Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 | illum kollu possibbli mill-MFA sabiex dejjem immorru għall-aħjar. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek kif ukoll mal-irwol ta' segretarju ta' Valletta FC? Ħa ngħidu hekk, il-fatt li għandi tfal kbar jgħinni ħafna sabiex inlaħħaq ma' kollox. Ara kieku wliedi kienu għadhom żgħar, kien ikun diffiċli li nagħmel dan kollu għax ikun hemm bżonn ta' aktar responsabbiltà. Imnalla jkolli l-għajnuna tan-nies tax-xogħol u tal-familjari tiegħi għax kieku tkun diffiċli ħafna li nlaħħaq ma' dak li jkolli ppjanat. Tinsiex li aħna nagħmlu ħafna xogħol volontarju li ħafna minnu ma jidhirx u li fl-istess ħin hu ferm importanti. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess ta' Valletta FC? Naħseb l-ewwel u qabel kollox kellna għaqda kbira fit-tim b'mod partikolari meta l-affarijiet mhux dejjem kienu sejrin tajjeb. Wara d-draw li kienet qisha kważi telfa kontra Ħamrun, ħadna daqqa ta' ħarta u wara l-partita kulħadd kien iddiżappuntat. Iżda minħabba li kien hemm għaqda kbira tajna kuraġġ lil xulxin u qomna tajjeb ferm kontra Hibernians. U wara kollox jekk ikollok ir-rieda tirnexxi. X'inhu l-futur tiegħek? L-ewwel ħaġa jien dalwaqt inkun pensjonant u żgur li ħajti ser tinbidel. Wara li jintemm l-istaġun, aħna jkollna l-laqgħa ġenerali annwali fejn hemmhekk niltaqgħu biex nevalwaw dak kollu li jkun sar. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lill-partitarji numerużi ta' Valletta FC li tant ikunu warajkom fil-mument tal-prova. Ma nistax ma nirringrazzjax lill- partitarji kollha ta' Valletta FC li attendew bi ħġarhom tul l-istaġun kollu partikolarment fl-aħħar partiti deċiżivi tal-kampjonat u tal-FA Trophy. Għalina l-partitarji huma element importanti sabiex it-tim jimxi dejjem aktar 'il quddiem. Nitlob apoloġija għall-wirjiet li tajna fil-bidu tal-istaġun u fit-telfa kontra Floriana li ddiżappuntatna ħafna. Anke kontra Ħamrun Spartans xejn ma konna kuntenti li ħriġna bi draw minn dak il-konfront għax tertaqna qalb il-partitarji tagħna. Minkejja kollox irnexxielna nirbħu l-kampjonat u ferraħnihom bl-aħjar mod possibbli. Huwa s-Segretarju ta' Valletta FC. Jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tat-tim mill-kapitali. Kemm ilu jokkupa din il-kariga rebaħ żewġ doubles taħt il-presidenza ta' Victor Sciriha. JOE ATTARD Minħabba li kien hemm għaqda kbira tajna kuraġġ lil xulxin u qomna tajjeb ferm kontra Hibernians " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019