Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277
illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 8 VotEWROPA 2019 X'qal Muscat f 'din il-kampanja? Żidna l-pensjonijiet għal sena fuq oħra. Mhux biżżejjed. Irridu nżidu l-benefiċċji u ngħinu lil min qiegħed fil-kera (22 ta' April – ONE) Aħna writna dejn li kien 70% tal- ekonomija. Illum dan naqqasnieh għal 45%, jiġifieri qed inħallsu inqas imgħaxxijiet. Il-flus qed imorru biex inżidu l-pagi, inħaddmu l-infermiera (23 ta' April – Tarxien) Jiena ma nemminx li l-elezzjonijiet qegħdin hemm biex tgħid xi ħaġa u mbagħad tagħmel oħra (28 ta' April – Ċentru Nazzjonali Laburista) Imma li ma nistax nifhem hija l-Oppożizzjoni li filli jgħidulna li mifqugħin bil-barranin u tuża kliem aktar użat mil-lemin estrem... imma mbagħad il-Ħadd toħroġ tgħid fil- Programm Elettorali li trid tagħmel minn Malta ċentru ta' immigrazzjoni (29 ta' April – Marsa) Qabel kienu jgħidulna d-dejn iħallsuh uliedna u wliedna. Aħna mhux dejn ħa nħallulhom lil uliedna imma ġid u flus x'jinvestu (1 ta' Mejju - Pjazza Kastilja) Ma rridx Maltin jiġbru ż-żibel (2 ta' Mejju – Xtra fuq TVM) L-iskop tagħna huwa li nagħmlu lin-nies sinjuri żgħar (7 ta' Mejju – San Ġwann) Dak li ħaddieħor ħoloq f '25 sena, aħna ħloqnieh f 'sitt snin. Ix-xogħol huwa l-bażi ta' dan il- moviment, dan huwa l-partit tax- xogħol (12 ta' Mejju – Mosta) Aħna pożittivi. Jiena nħossni mbierek li qed ngħix f 'dan il-pajjiż. U meta tara din id-differenza tibda tinduna għalfejn ħaddieħor qata' qalbu. Għalhekk l-Oppożizzjoni għafset il- buttuna tal-paniku (14 ta' Mejju – Imsida) 'Delia għamel kampanja bla sens u tal-biki' (22 ta' Mejju – Dibattitu Awtorità tax- Xandir)