Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277
ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio illum | Il-Ħadd 26 ta' Mejju 2019 10 VotEWROPA 2019 FTIT sigħat oħra tiġi fi tmiemha kampanja elettorali ta' ftit aktar minn xahar, kampanja li ftit li xejn kien fiha sugu, fejn il-kwistjonijiet ewlenin kienu ftit jew wisq imġebbda u li tat il-ġenb dawk it-temi Ewropej u nazzjonali li l-aktar jolqtu n-nies, fosthom l-ambjent, l-akkomodazzjoni soċjali, il-kirjiet u l-pagi. Forsi għax in-nies għajjew, jew inkella għax ftit li xejn hemm x'tagħżel, imma l-interess ma kienx xi wieħed kbir. Vera li din mhijiex elezzjoni ġenerali, iżda l-partiti kellhom kull ċans biex jispjegaw lill-votanti li kwistjonijiet Ewropej u l-futur tal-Unjoni Ewropea jaffettwaw direttament lilna l-Maltin. Minflok, erġajna kellna kampanja ta' botta u risposta, kampanja li ddiskutiet temi li tqajmu għall-konvenjenza politika u fejn għal darb'oħra, il-partiti ż-żgħar li kellhom ċans tad-deheb biex iqajmu rashom, leħinhom ma wassalx biżżejjed. Dan kollu ġie bi prezz qares! Rajna l-partit ta' Norman Lowell, partit nazzista tal-lemin estrem jgħolli rasu u skont is-sondaġġi jsir it-tielet l-akbar forza politika, anke jekk apparti l-barranin, ippropona 'l-mercy killing' ta' trabi li jitwieldu b'diżabilità severa. Il-bidu tal-kampanja: il- PN jibda fuq sieq ħażina iżda b'tema attwali Il-Partit Nazzjonalista beda din il-kampanja fuq sieq ħażina. Apparti l-iżball tal-Malti fuq il-billboard (li juri nuqqas ta' organizzazzjoni), il-messaġġ li kien qed jitwassal fil-bidu tal-kampanja kien wieħed ta' apatija u rassenjazzjoni. Ma tibdiex kampanja elettorali tilmenta li ma għandekx flus, kif għamel is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli. Il-messaġġ li ntbagħat kien ta' partit bla riżorsi u li qata' qalbu mill-ġirja qabel telaq jiġri! Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista pprova juri wkoll tiġdid. Il-maduma ma dehritx. Minflok, il-Partit Nazzjonalista uża arma aktar moderna, anke jekk mhijiex dik uffiċjali. It-tema 'Flimkien għal Pajjiżna,' kienet qed tibgħat żewġ messaġġi. 'Flimkien' tinsisti dwar il-bżonn li l-Partit Nazzjonalista jkun magħqud. Jekk ma jingħaqadx, ċans kontra l-Partit Laburista mhux se jkollu. Ipprova juri dan meta stieden lil dawk id-Deputati 'ribelli,' li ftit li xejn kienu qed jidhru, inkluż Chris Said, Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina, biex jindirizzaw kemm konferenzi u anke l-attivitajiet ta' taħt it- tinda. Jekk din l-għaqda hijiex ta' vera jew inkella għall- konvenjenza, għad irridu naraw. 'Għal Pajjiżna,' ippruvat tkisser ukoll ir-rettorika tal-Partit Laburista li għamel kampanja sħiħa jisħaq fuq il-fatt li l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti għamlu snin jagħmlu l-ħsara lill- pajjiż, impressjoni li l-Kap Nazzjonalista u l-kandidati Nazzjonalisti ppruvaw ikissru tul din il-kampanja. Il-bidu tal-kampanja: il- PL jibda b'saħħtu u bħal dejjem organizzat Huwa fatt magħruf li l-Partit Laburista fejn jidħlu l-kampanji elettorali joħroġ b'saħħtu. Deher organizzat anke fil- mod kif ippreżenta l-kandidati tiegħu, ir-ritratti li ttieħdu, il-postijiet li għażel u r-riklami li xandar. Kien pront joħroġ billboard biex iwaqqa' għaċ-ċajt l-iżball li ħa l-Partit Nazzjonalista fuq l-ewwel billboard tiegħu. Vera turi l-istat miskin tal-politika f 'Malta, iżda jibqa' l-fatt li l-Partit Laburista reġa' deher organizzat u innovattiv. Dan kollu wassal idea ta' partit żagħżugħ, mimli enerġija, lest biex jikkampanja u li se jagħmel kollox biex jirbaħ u jirbaħ bil- kbir. It-tema 'Malta f 'Qalbna' hija frażi qasira iżda wkoll effettiva biex tużaha fl-attivitajiet u biex tirrepetiha darba wara oħra u tidħol fil-mentalità tal-poplu kif