Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 3 VotEWROPA 2019 NUMRU konsiderevoli ta' voti mhux miġbura wkoll mill- Ħamrun, l-Isla, Wied il-Għajn, l-Imsida, iż-Żebbuġ Għawdex, il-Mellieħa, ix-Xgħajra u l-Belt Valletta 38,737 vot għall-elezzjoni tal- MEPs baqgħu ma nġabrux sa dan il-lejl, meta għalaq il-proċess ta' tqassim tal-voti. L-aktar lokalità li fiha ma nġabrux voti hija dik ta' San Pawl il-Baħar fejn ma nġabrux 5,238 vot jew 32% tal-voti eleġibbli. Wara San Pawl il-Baħar, l-akbar ammonti kienu f 'San Ġiljan (26% - 1,848), il-Gżira (25.3% - 1454), Tas-Sliema (25% - 3,063), is-Swieqi (20.6% - 1,608), Wied il-Għajn (19% - 2,032) u l-Imsida (18% - 1,156). San Ġiljan, Tas-Sliema u s-Swieqi huma meqjusin bħala l-aktar lokalitajiet Nazzjonalisti fil-pajjiż, filwaqt li l-Imsida, il-Gżira u San Pawl il-Baħar biddlu l-maġġoranzi fl-aħħar snin bil-Partit Laburista jikseb maġġoranza komda fil- Gżira. Wied il-Għajn dejjem kienet lokalità b'maġġoranzi kbar Laburisti. Apparti dawn għadd ta' voti ma nġabrux lanqas mil-lokalitajiet tal-Mellieħa (15% - 1,252), Ta' Xbiex (12% - 177), il-Għargħur (11.5% - 283), ix-Xgħajra (10% - 154), Il-Belt Valletta (10% - 510), Santa Venera (10% - 611), l-Isla (9.9% - 212), il-Ħamrun (9.3% -718), Birżebbuġa (9.3% - 725), l-Imġarr (9.8% - 333), San Ġwann (9.5% - 980), il-Pietà (9.2% - 297), in-Naxxar (8.4% - 997), il-Marsa (8.3% - 322), il-Furjana (8.2% - 149) u Birkirkara (8% - 1,462). Dan ifisser, li fil-lokalitajiet kollha tal-ewwel distrett, li huwa meqjus bħala wieħed mid-distretti kruċjali, ma nġabrux ammont konsiderevoli ta' voti. F'dan id-disrett, ma nġabrux total ta' 2,607 voti. F'Għawdex ma jinġabrux l-aktar fiż-Żebbuġ F'Għawdex l-aktar lokalità li fiha ma nġabrux voti kienet dik taż- Żebbuġ, li tinkludi lil Marsalforn, fejn ma ġabrux 23% tal-voti jew 548 vot. Warajha l-Munxar (15.4% - 184) u l-Għarb (13% - 158). Fil-lokalitajiet tax-Xagħra, il-Qala, San Lawrenz, l-Għasri u Għajnsielem ma nġabrux 'il fuq minn 9% tal-voti. Fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew ma kinux inġabru 21,856 vot jew 6.3% tal-voti. San Pawl, San Ġiljan, Tas- Sliema u l-Gżira bl-inqas voti miġbura... 39,000 ma jinġabrux ILBIERAĦ filgħodu, 216-il immigrant ddaħħlu Malta fuq id-dgħajjes tal-Forzi Armati ta' Malta P52 u P21. Jidher illi l-Forzi Armati ta' Malta kienu parti minn żewġ operazzjonijet ta' salvataġġ separati fi- żona ta' tiftix u salvataġġ ta' Malta. L-immigranti kienu fuq dinghies u sabu lilhom infushom f 'diffikultajiet. Din hija waħda mill-akbar operazzjonijiet ta' salvataġġ li kellhom fuq idejhom il-Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar xhur. Il-Forzi Armati ta' Malta qalu illi fl-aħħar jumejn ,12-il dgħajsa telqu mil-Libja mimlijin immigranti Tuneżini, Libjani u Alġerini hekk kif it-temp kien sabiħ. Dawn id-dgħajjes żbarkaw fi Sqallija, Sardinja u Lampedusa. 216-il immigrant jiddaħħlu Malta lbieraħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019