Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 minn Cristian Antony Muscat KANE Farrugia - xprun ewlieni biex Sirens FC kisbu promozzjoni storika għall-Kampjonat Premier. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Niftakar meta kien għad kelli biss sitt snin, missieri kien ħadni fin- nursery ta' Tas-Sliema. Minn hawn tista' tgħid li nibtet din il-passjoni tiegħi lejn dan l-isport fejn qattajt 12-il sena ma' dan il-klabb u li matul dan iż-żmien bl-għajnuna tal-kowċis li kelli kbirt ħafna kemm f 'dak li huwa futbol kif ukoll bħala persuna. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Sirens? Din is-sena kienet waħda li żgur fil-bidu tal-istaġun ma stennejtx li kienet ħa tispiċċa b'dan il-mod. Fuq nota personali, kont ili wieqaf mil- logħba tal-futbol minn Novembru tas-sena 2017. Kien grazzi għall- kowċ Vince Carbonaro u l-kumitat ta' dan il-klabb li emmnu fil- kapaċitajiet tiegħi u tawni ċ-ċans li nerġa' nibda nilgħab, biex fl-aħħar id-destin wassalna biex niċċelebraw il-promozzjoni u r-rebħ tal- kampjonat flimkien. Nitkellmu dwar l-istaġun ta' Sirens. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun? Fil-bidu tal-istaġun ħadd ma kien jobsor illi t-tim kien ħa jasal s'hawn. Tajjeb li wieħed jirrimarka illi t-tim huwa magħmul minn plejers kważi kollha ġodda, però malli bdejna nilagħbu l-friendlies indunajna li din l-iskwadra kellha l-potenzjal meħtieġ biex nissieltu mat-timijiet ta' fuq. Il- logħba tagħna kienet ibbażata fuq pussess tal-ballun u kemm jista' jkun nirbħu l-ballun malajr meta nitilfuh. Dan il-metodu li introduċa l-kowċ deher illi ħadem tajjeb ħafna biex logħba wara l-oħra wassalna għas-suċċess. X'taħseb li kien is-sigriet tas- suċċess biex bħala Sirens ksibtu l-promozzjoni għall-Premier? Fl-opinjoni tiegħi il-konsistenza u l-kollettività kienu żewġ ingredjenti essenzjali biex ksibna kemm il-promozzjoni kif ukoll ir-rebħ tal- kampjonat. Ma nistax ma nsemmix il-professjonalità u l-attitudni pożittiva tal-plejers kollha, speċjalment dawk illi kellhom inqas ċans jilagħbu minn ħaddiehor, illi meta l-kowċ ġie bżonnhom, mhux talli taw sehemhom, iżda talli kienu parti essenzjali minn dan is-suċċess li ksibna. Irrid insemmi wkoll lill- kowċis u l-kumitat li rnexxielhom iżommu l-grupp magħqud sal- aħħar biex fl-aħħar iċċelebrajna dan is-suċċess flimkien. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Għalkemm naqbel li hemm differenza fil-livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt, fil-ġurnata kulħadd kapaċi jagħtik logħba. Apparti minn hekk sa ftit logħbiet qabel ma spiċċa l-kampjonat, kellek ħames timijiet f 'nofs il- klassifika jissieltu għat-tielet post kif ukoll timijiet li kienu lejn l-aħħar tal-klassifika li rebħu punti kontra timijiet iżjed ikkwotati minnhom 'il fuq fil-klassifika. Dan juri wkoll li l-kampjonat tal-First Division huwa wieħed miftuħ u imprevedibbli. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva naqbel. Nissuġġerrixxi illi l-klabbs jikkonċentraw iżjed fuq il- kwalità tal-barranin. Aħjar ikollok tlieta u tajbin, milli jkollna tmienja u jkun hemm minnhom li l-livell tagħhom huwa tajjeb daqs jew inferjuri mill-Maltin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni? Nemmen illi kemm il-Victor Tedesco Stadium kif ukoll il-Luxol Stadium waslu biex isir investiment simili bħal dak tas-Centenary Stadium u jinbidel il-ħaxix sintetiku tagħhom. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun sa issa? L-irwol tal-uffiċjali tal-partita huwa wieħed diffiċli immens fl-opinjoni tiegħi. F'kull partita jkun hemm deċiżjonijiet li jew tim jew ieħor ma jaqbilx mad- deċiżjoni li tkun ittieħdet, però tajjeb li napprezzaw li ġieli bil- kumdità kollha minn quddiem it-televixin naraw azzjoni iżjed minn darba u nkunu għadna mhux ċerti x'għandha tkun id- deċiżjoni finali. Jien nemmen li dan l-istaġun il-kontroll tar-referis kien wieħed sodisfaċenti u nixtieq nirringrazzjahom tax-xogħol siewi li jagħmlu. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Jekk plejer ma jkunx lest li jagħmel sagrifiċċji, ħa tkun diffiċli biex jikseb suċċess fil-karriera tiegħu. Fost is-sagrifiċċji li wieħed irid jagħmel huma, li jkun lest li juża l-ħin liberu tiegħu biex jaħdem fuq in-nuqqasijiet tiegħu u jipprepara lilu nnifsu bl-aħjar mod possibbli. Wieħed irid ukoll jieħu ħsieb in-nutrizzjoni tiegħu, x'jiekol u x'jixrob. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhijiex faċli li tlaħħaq mat- tnejn fil-verità, però jekk tkun iddixxiplinat jirnexxielek issib ħin għal kollox. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Illum li ħadt tliet promozzjonijiet mill-First għall- Premier u issa anke rbaħt il- kampjonat tal-ewwel diviżjoni, inħares lejn opportunità biex nirritorna fil-Kampjonat Premier. Però, jekk din ma tirnexxix, il-futur tiegħi jkun ma' klabb fl-ewwel diviżjoni li għandu ambizzjoni li jikseb promozzjoni fil-kampjonat li jmiss. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi huwa biex jieħdu t-taħriġ bis-serjetà, biex jisimgħu mill-pariri tal-kowċis tagħhom u biex meta jaffaċċjaw ruħhom b'xi ostaklu, ma jaqtawx qalbhom, anzi jaħdmu iżjed biex dak l-ostaklu jegħlbuh. Fil-ħajja xejn ma jiġi b'xejn, is-suċċess irridu naħdmu għalih u biex naslu għas-suċċess wieħed irid jagħmel is-sagrifiċċji u jegħleb l-ostakli biex fl-aħħar joħroġ rebbieħ. Fl-aħħar nett nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lill-mara tiegħi tal- paċenzja u s-sapport tagħha, u lil missieri u ommi, għax li kieku ma kienx għalihom dan kollu ma kienx ikun possibbli. illum Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 'Il-konsistenza u l-kollettività kienu essenzjali biex ksibna kemm il-promozzjoni' - Kane Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019