Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Aħbarijiet Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 | illum " bosta nies qed iħossu li dan id- diskors dwar integrazzjoni, filwaqt li pożittiv, qed jaljena mill-problemi li qed iħossu n-nies f 'impjiegi li jħallsu inqas. Track record li jimbuttah bil-qawwi Joseph Muscat jibqa' b'saħħtu ħafna f 'dak li jirrigwarda track record ta' miżuri fiskali li wettaq. Xi ħaġa li fil- fatt tagħtih spinta tajba. Muscar semma l-pensjonanti u l-fatt li l-pensjoni żdiedet, trasport lejn l-iskejjel b'xejn, ħlas ta' sahra lill-Pulizija, roħs fil-kontijiet tad- dawl u l-ilma, ħlas lil tal-Korpi u oħrajn. Dawn huma lkoll miżuri li qed joltqu sezzjonijiet żgħar/medji ta' nies li flimkien jagħmlu sezzjoni kbira ta' nies. Tul id-dibattitu ta' nhar l-Erbgħa rrepeta; 'dan il-Gvern jibgħatlek iċ-ċekkijiet. Il-Gvern ta' qabel kien jibgħat il-kontijiet.' Naturalment, anke jekk hemm min iħoss li dawn iċ-ċekkijiet huma insult jew sajda għall-voti, xorta jibqa' fatt illi din taċ-ċekkijiet u l-kontijiet niżlet tajjeb u ssodat il-perċezzjoni li 'dan tagħtik u l-ieħor kien jeħodlok.' L-akkomodazzjoni soċjali, il- karozzi elettriċi u iktar ... Minkejja s-saħħa tiegħu fil-qasam soċjali, meta jsemmi lill-gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti ma jkunx daqstant kredibbli. Issa ilu Prim Ministru sitt snin u għalkemm vera f 'dan il-pajjiż kollox isir bil-mod, il-proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali waqgħu bil-wisq lura. Il-ġudizzju dwar l-akkomodazzjoni soċjali għad irid isir. Muscat għal darb'oħra tkellem dwar il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku u l-bżonn li bil-mod il-mod dawn jieħdu post dawk li qed jaħdmu bid- diesel u l-petrol. Naturalment, dan huwa għan nobbli u mit-track record tiegħu Muscat probabbilemt iwettaq dan l-għan. Huwa inkoerenti l-fatt illi sa ftit qabel il-kampanja kienu għadhom qed jgħaddu permessi biex jinbnew aktar pompi tal-petrol. Biss, biss f 'erba' minuti sewqan f 'San Pawl il-Baħar issa hemm erba' pompi tal- petrol. Huwa ta' preġju għall-Gvern iżda illi wara diversi protesti dan se jkun qed iressaq politika dwar il- pompi tal-petrol. Muscat kien b'saħħtu wkoll meta tkellem dwar ix-xogħol u finalment il-bżonn tal-għaqda, xi ħaġa li fl- 2013/2017 iddistingwiet lil Muscat minn ma' numru ta' politiċi u persuni fil-midja jew assoċjati mal- Partit Nazzjonalista. Muscat jibqa' avversarju b'saħħtu ħafna Kollox ma' kollox iżda Joseph Muscat jibqa' avversarju b'saħħtu, minkejja sfidi fil-pajjiż. Jibqa' avversarju popolari u wieħed li għandu kapaċitajiet ta' kkampanjar eċċezzjonali. Minkejja li kellu bidu kajman u kwiet l-aħħar dehriet ta' Muscat kienu b'saħħithom ħafna. Minkejja dan kollu iżda u wara d-dibattitu tal-Erbgħa huwa ċar illi minkejja d-differenza fil-voti u vantaġġ qawwi favurih, f 'Delia Muscat sab avversarju tajjeb fejn jidħol dibattitu. Għalkemm fl-aħħar xorta jinħass illi Muscat mar aħjar, kuntrarjament għall-predeċessur tiegħu, Delia kapaċi aktar jisfida lil Muscat fuq kwistjonijiet soċjali u ma jiffokax biss fuq il-korruzzjoni. Riċetta biex jirbaħ? Probabilment le, jew għallinqas probabilment le għalissa. Imma żgur li huwa bidu ta' triq twila li se jkollu jterraq il-Partit Nazzjonalista. l-agħar bejn Muscat u Delia nhar l-Erbgħa Adrian Delia għamel progress qawwi fil-mod kif jgħaddi l-messaġġ tiegħu, mill-ewwel diskors tiegħu fuq il-Fosos f 'Settembru tal-2017 sal-mod kif wassal il- messaġġ tiegħu waqt id-dibattitu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019