Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 Long Shot hija kummiedja ħelwa, romantika u friska li tfakkar f 'dawk sfrenati li kienu jinħadmu fi żmien id-Dipressjoni Amerikana, però b'atmosfera kontemporanja. Il-qofol tal-film jistrieħ fuq żewġ karattri ta' sess differenti tant distinti minn xulxin u l-intriċċi romantici tagħhom f 'diversi bliet madwar id-dinja. It-tema politika tal- final jista' jkun li hi ispirata mill-produzzjoni tal-1947, The Farmer's Daughter . Charlotte Field (Theron) hija mara attraenti, edukata, sofistikata u ta' influwenza kbira. Fuq kollox, hija diplomatika ta' talent u forza qawwija. Fred Flarsky (Roġen) huwa ġurnalist, manipulattiv u jidher li l-inkwiet sikwit kien isus warajh. Dawn it-tnejn m'għandhom xejn komuni bejniethom ħlief li hi kienet tieħu ħsiebu meta kien tarbija u wara sar jammiraha sewwa. Meta b'kumbinazzjoni jiltaqgħu, Charlotte tinkaram warajh minħabba ċ-ċajt li kien jivvinta biex iċekken lilu nnifsu u meta kien isemmi l-ideal li kellu f 'żgħożitu. Kif hi ssir popolari u maħbuba, tiddeċiedi li titfa' n-nominazzjoni tagħha għall- President tal-Istati Uniti, bla ħsieb ta' xejn tagħżlu biex jikteb x'għandha tgħid, kontra kull fehma ta' dawk ta' madwarha li jtuha l-pariri. Żvantaġġjat u injorant mit-tim tagħha, Fred ma jkunx ippreparat għall-ħajja glamoruża fejn hi tkun iċ-ċentru tal-attenzjoni. Din it-taħlita kemikali ta' bejniethom twassal biex imorru fuq vjaġġ romantiku f 'diversi bliet fejn jgħaddu minn esperjenzi li ma jobsruhomx u anki inċidenti perikolużi. Long Shot jibda biex jistabillixxi l-karattru separat ta' dawn it- tnejn u tassew jagħti bidu għall- pedament ta' kummiedja farseska soda meta Fred Flarsky jipprova jinfiltra grupp ta' Neo-Nazisti u ta' supremazija bajda. Qatt ma rajt lil Charlize Theron daqshekk affidabbli, attraenti u ta' natural ħelu u ferrieħi! Wieħed mill-personaġġi li ta ħajja ġdida, mimlija vitalità, lill-films tal-biża' u t-twerwir ta' dawn l-aħħar snin, hu James Wan, direttur/ produttur ta' xi films mis-sensiela Saw , The Conjuring , Insidious u Ananbelle , fost oħrajn. Permezz tal-kumpanija tiegħu Atomic Monster bħala produttur sab mezz ieħor kif jista' jissodisfa lill-ammiraturi tiegħu u lil dawk li jħobbu dan il-ġeneru ta' film billi mar fuq leġġenda folklor mill-Amerika Latina biex ħoloq produzzjoni mimlija għajjat u biża'. Il- figura ta' La Llorona, mara li tibki hi popolari ħafna fil-kultura tal-Amerika t'Isfel u dik tan- Nofs. Fil-prologu, fil-Messiku fl-1673 waħda mara li qatlet liż-żewġt itfal tagħha, dejjem bid-dmugħ f 'għajnejha, baqgħet tidher fid- dlam aktarx ħdejn ix-xmajjar jew fejn hemm l-ilma biex tikkastiga lit-tfal imqarbin. Din il-leġġenda nisslet biża' palpabbli fost il-ħafna li jemmnu fis-sopranaturali. The Curse Of La Llorona jibda 300 sena wara, fl-1973 f 'Los Angeles fejn Anna Tate-Garcia (Cardellini), ħaddiema soċjali u omm b'żewġt itfal trid tara kif tlaħħaq mal-ħajja wara t-telfa ta' żewġha. Meta tmur fuq xogħol fid-dar ta' Patricia Alvarez (Velasquez), issib liż-żewġ uliedha msakkrin b'marki ta' abbuż fuqhom. Hi tieħu lit-tfal u tpoġġihom f 'post ta' protezzjoni u titfa' lil ommhom f 'manikomju. B'għajta li tkexkex, fil-kuritur fejn hemm it-tfal tiġi l-imxajtna La Llorona u tkaxkarhom magħha. Bħalma għamlet mat-tfal tagħha fl-antik, isibuhom mgħarrqa. Patricia twaħħal f 'Anna u twissiha li issa din il-mara terribbli