbu fuqu. Jaf li jgawdi popolarità kbira, aktar mill-Partit Laburista u għalhekk jaf li jekk jidher fuq quddiem, jekk ikun il-wiċċ tal- kampanja, il-Partit Laburista se jmur tajjeb. Jekk vera se jitlaq, Muscat irid akkost ta' kollox li jitlaq b'bagalja ta' rebħiet kbar. Il-partiti ż-żgħar: tilfu opportunità li jikbru Dwar il-partiti ż-żgħar ma tantx se nieħu spazju. Ftit li xejn hemm xi tgħid. Kienu assenti. Huma qed iwaħħlu fil-mentalità li daħħlu l-partiti l-kbar, iżda din l-iskuża llum ma treġġix. Hemm mezzi fuq mezzi kif twassal il-messaġġ tiegħek. Bdiet tgħaxxaqha l-Alternattiva Demokratika. Aktar ma hemm bżonn li jkunu magħquda, l-Aleternattiva spiċċat tilfet lill-akbar riżorsa tagħha, lil Arnold Cassola, minħabba argument pwerili fuq l-abort. Il-Partit Demokratiku flok deher organizzat u rikeb fuq il-fatt li hu diġà qiegħed fil- Parlament, deher diżorganizzat meta "minħabba żball uman" nesa lid-Deputat Kap tiegħu, Timothy Alden, fuq il-lista tal-kandidati għall-kunsilli lokali u fl-aħħar jiem, spiċċaw ma jaqblux għalkollox fuq il- kwistjoni tal-abort. Dehru wkoll mhux ippreparati meta kellhom ftit ċans li kellhom biex isemmgħu leħinhom. Bagħtu kandidati biex jitkellmu waqt id-dibattiti tal-Awtorità tax- Xandir li spiċċaw ilaqilqu u jidhru skomdi quddiem ċertu mistoqsijiet. U x'proposti konkreti ħarġu bihom? Ħadd ma jaf. Mhux ta' b'xejn li skont is- sondaġġi huma diversi dawk li flok qed iħarsu lejn il-PD u l-AD bħala vot ta' protesta, qed iħarsu lejn kandidat li jgħid li Aushwitz huwa "Disneyland tal-Ewropa." interess u ċuċati fuq il-billboards Analiżi