Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277
illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju2019 9 VotEWROPA 2019 X'qal Delia f 'din il-kampanja? Qalilna li mhux minnu li s-salarji tagħna huwa l-inqas fl- Ewropea... Il-Eurostat għandha l-informazzjoni preċiża. Il- ħaddiema Maltin huma l-inqas fl-Ewropa li żdiditilhom il-paga (3 ta' Mejju – Tas-Sliema) F'sitt snin sar Gvern arroganti li ma jagħtix kas... lill-anzjani jgħidilhom li qed jgħixu wisq fit-tul, ma għandux rispett lejn il-ħajja, huwa Gvern li ma jimpurtahx (28 ta' April – Dar Ċentrali) Mhijiex elezzjoni li jirbaħ il-Partit Nazzjonalista jew il- Partit Laburista. Hija elezzjoni biex il-vuċi tagħkom tasal aktar fl-Ewropa (5 ta' Mejju Għargħur) Għandna ambizzjoni kbira ħafna li nkunu fuq quddiem nett fl-enerġija alternattiva. Għall-Gvern l-enerġija tfisser biss kuntratti moħbija (1 ta' Mejju – Net FM) Inutli jkollna trasport b'xejn u tasal siegħa u nofs tard (2 ta' Mejju – Xtra) Ippubblika r-rapport sħiħ ta' Egrant illum qabel għada, ħalli nkunu nafu minn xiex qed jibża' l-Prim Ministru (14 ta' Mejju – L-Imsida) Muscat se jkun l-ewwel PM li lanqas biss bena post wieħed ta' akkomodazzjoni soċjali (12 ta' Mejju – Il-Mellieħa) Jekk trid tiddiskuti ejja fuq Xarabank nhar il-Ġimgħa u ddiskuti ħa nispjegaw, ħa nuruhom min iħobb il-ħaddiem, ħa nuruhom lin-nies min għandu qalbu mal-anzjani (13 ta' Mejju – Ħaż-Żabbar) Ma nistgħux nittolleraw li l-pajjiż li salva tant nies fl-istorja tiegħu jkun il-pajjiż assoċjat mar- razziżmu. Din mhijex Malta li naf jien (19 ta' Mejju – Is-Siġġiewi) Żbalji jibqgħu żbalji għamluhomx Nazzjonalisti jew Laburisti żbalji jibqgħu (22 ta' Mejju – Dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir)