Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277
17 illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 Opinjoni I l-proġett Ewropew hu mibni fuq il-valuri. Fil-manifest elettorali għall-kampanja li għaddiet, Alternattiva Demokratika għidna hekk: "Aħna favur il-proġett Ewropew. Irridu naħdmu iktar biex ma nħallux li l-kritika ġġustifikata tal- ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej tkun konvertita f 'sentiment anti-Ewropew. Ma rridux Ewropa ta' ħitan Nazzjonalisti. Dawn il-ħitan għandhom jitwaqqgħu biex flokhom inkomplu nibnu l-pontijiet ħalli jissaħħaħ dejjem iktar il-kisba storika kbira li hi ta' benefiċċju għall-Ewropa magħquda b'ħafna modi." Irridu Ewropa ta' solidarjetà. Mhux biss solidarjetà li ġustament nippretendu li ssir magħna bħala pajjiż kull meta dan ikun meħtieġ, imma fuq kollox is-solidarjetà li rridu nkunu kapaċi nagħmlu aħna wkoll bħala pajjiż ma' ħaddieħor, f 'kull ħaġa li għandna l-kapaċità għal dan. Għax is-solidarjetà mhix one-way. Irridu nibqgħu dejjem immexxu 'l quddiem politika ta' tama mhux politika ta' mibegħda. Politika ta' tama lil min hu ppersegwitat u maħrub minn pajjiżu. Solidarjetà ma' min bata u għadu qiegħed ibati. Il-politika tal-ażil imħaddna minn Alternattiva Demokratika hi bbażata fuq is-solidarjetà li hi fost il-valuri bażiċi mħaddna mill-poplu Malti tul is-snin. Is- solidarjetà hi parti mill-ġenetika ta' kull Malti veru. Imma fl-istess ħin bi dritt, bħala Maltin, nippretendu li l-Unjoni Ewropeja tagħmel ħafna iktar biex il-piż li ntefa' fuqna mill-ġeografija nkun nistgħu nerfgħuh bi sħab mal- bqija tal-Unjoni. Hu essenzjali li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fuq il-fruntiera jkollhom l-għajnuna kontinwa li jeħtieġu biex nibqgħu nkunu nistgħu naqdu l-missjoni tagħna ta' servizz lill-umanità f 'nofs il-baħar Mediterran. Kieku l-Unjoni Ewropea, kollettivament, kapaċi tħaddem is-solidarjetà mal-immigranti maħrubin u ippersegwitati daqs dik li ntweriet fil-konfront tal-banek f 'diffikultà xi snin ilu, is-sitwazzjoni tkun bla dubju ferm aħjar għal kulħadd. Tul din il-kampanja elettorali enfasizzajna wkoll il-valur tas- sussidjarjetà, jiġifieri li l-ħidma meħtieġa issir dejjem l-iktar viċin possibbli ta' dawk milquta minnha. L-Unjoni Ewropeja diġà bdiet tapplika dan il-prinċipju. Imma hemm ħtieġa ta' impenn ferm ikbar biex dan mhux biss iħalli l-frott imma wkoll biex kull ċittadin Ewropew ikun konxju li dan fil-fatt qiegħed isir. Enfasizzajna wkoll fuq il-ħtieġa tal-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà f 'Malta bejn il- Gvern Ċentrali u l-Kunsilli Lokali. Huwa essenzjali li l-Gvern ma jibqax jittratta lill-Kunsilli Lokali qishom il-front desk tal-customer care tiegħu. Ir-rwol tal-Kunsilli Lokali mhuwiex biss ċentrali biex jingħataw is-servizzi bażiċi lill- komunità imma wkoll biex tinfirex u tissaħħaħ dejjem iktar it-tħaddim tad-demokrazija fil-pajjiiż. Tkellimna wkoll dwar is- sostenibbilità, jiġifieri dwar il-ħtieġa li naħsbu iktar fit-tul fil-ħidma kollha tagħna. Fuq kemm hu meħtieġ li nindirizzaw l-impatti ambjentali u soċjali tal-politika ekonomika, saħansitra mill-istadju tal-ippjanar tagħha. Dan jgħodd fl-oqsma kollha. Kieku dan kellu jsir sewwa, kemm pajjiżna kif ukoll l-Unjoni Ewropea nnifisha jkunu ferm aħjar. Din kienet kampanja elettorali li fiha Alternattiva Demokratika kellha 11-il kandidatura (2 għall-Parlament Ewropew u 9 għall-Kunsilli Lokali): b'taħlita tajba bejn demm ġdid u esperjenza. Fiduċjuż minn riżultati raġjonevoli mhux biss għax ħdimna għalihom imma fuq kollox għax huma wkoll meħtieġa biex inkunu nistgħu nibqgħu nagħtu l-kontribut utli tagħna lill-pajjiż. Ikun xi jkun ir-riżultat Alternattiva Demokratika ser tibqa' hawn għas- servizz tal-pajjiż. Carmel Cacopardo huwa Chairman tal-Alternattiva Demokratika Insaħħu l-Ewropa tal-valuri CARMEL CACOPARDO