Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277
Sports 30 illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Sa minn meta kont żgħir, missieri kien jeħodni miegħu l-grawnd biex nara lil Valletta. Kien litteralment iffissat fuq il-Belt. Kien ikun hemm eċitament kbir meta kienu jilagħbu Valletta u Floriana, dak il-famuż derby ta' ġewwa kontra ta' barra s-swar. Ovvjament aħna konna noqogħdu n-naħa tal-Belt u qisek mingħajr ma trid trabbi dik l-imħabba lejn dan it- tim. Kemm ilek segretarju ta' Valletta FC? Ilni 11-il sena issa. Tiskanta kemm jgħaddi ż-żmien! Fil-fatt kien fis- sena 2008 li kien avviċinani Nicky Saliba u talabni sabiex nieħu r-rwol ta' segretarju fi ħdan il-klabb. Għall- bidu għedtlu li hu prattikament impossibbli minħabba li kienet biċċa xogħol kbira iżda wara li kkonsultajt mal-mara tiegħi, din ħeġġitni biex naħtaf l-opportunità u eventwalment aċċettajt. F'dawn il-11-il sena rbaħt sitt kampjonati, tnejn minnhom bid-double. Kienu għadu kemm beda l-ewwel sena tiegħu l-president Victor Schriha. Bħala kowċ kien hemm Paul Zammit u kien ukoll l-istaġun fejn lgħabna fil-kompetizzjoni Ewropea. Sewwa jgħidu li l-ewwel mumenti ma tinsihom qatt! Xi jfisser għalik il-president Victor Schriha? Għalija Victor Schriha huwa raġel fuq l-irġiel u ġentlom kbir. Mhux qed ngħid li qatt ma kellna argumenti fuq xi temi delikati iżda wara jgħaddilna u mmorru nixorbu flimkien. Is-sur Schriha qed jgħin u jagħmel ġid kbir lill-futbol Malti. Jien inqisu bħala ikona kbira għall-Belt Valletta. Kellkom staġun verament inkredibbli fejn bdejtu b'żewġ telfiet iżda fl-aħħar mill-aħħar irnexxielkom tieħdu l-kampjonat. Dan il-kampjonat inqisu bħala pendlu fejn filli konna konsistenti aħna u filli kienu Hibernians. Fl- Ewropa ma morniex daqshekk ħażin. Iddiżappuntajna meta tlifna mal- ġirien Floriana kif ukoll ġejna draw ma' Ħamrun Spartans. Imbagħad kellna nilagħbu dik il-famuża decider kontra Hibernians fejn il-logħba setgħet marret lejn naħa jew oħra. Kienet partita li niddeskriviha li min hu l-aqwa jħawwel. Bdejna nibżgħu li naqilgħu xi gowl fl-aħħar bħalma ġara kontra Ħamrun Spartans u bħalma kien ser jiġri kontra Tarxien Rainbows (li kieku ma kienx għall-goalkeeper Bonello li salva dak ix-xutt fil-95 minuta). Għalhekk kien staġun li kien fih minn kollox. Xi tgħidli fuq l-eks kowċ ta' Valletta Danilo Doncic? Danilo Doncic huwa kowċ li għamel ħafna ġid. Din is-sena kellu xi problemi familjari u kellu jħalli l-kariga. Li hu żgur hu li meta tkun kowċ ta' Valletta għandek ħafna pressjoni li trid tirbaħ bilfors. U xi tgħidli dwar Gilbert Agius? Gilbert Agius kellu esperjenza ma' diversi kowċis u dan kollu servieh fl-aħħar parti tal-kampjonat meta ħa t-tmexxija tat-tim. Huwa kowċ ferm ippreparat li jistudja l-futbol u jaqra ħafna letteratura dwar dan l-isport sabiex ikun dejjem aħjar filwaqt li jkun aġġornat bl-aħħar żviluppi. Anke Gilbert Agius inqisu ikona tat-tim. Int flimkien ma' John Borg tokkupa kariga fi ħdan il-European Clubs Association. X'inhu r-rwol tagħkom f 'din l-assoċjazzjoni? L-ewwel u qabel kollox naraw il- kundizzjonijiet tat-timijiet Maltin li jkunu ser