Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 Minn Albert Gauci Cunningham NHAR l-Erbgħa sar l-aħħar dibattitu bejn il-mexxejja politiċi. Dibattitu li ma kienx jaħraq u lanqas wisq eċitanti biż-żewġ mexxejja politiċi jgħidu l-affarijiet li prattikament ilhom jgħidu mill- bidu tal-kampanja u saħansitra qabel. X'differenza mid-dibattiti mqanqlin bejn Joseph Muscat u Lawrence Gonzi jew Gonzi u Alfred Sant jew Eddie Fenech Adami u Mintoff. Forsi m'hemmx l-elettriċità li konna mdorrijin biha qabel, biż-żewġ mexxejja kważi jitqabdu u jitbaqbqu. Jista' jkun li dan jirrappreżenta wkoll il-fatt illi fil-pajjiż bħalissa la hawn xi ħeġġa kbira għal dawn l-elezzjonijiet u lanqas hawn kwistjonijiet jaħarqu u fundamentali għall-pajjiż bħalma kellna fl-2003/4 fir-rigward tad-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Imma ejja nagħtu ħarsa iktar profonda lejn id-dibattitu ta' nhar l-Erbgħa, il-punti li tkellmu dwarhom iż-żewġ mexxejja politiċi, fejn kienu b'saħħithom u fejn ma kinux. Adrian Delia: progress qawwi fil- mod kif iwassal il-messaġġ. Imma qed ilaħħaq ma' Muscat? Adrian Delia għamel progress qawwi fil-mod kif jgħaddi l-messaġġ tiegħu, mill-ewwel diskors tiegħu fuq il-Fosos f 'Settembru tal-2017 sal-mod kif wassal il-messaġġ tiegħu waqt id-dibattitu. Il-messaġġ u l-mod kif twassal kienu ħafna iktar koerenti. Id- diskors kien ħafna aktar ċar, ħafna iktar dirett u ħafna iktar marbut mar-realtà ta' bosta familji Maltin u Għawdxin. Bla dubju t-titjib f 'Delia kien kostanti. Dak tal-Erbgħa mmarka dan il-progress. Imma l-progress ta' Delia huwa biżżejjed biex jibda jiekol mis-saħħa ta' Muscat? 'Is-surplus min qed iħossu?' Delia, bl-aktar mod ċar kien qed jappella għal dawk il-faxex ta' nies li jew baqgħu bejn wieħed u ieħor fejn kienu fl-2013 jew inkella saħansitra marru għall-agħar minħabba żieda fil-prezzijiet ta' prodotti, żieda fil- kirjiet jew ċirkostanzi personali. Fid-dibatitu, għal darbtejn, għamel referenza għas-surplus u staqsa fejn mar dan is-surplus. Issa Delia jaf illi dan il-Gvern wettaq miżuri fiskali favur il-ħaddiema u pensjonanti, imma jaf ukoll illi hemm faxex ta' nies li jinsabu: 1) maqbudin f 'post tax-xogħol b'paga baxxa bi ftit prospetti ta' paga aħjar minħabba ħaddiema (ġeneralment barranin) li lesti jaħdmu għall-karawett, 2) persuni, anke jekk huma ftit, li għandhom il-mannara tal-kirja fuq rashom u 3) persuni u familji li mhumiex qed ilaħħqu mal-ħajja. Delia jaf ukoll li l-Gvern bl-għajjat tas-surplus għolla l-aspettattivi popolari u n-nies qed nistennew ħafna, forsi qed jistennew aktar milli qed jagħtihom il-Gvern. Huwa ċar illi lbieraħ Delia kien qiegħed jappella għal dan is-sentiment, għas-sentiment popolari li 'basta qed nagħmlu l-profitt u l-pagi baqgħu l-istess.' Naturalment iż-żieda fil-paga mhix responsabbilità tal-Gvern meta dik il-paga hija tal-privat u allura, għalkemm hija kritika li tinħass, is-soluzzjoni għal pagi baxxi mhux daqstant faċli, jekk mhux permezz ta' tisħiħ tat-trejdunjoniżmu. Hu appella għal dan is-sentiment ukoll meta rrefera għaż-żieda fil- Prodott Domestiku Gross (GDP) u qal li dan ma jfissirx li kulħadd sejjer tajjeb, għalkemm ammetta li hemm min sejjer tajjeb ħafna u min sejjer tajjeb. Huwa importanti fil-fatt, għalkemm mhux biżżejjed, li Delia dejjem iserraħ ras dawk li sejrin jew se jmorru tajjeb taħt Gvern Laburista, formola użata minn Joseph Muscat biex jirbaħ lill-klassi tan-negozjanti u l-intraprendituri, klassi li għal ħafna snin tat l-appoġġ lill-PN. L-abort: żball strateġiku jew għaqal? L-abort, xi ftit jew wisq, iddomina din il-kampanja iktar minn kampanji oħrajn. Il-punt ta' Delia dwar il-manifest tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) fil-fatt jagħmel sens għaliex l-S&D iswed fuq l-abjad qed iwiegħdu l-abort. Minkejja dan, l-enerġija li ntefgħet fuq dan is-suġġett minn Delia missha ntefgħet fuq il-kirjiet u l-prezzijiet tal-ikel u l-ambjent u kwistjonijiet bħall-VGH u l-iżbalji fil-kontijiet, il-pagi u aktar. Tkellem tant Delia fuq dawn il- kwistjonijiet f 'din is-sena u nofs! Hija inkonċepibbli li meta mbagħad waslet il-kampanja Delia ta inqas importanza lill-kwistjonijiet li fihom hu b'saħħtu u ħafna importanza lil kwistjoni illi sa qabel April ħadd ma kien qed jitkellem dwarha. Barranin, pompi u aktar... Delia kien b'saħħtu meta għadda botta dwar il-pompi tal-petrol u l-karozzi elettriċi għalkemm forsi ma fetaħx biżżejjed dwar dan is-suġġett. Għandu raġun meta jitkellem dwar iffullar, pereżempju, minħabba nuqqas ta' ppjanar mill-Gvern. Il-problema ta' Delia fuq il- barranin mhix l-ilment tiegħu imma hija r-risposta għall-mistoqsija; 'imma x'inhi l-alternattiva?' Delia m'użax il-ħin, anke jekk limitat, biex jitkellem biżżejjed fuq il-proposti tal-PN dwar il-kanċer, id-dijabete, il-bdiewa, is-sajjieda, il-barranin u aktar. Biex tinbena l-perċezzjoni li dik tal-PN hija oppożizzjoni propożittiva hemm bżonn li jsir aktar aċċenn fuq il- proposti. Naturalment Delia jibqa' b'saħħtu fuq kwistjonijiet bħal privatizzazzjoni tal-VGH li sejjaħ 'oxxenità', li xi jew ftit jew wisq fil- fatt hi u meta semma l-ambjent li qal illi jinsab taħt 'assalt'. Sfortunatament id-deċiżjoni li jkabbar iż-żoni tal- iżvilupp hija xi ħaġa li għamel Gvern Nazzjonlista u li għadha friska fil- memorja kollettiva. Joseph Muscat: jibqa' kelliem eċċellenti, imma dwar il-barranin mhux konvinċenti Il-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat jibqa' kelliem fenomenali: konvinċenti, ċar u kredibbli. Minkejja dan hemm kwistjonijiet, u dawn qed jiżdiedu, fejn il-faxxinu tal-kliem mhux biżżejjed. Tajjeb u veru li l-barranin qed jiġu pajjiżna "għax hawn ix-xogħol". Hekk hu u Muscat għandu raġun. Imma dan ma jfissirx li wieħed jista' jitfa' fil-ġenb realtajiet lokalizzati dwar il-barranin f 'pajjiżna. Huwa fatt li żdiedu n-nies u ċerti servizzi, inkluż xi minn daqqiet tas-saħħa mhumiex qed ilaħħqu, huwa fatt li ż-żieda fil-popolazzjoni qed twassal għal iffullar kbir (u allura inkonvjent) fuq it-trasport pubbliku, huwa fatt li d-domanda minn ħaddiema barranin, ħafna minnhom li għandhom kull dritt jaħdmu Malta, qed twassal għall- isplużjoni fil-prezzijiet tal-kera. U din l-isplużjoni qed twassal biex Maltin jkunu sfurzati barra mill-post fejn qed jgħixu. Huwa fatt illi diversi impjegaturi qed iħaddmu lin-nies barranin f 'impjiegi bħal tindif, catering u carers, delivery/ħwienet tal-merċa b'pagi baxxi, mingħajr dritt ta' sħubija f 'unjin u mingħajr benefiċċji bħal-leave, sick leave, sahra u aktar. Dan qed jiżvantaġġja bil-kbir lil ċerti ħaddiema Maltin, fatt li ma jista' jmerih ħadd. Jiġifieri tajjeb li l-PM Muscat jgħid li għandna nintegraw. Din il-gazzetta taqbel ma' dan mija fil-mija. Imma Konvinċenti biżżejjed? L-aqwa u l-agħar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019