Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 Minn Joe Mizzi ISSENA 2018 kienet sena importanti ħafna għall-Korporazzjoni għas- Servizzi tal-Ilma. Kienet sena intesiva ħafna, sena fejn sar ħafna ristrutturar pożittiv, sena mimlija sfidi, u li fiha sar investiment fis-settur mingħajr preċedent. Is-sena 2018 se tibqa' mmarkata bħala s-sena fejn ġie varat l-akbar proġett fis-settur tal-ilma li qatt ġie implimentat f 'Malta - proġett li jaqbeż il-€130 miljun u li se jbiddel drastikament il-mod kif l-ilma jiġi prodott u mqassam madwar Malta u Għawdex. Proġett ibbażat fuq l-ogħla livelli ambjentali, u li jsaħħaħ il-mod ta' kif il-prodott jasal għand il- pubbliku. Ftit tal-ġranet biss ilu, kellna fostna l-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella li attenda għaċ-ċerimonja uffiċjali li saret f 'Għawdex fejn dan il-proġett mhux biss ġie approvat minn istituzzjonijiet Ewropej iżda ġie kkunsidrat ukoll mill- konsulenti tal-Kummissjoni Ewropea, Jaspers, bħala eżempu ta' prattiċi tajba. Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-ilma Joe Mizzi ltaqa' personalment ma' Jaspers numru ta' drabi u jifhem li l-kontribuzzjoni tagħhom kompliet iżżid il-valur lejn dan il-proġett. Proġett li involva xogħol kbir ta' preparazzjoni u pjanijiet sas-sena 2050. L-impjanti tar-reverse osmosis se jitjiebu kemm fejn tidħol l-effiċjenza u anka l-kapaċità tagħhom. Dawn l-impjanti se jkunu kapaċi jipproduċu aktar ilma b'inqas dawl. Permezz ta' dan il-proġett il-Korporazzjoni se tkun tista' tnaqqas l-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan b'4 biljun litru fis-sena. Reverse osmosis f 'Għawdex Qed jinbena reverse osmosis ġdid għall-gżira ta' Għawdex. Dan se jipproduċi 9 miljun litru ilma tax-xorb kuljum u b'hekk Għawdex se jkollu kwalità ta' ilma aħjar u mhux se jibqa' dipendenti fuq pajp taħt il-baħar li ilu hemm 30 sena u li ma' kull maltempata jkollu problemi kbar. Bħalissa Għawdex jinqeda permezz ta' main tal-ilma li jgħaddi minn taħt il- baħar u minn ammont ta' ilma tal-pjan li jinġibed minn taħt l-art. Sistema antika li ma tagħtix is-sigurtà meħtieġa u la hi effiċjenti u lanqas sostenibbli. B'investiment ta' €11-il miljun, Għawdex se jkollu provvista ta' ilma ta' kwalità għolja immens li se jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fuq din il-gżira. Għawdex se jkun mija fil-mija awto suffiċjenti. Se jkun hemm kapaċità biżżejjed biex jinqeda Għawdex u jekk ikun hemm bżonn, jiġi ppumpjat ilma lura lejn Malta. Proġett li jirrispetta l-ambjent tal-madwar u se joffri futur aħjar lil din il-gżira. L-impjant li se jkun installat se jkun wieħed mill-iktar avvanzati fid-dinja, mhux biss fi standards ambjentali imma anke fl-effiċjenza. Barra minn hekk dan l-impjant se jkollu wkoll sistema li tiżġura li anke f 'każ ta' qtugħ ta' dawl, il- provvista tal-ilma ma tkunx interrotta. F'Malta wkoll qed isir ħafna xogħol biex ikun hemm kwalità ta' ilma aħjar, is-sistema ta' distribuzzjoni u l-mod kif jitħallat l-ilma qed ikunu maħsuba mill- ġdid u se jsiru bidliet kbar. Mina bejn Pembroke u Ta' Qali Proġett ieħor li jifforma parti min- Net Zero Impact Utility Project huwa l-kostruzzjoni ta' mina li qed titħaffer mill-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Pembroke