liebsa l-abjad ġejja għat-tfal tagħha. Minn hawn il-quddiem, id-dar tagħha tkun il-mira ta' din il-kattiva spettru. Anna tpoġġi t-tama tagħha f 'Raphael (Cruz), li qabel kien qassis u issa sar eżorċista. Ikun evidenti li l-qilla tal-mara bikkejja tkun aqwa minn kull ħaġa li Anna u Raphael jippruvaw biex iwaqqfuha. The Curse Of La Llorona hu mimli qtajja', ħsejjes enormi u twerżiq, ġiri sfrenat u tkaxkir mal-art fejn mara tragika u terribbli trid tivvendika ruħha. Il-valuri ta' din il-produzzjoni huma aħjar min-normal! illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 TV/Ċinema Bħalma ġara bi Beauty And The Beast, il-film animat Aladdin tal-1992 tal-kumpanija Disney inħadem issa b'atturi reali, ukoll bħala xogħol mużikali. Id-direttur Guy Ritchie baqa' fidil għall-istorja tal-film ta' 27 sena ilu. Fis-Sultanat ta' Agrabah jgħix Aladdin (Massoud), ruffjan baħbuħ b'xadina dejjem miegħu li jisraq biex jgħix u li jrid iwarrab dan kollu għax jemmen li d-destin tiegħu hu li jwettaq affarijiet aktar nobbli. Tiġġerra mal-belt, liebsa ta' waħda komuni biex ma tintgħarafx, hemm il-Prinċipessa Jasmine (Scott) li trid tesperjenza kif jgħixu n-nies ordinarji fis-saltna ta' missierha. Ikun Aladdin li jeħlisha minn bawxata u milqut mis-sbuħija tagħha u mill-vena spirituża li tesibixxi, hu jibqa' sejjer warajha sal-palazz. Meta jinqabad mill-makakk Jafar (Kenzari), li hu wkoll saħħar, dan jinqeda bih biex jakkwista lampa taż-żejt imsaħħra li meta togħrokha joħroġ Ġenju (Smith) minn ġo fiha. Ubbidjenti għal min ikun s-sid tal-lampa, il- Ġenju b'poteri tal-għaġeb ibiddel lil Aladdin fi Prinċep Ali li jrid jiżżewweġ lil Jasmine, però Jafar għandu l-pjanijiet malinni tiegħu, l-aktar biex jakkwista r-renju ta' Agrabah. Din il- verżjoni ta' Aladdin hi tassew spettakulari, divertenti għall- aħħar, b'mużika ferrieħa u tal- widna. Fuq kulħadd, jiddomina Will Smith bħala l-Ġenju b'arja sabiħa ta' superjorità fuqu, b'ħafna ċajt u b'mossi tipikament minn films tiegħu ta' qabel. It-tapit li jtir ukoll għandu l-parti umoristika u sostanzjali tiegħu f 'dan ix-xogħol tassew imħarrek u avventuresk. Bl- effetti speċjali viżwali tal-preżent l-istejjer tal-Iljieli Għarbin verament jieħdu l-ħajja u jidhru tassew reali fuq il-liżar il-kbir. L-istorja ta' Aladdin hi waħda ta' mħabba bejn tnejn ta' klassi differenti li tassew iħobbu lir- renju tagħhom u anki rabta ta' ħbiberija bejn ġenju fantasma ġgant u ż-żagħżugħ. Biex din il-produzzjoni tidher aktar awtentika u kredibbli, ħafna mill-atturi huma jew persuni Għarab jew mil-Lvant Nofsani. B'hekk din il-verżjoni klassika tibqa' dejjem friska u pertinenti! Atturi Ewlenin: Will Smith; Mena Massoud; Naomi Scott; Nasim Pe- drad; Manwar Kenzari; Navid Megahban. Direttur: Guy Ritchie. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 127 min. Ċert. U. Carmel Bonnici Long Shot The Curse Of La Llorona Atturi Ewlenin: Charlize Theron; Seth Roġen; O'Shea Jackson Jr.; June Diane Raphael; Ravi Patel. Direttur: Jona- than Levine. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 125 min. Ċert. 15 Atturi Ewlenin: Linda Cardel- lini; Raymond Cruz; Patricia Velasquez; Sean Patrick Thomas; Mari- sol Ramirez; Jaynee-Lynne Kinchen. Direttur: Mi- chael Chaves. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 98 min. Ċert. 15 Films għal din il-ġimgħa Aladdin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019