Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 | illum Kollox lest għal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar 2019 fil-Montenegro minn Cristian Antony Muscat KOLLOX jinsab lest biex Malta tieħu sehem fil- Logħob tal-Pajjiżi iż-Żgħar tal-Ewropa li ser isiru fil- Montenegro bejn għada s-27 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju. Il-president tal-KOM is-Sur Julian Pace Bonello se jkun qed jakkumpanja l-atleti, filwaqt li d-dmirijiet tax-Chef de Mission ser jiġu mwettaqa mis- Sur Paul Sultana. Id-Direttur tal-Isport Ivan Balzan ikkonferma li Malta ser tieħu sehem fi tmien dixxiplini li jinkludu l-Atletik, Baskitboll, Beach Volley, Għawm, Judo, Sparar, Table Tennis u Tennis. Total ta'80 atleta se jkunu qegħdin jieħdu sehem. Numru ta'kowċis u uffiċjali mediċi se jkunu wkoll parti mill-kontinġent biex jappoġġjaw l-atleti matul il- Logħob. Is-Sur Balzan kompla jispjega li l-preparazzjonijiet ilhom għaddejjin minn mindu il-kontinġent Malti rritorna mill-aħħar Logħob u li kienu qedin jiġu segwiti mill-qrib mill-Kummissjoni Teknika tal-Kumitat Olimpiku. Is-Sur Balzan hu konvint li il- kontinġent Malti hu ppreparat tajjeb biex iġib lura Malta numru sostanzjali ta'medalji. Ix-Chef de Mission Paul Sultana kompla jispjega l-loġistika tal-Logħob u ħabbar li se jsiru kompetizzjonijiet fil-bliet ta' Budvar, Bar, Tivat, Cetinje u Podgorica. Din hija l-ewwel darba li l-Montenegro se jospita dawn il-Logħob minn meta ssieħeb mal-familja tal-Logħob tal-Pajjizi ż-żgħar fl-2009. Sultana ħabbar ukoll li numru ta'postijiet fuq it-titjiriet charter huma disponibbli għal dawk li jixtiequ jappoġġjaw il-kontinġent Malti matul il- Logħob. Delegazzjoni sostanzjali ta' Ġurnalisti tal-Isport, li tirrappreżenta l-parti l-kbira tal-maġġoranza tad-djar tal- Media, se tkun qiegħda ssegwi mill-qrib il-kontinġent Malti. Dan tħabbar mid-Direttur tal-Media Maria Vella-Galea, li ħadet l-opportunità tappella lill-ġurnalisti biex jingħata rapport ġust u imparzjali dwar il-proċedimenti. Barra minn hekk, hija ħeġġet ukoll lill-membri tal-pubbliku biex jappoġġjaw u jsegwu lit-team Malti permezz tal-media soċjali, li il-Kumitat ser jkun qed jaġġorna kontinwament bl-aħħar aħbarijiet. It-tiratur Gianluca Chetcuti ser jkun qed jġorr il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ li se ssir fil-Belt il-Qadima f 'Budva nhar it-Tnejn 27 ta' Mejju, u ppreżenta lil Chetcuti bil-bandiera Maltija. Il-president tal-KOM Julian Pace Bonello saħaq fuq l-importanza ta'dawn il-logħob għall-atleti Maltin, peress li jipprovdu opportunità eċċellenti għall-atleti Maltin biex jikkompetu fuq livell internazzjonali ugwali għal atleti oħra. Il-lista tal-kontinġent Malti fil-Montenegro: Atletika Claire Rose Azzopardi Long Jump, Triple Jump, 4 x 100m Lisa Marie Bezzina 5000m, 10000m Mona Lisa Camilleri 1500m, 5000m Paula Grech 800m, 1500m Rebecca Sare Long Jump, Triple Jump Roberta Schembri 10000m Charlotte Wingfield 100m, 200m, 4 x100m relay Jacob El Aida Chaffey 100m, 200m, 4x100m Omar El Aida Chaffey 100m, 200m, 4x100m Ian Paul Grech Long Jump, Triple Jump Jordan Daniel Gusman 1500m, 5000, Luke Micallef 3000m steeplechase, Damian Mizzi 400m, 4x400m Coaches Mark Farrugia, Jivko Jetchev, Ivan Rozhnov Basketball Nisa Sophie Abela Patricia Arguello Cuenca Maria Bonnett Maddison Borg Samantha Brincat Elena Cassar Christina Curmi Kristy Galea Josephine Grima Gabriella Mifsud Sarah Pace Amelia Simmons Cristina Sollami Ashleigh Van Vleight Jr Irġiel David Bugeja Kurt Cassar Chad Cuschieri Patus Samuel Deguara Aaron Falzon Tevin Falzon Alec Felice Pace Matthew Gouder Nelson Kahler Peter Shoults Roderick Vella Kurt Xuereb Nathan Xuereb Coaches Angela Adamoli, Peter Paul Farrugia, Joseph Muscat, Roberto Ricchini Beach Volley Nisa Dominika Dworniczak Melissa Sue Cheviron Irġiel Roberto Balzan Manuel Raffa Coach Oskar Bjorlin Judo Lara Castillo Individual -52kg, Team Kataryna Esposito Individual -57kg, Team Francesco Aufieri Individual -90kg Isaac Bezzina Individual -100kg Clive Camilleri Individual -81kg, Team Luca Montebello Individual -100kg Jeremy Saywell Individual -66kg Coaches Alexander Bezzina, Denis Braidotti Sparar Eleanor Bezzina Air Pistol William Vella Air Pistol Gianluca Chetcuti Double Trap William Chetcuti Double Trap, Trap Brian Galea Trap Coaches Francis Bugeja, John Mary Bugeja, Angelo Galea Għawm Nisa Mya Azzopardi Francesca Falzon Young Sasha Gatt Alexandra Mcgonigle Amy Micallef Martina Valletta Michee Van Rooyen Irġiel Dylan Cachia Andrew Chetcuti Matthew Galea Harry Stacey Michael Stafrace Mikhail Umnov Thomas Wareing Coaches David Bonello, Artem Goncharenko, Gran Kriztinger, Ioan Catalin Stan Table Tennis Nisa Sasha Genovese Viktoria Lucenkova Jessica Pace Irġiel Daniel Bajada Andrew Gambina Gabriel Grixti Coaches Mario Genovese, Johanna Grech Tennis Nisa Francesca Curmi Elaine Genovese Irġiel Matthew Asciak Matthew Cassar Torreggiani Omar Sudzuka Coach Joseph Sciberras

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019