jikkompetu fl-Ewropa. Bħalissa qed ikollna laqgħat fuq il- format tal-kampjonati Ewropej. Aħna għamilna l-punt tagħna dwar dan il- format li qed jipproponu tal-kampjonat il-ġdid. Fil-verità hemm ħafna taħwid u oppożizzjoni kbira minħabba li t-timijiet il-kbar jixtiequ jinqatgħu minn mat-timijiet iż-żgħar u aħna ma narawhiex xi ħaġa sewwa. Għalhekk ser tkun qed titlaqqa' konferenza straordinarja fiż-żmien li ġej sabiex niddiskutu dan is-suġġett. Aħna nirrapreżentaw subdivision 4 u l-għan tagħna hu li nibqgħu nikkompetu fl-Ewropa b'dan il-format. Kull tim żgħir jixtieq li xi darba jkollu ċ-ċans li jiltaqa' kontra avversarju rinomat u ma nixtiqux niċċaħħdu minn dan kollu. X'sar minnu l-investiment ta' Valletta li ssemma fil-bidu ta' dan l-istaġun? In-negozjati għadhom għaddejjin iżda bħalissa għamilna waqfa żgħira f 'dan ir-rigward. Madankollu dawn l-istess negozjati mistennija jkomplu. Il-president Victor Schriha mhux l-ewwel darba li stqarr li jixtieq jibni tim kompetittiv li jirnexxielu jasal sal-fażi tal-gruppi ta' xi kompetizzjoni Ewropea. Kemm tixtiequ taslu sa din il-fażi? Hija x-xewqa ta' kulħadd li naslu għal dak it-tragward. Bħalma tafu jrid ikollok sors ta' dħul tajjeb u xi kultant anke xorti fil-poloz. Nemmen li nistgħu naslu bi ftit iktar għaqal għax it-tim tagħna mdorri jissielet u ma jaqta' qalbu qatt. Nispera li dan kollu xi darba jasal. Taqbel kif qiegħed il-kampjonat b'14-il tim? Naqbel minħabba li l-kampjonat sar iktar ibbilanċjat u m'għadx fadal tim kbir u tim żgħir. Aħna kellna logħbiet diffiċli kontra timijiet hekk meqjusa żgħar fosthom id-draw ta' 3-3 kontra Senglea Athletic u r-rebħa bi tbatija kontra Tarxien Rainbows ftit tal-ġranet ilu. Il-fatt li hemm 14-il tim ħoloq ħafna inċertezza sal-aħħar mhux biss fil-kwistjoni tal-kampjonat iżda anke f 'dik tar-relegazzjoni. Nemmen li sar iktar interessanti u fl-istess ħin eċitanti. Kemm int kuntent bil-kontroll tar- referis? Ir-referis qed jagħmlu biċċa xogħol kbira u iebsa. Malta żgħira u kulħadd jaf lil xulxin u għalhekk ix-xogħol tagħhom mhux daqshekk faċli f 'dan ir-rigward. Ġieli jkun hemm xi drabi fejn ingerger tnejn iżda fl-aħħar mill- aħħar kif tispiċċa l-partita nieħu b'idejn l-uffiċjali tal-logħba u kollox jispiċċa hemm. X'inhi l-opinjoni tiegħek fuq il- grawnds fejn tilagħbu? Naħseb li għad baqa' xi jsir. Huwa veru li sar investiment mill-aqwa fit-turf tal-Istadium Nazzjonali fejn kull plejer jieħu gost jilgħab fuqu. Naħseb li iżda wasal iż-żmien li dan il-grawnd jiġi aktar viċin in-nies għax iktar ikun hemm atmosfera sabiħa. Minkejja kollox nafu li qed isir dak 'Is-sigriet tas-suċċess ta' Valletta FC kien l-għaqda kbira fit-tim b'mod partikolari meta l-affarijiet mhux dejjem kienu sejrin tajjeb' Cristian Antony Muscat Joe Attard - Segretarju ta' Valletta FC li tant jaħdem għall-akbar ġid tat-tim mill-kapitali u kemm ilu jokkupa din il-kariga rebaħ żewġ doubles taħt il-presidenza ta' Victor Sciriha Nitlob apoloġija għall-wirjiet li tajna fil-bidu tal-istaġun u fit-telfa kontra Floriana li ddiżappuntatna ħafna. Anke kontra Ħamrun Spartans xejn ma konna kuntenti li ħriġna bi draw... " "