Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 | illum Matul is-sajf li għadda, l-impjant ingħata dawra kbira li fiha ntefqu madwar €2 miljun. Partijiet mill-impjant inqalgħu u nġiebu f 'kundizzjoni mill- aqwa filwaqt li sar ukoll tindif intensiv f 'kull żona tal-impjant. Twaħħlu wkoll bibien ġodda biex ċerti partijiet tal- impjant li jipproduċu r-riħa jingħalqu u l-arja titnaddaf qabel toħroġ kif ukoll kienu introdotti prattiċi ġodda li jippermettu li d-drenaġġ jasal aħjar fl-impjant. Filwaqt li f 'pumping stations primarji bħal eżempju tal- Gżira u tal-Marsa, beda jiżdied materjal partikolari, calcium nitrate, biex jillimita l-ġenerazzjoni ta' gassijiet li jwasslu għall-irwejjaħ. Fix-xhur li ġejjin, fil-pumping stations primarji se jitwaħħal ukoll makkinarju ta' aeration ħalli l-kundizzjoni tad- drenaġġ tkompli titjieb. Barra minn hekk, saru numru kbir ta' modifiki iktar żgħar fuq l-impjant biex dan ikun jista' jiffunzjona bl-aħjar mod possibbli. Riżultati li jqawwulna qalbna, madankollu fadal xi jsir. Se jitbattlu u jitnaddfu wkoll id- digestors li huma żewġ tankijiet li jintużaw biex jiġġeneraw l-enerġija mis-sludge. Proċess li għadu qatt ma sar u li hemm bżonn li jsir. Filwaqt li l-Korporazzjoni qiegħda taħdem ukoll b'mod intensiv ħafna fuq l-impjant ta' Sant Antnin li għadu wkoll jgħin bil-kbir lil Barkat jiffunzjona aħjar. Sant Antnin qed ikun upgraded b'teknoloġija ġdida biex b'hekk ikun jista' jiffiltra ilmijiet diġà ffiltrati sa 3 millimetri b'effiċjenza liema bħalha biex itaffi l-piż li jaqa' fuq Ta' Barkat. Proġett ta' €7 miljun li se nibdew naraw il-frott tiegħu lejn l-aħħar tas-sena. Nifhem li r-residenti tan-naħa ta' isfel ta' Malta għandhom aspettattivi kbar u aħna qed naħdmu mingħajr ebda heda biex dawn l-aspettattivi jintlaħqu. Fosthom qed isir xogħol biex tiġi riżolta l-problema li qed joħloq id-demel fis- sistema tad-drenaġġ, liema inċidenti jikkawżaw ħsara u rwejjaħ tremendi. Impjant ieħor li kellu problemi kbar huwa dak ta' Għawdex li kien fi stat li ta' kuljum eluf kbar ta' litri ta' drenaġġ kienu jispiċċaw il-baħar mhux trattati. Il-kawżi ta' dan kienu diversi imma primarjament kienu jirrelataw mal- ammont esaġerat ta' demel li kien jintrema fis-sistema tad-drenaġġ. Impjant li matul l-aħħar sena tbattal u daru l-mekkaniżmi tiegħu u ħafna minnhom installati mill-ġdid. L-impjant illum qed jopera bl-aħjar mod li opera minn mindu kien installat. Il-Korporazzjoni, id f 'id mal-Ministru għal Għawdex ħadmet ukoll fuq sistema li titratta d-demel, alternattiva filwaqt li tiżgura li l-impjant jitħalla jopera. F'dan ir-rigward sar xogħol kbir u fil-ġimgħat li ġejjin se tkompli titjieb it-teknoloġija tat-tisfija żviluppata mit-tekniċi tal-Korporazzjoni u oħrajn barranin. Madankollu, bħal f 'kull impjant ieħor, hemm ħafna affarijiet li jistgħu jmorru ħażin, speċjalment meta jkun hemm rimi fid-drenaġġ li mhux regolari, u għal każi bħal dawn, anke jekk mhux frekwenti, importanti li jkun hemm outfall fi stat tajjeb. Bħalissa qegħdin ikunu rranġati siti kruċjali li tul is-snin intelqu u li ma kellhom l-ebda manutenzjoni sinifikanti għal tal-anqas dawn l-aħħar għoxrin sena. Eżempju, ġie ppreparat tender biex jerġa' jinbeda mill-ġdid il-ġibjun ta' Ħal Luqa li sa mill-2004 ġew identifikati problemi fih. Beda xogħol intesiv ukoll fuq il-pumping station tal-Gżira li għandha valur kruċjali fis-sistema tal-ġbir tad-drenaġġ u anke valur arkittettoniku uniku. Il-Korporazzjoni qiegħda taħdem ukoll ma' entitajiet oħra b'mod primarju Infrastructure Malta, il-Kunsilli Lokali u anke l-GHRC biex tassisti fuq xogħlijiet infrastrutturali fuq it-toroq billi tipprovdi proposti u assistenza fuq infrastruttura taħt l-art. Matul is-sena l-oħra il-Korporazzjoni varat sit eletroniku ġdid, brand identity u ġiet anke rristrutturata l-istruttura maniġerjali tal-Korporazzjoni. Il-Korporazzjoni saħħet il-pożizzjoni tagħha kemm fejn tidħol cash flow u anke rrnexxielha tirreġistra surplus ta' 'l fuq minn €6 miljun. Riżultati inkoraġġanti ħafna, madankollu fadal ħafna xi jsir. Is-sitt sena konsekuttiva li l-Korporazzjoni għamlet profitt u kompliet tnaqqas id-dejn. L-għaqal fit-tmexxija wassalna wkoll biex nirdoppjaw il-profitti minn €3 miljuni għal iżjed minn €6 miljun. Telf tal-ilma Il-konsum totali tal-ilma tax-xorb fl-2018 qabeż it-33 miljun metru kubu - 60% ta' dan l-ilma ġej mir-reverse osmosis u l-40% l-oħra ġejjin mill-ilma tal-pjan. Meta wieħed jara l-patterns ta' produzzjoni tal-ilma mill-ewwel jinduna li din kienet stabbilizzata u dan hu mertu ta' sforz enormi biex ikunu kkontrollati l-leaks. Madankollu t-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fl-influss ta' turisti qed iwasslu għal żieda gradwali fid-domanda. Il-Korporazzjoni hi ppreparata biex tilqa' din l-isfida u għandha proġezzjonijiet li jmorru sas-sena 2050. Ta' min wieħed jgħid li l-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea huwa bbażat fuq dawn in-numri. Proġett li se jwassal ukoll biex b'mod effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent, it-taħlita tal-ilma se tkun qed tibda tiġi komposta bħala 70% reverse osmosis u 30% biss ilma tal-pjan. Dan se jwassal għal prodott b'togħma ferm aħjar għax l-imluħa fl-ilma se jitnaqqsu bin-nofs. L-investimenti fuq l-impjanti tar-reverse osmosis se jippermettu wkoll effiċenzja ferm aħjar li se jwasslu għal tnaqqis ta' 8.1% fl-enerġija speċifika. Dan se jkun ifisser madwar 0.31% bħala tnaqqis fid- domanda totali għall-enerġija fil-pajjiż. Is-sena 2018 kienet kruċjali wkoll għat- tnaqqis fit-telf tal-ilma. Fis-sajf tas-sena 2018 il-Korporazzjoni biegħet aktar ilma filwaqt li pproduċiet inqas mis-sena ta' qabel. Ittestjar tal-ilma Il-Korporazzjoni għandha wieħed mill- aqwa laboratorji fil-pajjiż li jagħmel eluf ta' testijiet kemm fuq l-ilma tax-xorb, l-ilma li jitqassam lill-bdiewa, u anke fuq id-drenaġġ. Dan ir-reġim rett ħafna hu intiż li jiżgura li l-ilma li jasal għand in- nies ikun wieħed sigur 100% u li dejjem jilħaq ir-rekwiżiti neċessarji u dejjem skont parametri stabbiliti mil-liġijiet. Fl-2018 kienu varati wkoll numru ta' mobile labs li taw flessibbilità ġdida lix-xjentisti tal-Korporazzjoni. Ħarġu u ġew aġġudikati t-tenders biex ikunu installati sistemi fuq in-network tad- drenaġġ biex jagħtu idea ċara ta' xi jkun qed jintrema fin-network biex jittejjeb l-infurzar. Filwaqt li lejn l-aħħar tas- sena bdew ukoll preparamenti biex il- laboratorju jtejjeb l-effiċjenza tal-operat tiegħu. Il-Korporazzjoni permezz tal-inġiniera u xjentisti tagħha ħadet sehem ukoll f 'diversi attivitajiet edukattivi fejn anke varat il-kunċett ta' 'Water Bar' fejn in- nies setgħu jduqu l-ilma tal-futur biex jaraw it-titjib konsiderevoli li se jkun hemm fit-togħma tal-prodott. Servizz ieħor li qed jintlaqa' tajjeb ħafna minn nies hu li permezz ta' softwares żviluppati f 'dawn l-aħħar ħames snin, il-Korporazzjoni għandha mezzi biex tinforma lin-nies li jkollhom leaks f 'darhom. Fl-2018, 2,800 persuna ġew infurmati bi problemi simili u saru 'l fuq minn 3,000 żjara fid-djar tan-nies biex ikun investigat konsum għoli ta' ilma u anke leaks. Il-Call Centre tal-Korporazzjoni kompla jissaħħaħ ukoll u din is-sena ġew introdotti wkoll servizzi ġodda inkluż is-servizz ta' live chat fuq is-sit u anke interattività ġdida fuq is-social media. Fejn tidħol il-ġlieda kontra s-serq tal-ilma saru 1,300 spezzjoni li 40 każ minnhom irriżultaw f 'allegat serq. Qed isir investiment kbir ukoll fejn jidħlu cctvs u fil-patrols li jagħmlu l-uffiċjali tas-sigurtà tal-Korporazzjoni. Kien hemm iżjed minn 13,000 spezzjoni bi żjarat fuq boreholes, ġibjuni, pumping stations, u assi oħra. Tajjeb li nsemmu ukoll li fl-2018 il- ħaddiema attendew 'il fuq minn 12,000 siegħa ta' taħriġ b'mod globali. Is-sena 2019 se tkun sena ta' konsolidazzjoni hekk kif se niffokaw biex inkomplu nikkapitalizzaw fuq il-momentum li ksibna, inkomplu nirriġeneraw is-servizzi li nagħtu biex inpoġġu l-klijenti fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. L-ilma huwa riżorsa importanti mhux biss għall-eżistenza tagħna l-bnedmin, imma anke għall-ambjent u l-ekonomija tagħna, għalhekk jeħtieġ li nużawh b'mod aktar sostenibbli, biex b'hekk ikollna provvista sigura għalissa u għall-futur. Nirringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol kollu li sar u ninsab ċert li se nkomplu niksbu riżultati tajbin. se jbiddel il-mod mqassam Il-Mina bejn Pembroke u Ta' Qali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019