għall-ġibjun f 'Ta' Qali, li se tippermetilna li nwasslu ilma aħjar għand in-nies, li nużaw ħafna inqas enerġija u kimiċi, u tagħtina wkoll sigurtà tal-proviżjoni akbar. B'tul ta' 9.5 kilometri, dan il-proġett hu intiż biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal- ilma f 'ħafna partijiet f 'Malta u jsaħħaħ l-effiċjenza fl-operat u fis-sostenibbiltà ambjentali. Ir-Reverse Osmosis f 'Pembroke hu l-ikbar impjant tal-WSC fejn bħalissa qed isir ukoll xogħol fuq il-magni li qed jiġu mmodernizzati bl-aħħar teknoloġija li se jirriżulta fl-iffrankar ta' €421,596 fis-sena - hekk kif l-impjant se jirdoppja l-produzzjoni tal-ilma mingħajr ma jżid il-konsum tal-enerġija. Permezz tal-aħħar teknoloġiji fis-suq l-ilma li jittella' għal Ta' Qali se jkun pur, jiġifieri mhux se tiżdiedlu ġebla jew kimiċi, iżda minflok joħodhom b'mod naturali mill-ilma tal-pjan. Proċess aktar effiċjenti u prodott itjeb għan-nies biex kull dar ikollha kwalità ta' ilma aħjar. Tajjeb wieħed isemmi li l-pajpijiet li se jintużaw għall-kostruzzjoni tal-mina, fejn se jintużaw b'kollox madwar 3,000 tunellata, huma l-ewwel tat-tip tagħhom f 'pajjiżna. Titjib importanti qed isir ukoll fuq is-sistema tad-drenaġġ inkluż dik ta' trattament, li għalkemm Gvern Nazzjonalista nirrikonoxxu li kien għamel xogħol importanti fuqha, dan ix- xogħol mhux talli ma kienx iħares fit-tul, imma seta' sar ħafna aħjar. Teknoloġiji ġodda se jippermettulna nlaħħqu mal- isfidi tal-futur bl-aħjar mod possibbli. Is-sena 2018 ma kinitx sena ta' ppjanar u dokumentazzjoni biss imma anka sena ta' twettiq. Il-proġetti primarji bdew jitwettqu u sal-lum intlaħaq progress ġmielu. Matul is-sena 2018, il- Korporazzjoni mexxiet applikazzjonijiet ambjentali għal proġetti kbar, liema applikazzjonijiet kollha kienu approvati b'mod unanimu mill-awtoritajiet ikkonċernati u ħareġ ukoll ammont massiv ta' tenders, ċioè aktar minn mitejn tender u aktar minn 130 kuntratt iffirmati f 'ħin rekord mingħajr ma ġiet kompromessa l-kwalità tad-dokumenti. Dan wassal għal nefqa rekord ta' €40 miljun ta' fondi kofinazjati mill-Unjoni Ewropea. New Water Matul din is-sena kienu inawgurati wkoll żewġ impjanti ġodda tan-New Water; wieħed f 'Għawdex u l-ieħor f 'Ta' Barkat, f 'Malta. Permezz ta' ħidma bla heda, issa kapaċi nipproduċu 7 biljun litru ilma riċiklat fis-sena u se jitwaħħlu madwar 400 dispenser awtomatiċi fuq in-network estensiv. Ħolqa importanti ħafna fl-istrateġija tal-Ministeru biex jiġi ssalvagwardjat l-ilma tal-pjan. Kumplimentari ma' dan ix-xogħol, kien ix-xogħol intensiv fuq l-impjanti tad-drenaġġ li ra dak f 'Għawdex u dak ta' Barkat f 'Malta jkunu rriġenerati. Sar xogħol massiv li għadu għaddej biex illum għandna impjanti ta' trattament effiċjenti u robusti biex jilħqu l-isfidi preżenti u futuri. Matul din l-aħħar sena fl-impjant Ta' Barkat sar xogħol bla preċedent. Impjant li kien kawża ta' riħa qawwija fin-naħa ta' isfel ta' Malta li għalkemm dan l-inkonvenjent naqas frott tax-xogħol u l-miżuri, għad fadal xi jsir fix-xhur li ġejjin. Proġett ta' €130 miljun u li se kif l-ilma jiġi prodott u mqassam Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tbiddel drastikament il-mod kif l-ilma jiġi prodott u mqassam

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019