Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277
27 Sports Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 | illum 'In-netball hija logħba mimlija aġilità, qbiż u hija logħba fejn trid taħseb ħafna' - Casey Azzopardi minn Cristian Antony Muscat CASEY Azzopardi - fost l-aqwa plejers li pproduċa n-netball lokali f 'dawn l-aħħar snin, fejn f 'din l-intervista se tkun qed ittina ikar dettalji rigward dan l-isport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn in-netball? L-imħabba tiegħi lejn in-netball bdiet mil-età ta` seba` snin. Jien u ħabibti konna mmorru naraw xi logħob tal-kampjonant Malti u minnhemm tħajjarna nibdew nipprattikaw dan l-isport. Irreġistrajna ma` klabb u minnhemm bqajna mexjin dejjem 'il quddiem. Int tilgħab ma' Silverbacks fejn matul dawn l-aħħar snin irbaħtu diversi unuri. Tina iktar dettalji. Din hija l-ewwel sena tiegħi li qiegħda nilgħab ma' dan it-tim u nista' ngħid li veru qiegħda għal qalbi. Silverbacks huwa tim li minn dejjem kien iġib riżultati tajbin ħafna fil-kampjonat Malti, kif ukoll kiseb u żamm it-titlu ta' `champions` għal dawn l-aħħar snin. Huwa tim li maż-żmien dejjem jikber u b'hekk ġie ffurmat it-tieni tim bl-isem ta' Blackbacks. Tina dettalji fuq it-timijiet li jiffurmaw il-kampjonati lokali tan-netball. Il-Kampjonat jinqasam fi tliet diviżjonijiet li huma l-Ewwel Diviżjoni, it-Tieni Diviżjoni kif ukoll dik ta` taħt is-17-il sena. Fl-ewwel diviżjoni, hemm tmien timijiet, fit-tieni diviżjoni hemm sebgħa u ta` taħt is- 17-il sena nsibu tliet timijiet. Kull tim jilgħab żewġ rawnds u eventwalment jiġu kklassifikati skont il-punti li jkunu kisbu. Bħala riżorsi fejn titħarrġu dawn huma ta' livell għoli jew fadal fejn isir titjib? Fl-opinjoni tiegħi fejn jidħol netball hemm ħafna affarijiet li jistgħu jitjiebu. Il-courts f 'Malta għamlu progress, però hemm bżonn li l-livell jogħla għax mhux l-ewwel darba li morna ġo court u sibna l-ilma tax-xita mal-art jew mingħajr il-linji tan-netball. Int tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali tan-netball. Kif sejrin bħalissa bħala tim nazzjonali tan-netball? L-ewwel sena tiegħi fin- nazzjonal kienet fl-2015 mat-tim ta` taħt is-17-il sena f 'Hull l-Ingilterra u fl-2016 morna Ġibiltà, fejn irnexxielna nirbħu logħba kontra l-Irlanda. Din is-sena sfortunatament l-U\21 kellu jitwaqqaf wara ftit xhur u l-`Open` ma sarx. Taħseb li f 'pajjiżna l-media tagħti importanza lin- netball? Sfortunatament le, speċjalment jekk tqabblu ma` sport ieħor. Hawn ħafna miż-żgħażagħ fejn lanqas għandhom idea ta` dan l-isport. Infatti l-plejers tan-netball m'għandhomx l-opportunità li jieħdu sehem fl-iSports Awards. Huma ftit ġurnalisti li jinteressaw ruħhom f 'dan l-isport u jxandruh fuq il-media. Bħala għajnuna finanzjarja ssibu din it-tip ta' għajnuna kemm minn SportMalta kif ukoll mill-Kumitat Olimpiku Malti fin-netball? Iva bħala għajnuna nsibu speċjalment minn SportMalta però mhux biżżejjed. Bħala finanzi hemm bżonn iktar. L-iskejjel f 'Malta qegħdin jippromwovu biżżejjed dan l-isport? In-netball għamel żmien fejn ma tantx kien qiegħed ikollu biżżejjed importanza però iva qed jerġa' jġib importanza daqs sport ieħor. Waħda mix-xewqat tiegħi hija li la nikber nikkowċja u ngħallem dan it-tip ta' sport fl-iskejjel. Rigward konkorrenza miż- żgħażagħ hemm interess f 'dan l-isport? Il-konkorrenza dejjem qiegħda tiżdied u b'hekk qegħdin jiżdiedu t- timijiet. Għalkemm m'hemmx ħafna li jafu bih in-netball, xorta waħda l-parteċipazzjoni qiegħda tiżdied. Hemm interess mill- pubbliku sportiv Malti lejn dan l-isport? Interess mill-pubbliku qiegħed jiżdied ukoll. Atleti minn sport ieħor jsegwu l-kampjonat tan-netball. Però, interess mill-pubbliku jrid jiżdied għax huwa sport sabiħ u interessanti. Għandek xi idoli kemm fil- ħajja in ġenerali kif ukoll fil- kamp sportiv forsi relatati man-netball. Idoli f 'ħajti ma tantx għandi però dejjem inħares lejn min hu aħjar minni biex b'hekk dejjem nitgħallem u nimxi 'l quddiem. Għalkemm idoli m'għandix, nammira lil dawk l-individwi li dejjem isibu ħin għat-taħriġ u jagħmlu minn kollox biex jirnexxu f 'dak li jkunu qegħdin jagħmlu. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw in- netball. Inħeġġeġ lil dawk iż- żgħażagħ biex jibdew in-netball għax fih tkun qed tinkludi l-attività fiżika f 'ħajtek. In-netball hija logħba mimlija aġilità, qbiż u hija logħba fejn trid taħseb ħafna. Jien nagħti parir liż-żgħażagħ kollha biex jidħlu fuq facebook u jfittxu tim u jirreġistraw miegħu. It-timijiet f`Malta jilqgħukom u jtukhom ċans biex iġġibu esperjenza f`dan l-isport. Jien żagħżugħa li nistudja l-isport, naħdem fil-qasam tal-isport u dejjem insib ħin għat-taħriġ. Jekk tibża' li ma ssibx ħin biex tibda tippratika dan it-tip ta` sport, jekk tipprova u tibda ma' tim, issib ċans żgur!