daħlu t-temi 'Malta Tagħna Lkoll' u 'L-Aqwa Żmien.' Il-PN jibda jirkupra; Delia joħroġ b'saħħtu fl- ewwel dibattitu Anke jekk beda fuq sieq ħażina, il-Partit Nazzjonalista beda jirkupra. Delia deher aktar ippreparat mis-soltu u beda jwassal il-messaġġ tiegħu b'mod li jinftiehem. Il-mexxejja waqt l-ewwel dibattitu bejniethom L-ewwel dibattitu waqt Xtra tah ukoll spinta 'l quddiem. Delia deher komdu jiddibatti, ħareġ b'argumenti tajbin, spjegahom bil-kalma u anke jekk wieħed kien qed jistenna li 'jgħaxxaqha' minn ħin għall-ieħor, din id-darba kien il-Prim Ministru li għaffiġha, tant li kellu jitlob apoloġija dwar il-kumment tiegħu fuq il-ħaddiema barranin. Il-Partit Nazzjonalista ħataf din l-okkażjoni biex jagħmel festa minn dan 'il-flop' tal-Prim Ministru u baqa' jfakkru kważi kważi f 'kull attività. Proposti: il-Partit Laburista ħafna aktar organizzat u effettiv biex iwassal il-messaġġ Wieħed ma jistax ma jsemmix li l-Partit Nazzjonalista nieda sensiela ta' proposti tul din il-kampanja, fosthom għall- kura tas-saħħa mentali, għad-dijabetiċi, għal dawk bid- dislessja, għall-isport u oħrajn. Li żbalja l-Partit Nazzjonalista huwa li semma dawn il- proposti ta' malajr f 'sensiela ta' konferenzi qosra li rari damu aktar minn kwarta. Il-bqija ftit li xejn irrefera dwarhom jew spjegahom. Kif tridhom isiru jafu bihom in-nies? Min għadu jisma' l-konferenzi fil-ħdax ta' filgħodu? Fil-fatt kull meta ġie biex jippreżenta l-proposti u l-manifesti tiegħu, il-Partit Laburista bħal dejjem kien aktar organizzat. Sejjaħ konferenzi u spjega l-proposti waħda waħda b'mod organizzat. Delia jidher mill-inqas fil-kampanja…imma hemm kien Meta l-Partit Laburista nieda l-proposti tiegħu, kien il- mexxej tiegħu Joseph Muscat li ħabbarhom u spjegahom. Il-Partit Nazzjonalista ma għamilx hekk meta ħabbar il-manifesti tiegħu għall- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Dawn il-proposti ħabbarhom Clyde Puli. Vera li Delia ilu jinsisti li hu mhux il-Partit Nazzjonalista, iżda wara kollox huwa l-kap. Jekk partit qed jippreżenta proposti, għandu jkun il-kap li jħabbarhom u li jispjegahom. Dan iwassalna għal mistoqsija li staqsew il-ġurnalisti u bir-raġun. Għalfejn Delia ma indirizzax konferenza waħda tul din il-kampanja? Għalfejn il-ġurnalisti ftit li xejn kellhom ċans jistaqsuh? Beża' li setgħu jistaqsuh mistoqsijiet skomdi u li jitfgħuh f 'dell ikrah? Iżda jekk Delia ma indirizzax konferenzi, ma jfissirx li ma kienx preżenti u ma kienx qed jikkampanja. Joseph Muscat dar il-lokalitajiet kollha. Iż-żjajar kienu organizzati. In-nies ħarġu jilqugħ u l-fotografi hemm kienu. Delia għamel dan filgħodijiet. Il-midja ma kinitx tkun infurmata. Lanqas in-nies. Kien iżur il-lokalitajiet u daħal fil-ħwienet, fil-każini u tkellem man-nies. Dan il-kuntatt informali huwa importanti wkoll u xi drabi aktar effettiv, għax min irid jgħidlu xi ħaġa se jgħidielu mingħajr kameras f 'wiċċu. Botta u risposta dwar l-għadd tal-kandidati tal- PN għall-Kunsilli Lokali Il-Partit Laburista ħareġ b'saħħtu meta fl-ewwel jiem tal-kampanja baqa' jinsisti u jgħid li l-PN ma ħariġx biżżejjed kandidati f '23 lokalità u li l-elezzjonijiet f 'dawn il- lokalitajiet se jsiru biss għax il- Partit Laburista ħareġ biżżejjed kandidati. Il-gazzetta ILLUM analizzat dan id-diskors. F'ċertu lokalitajiet, il-Partit Laburista kellu raġun, f 'oħrajn spinja u ġebbed l-argument xi ftit jew wisq. Iżda fejn kien il-Partit Nazzjonalista? Ħlief għal stqarrija waħda u mġebbda wkoll, li kienet tinkludi żball, il-Partit Nazzjonalista ftit li xejn ipprova jiddefendi lilu nnifsu, forsi għax kien jaf li vera sab diffikultà biex isib kandidati. Imnalla kien il-kumment tal-Prim Ministru li l-kunsilli lokali qatt ma kienu "is-super favoriti" tiegħu, biex il-Partit Nazzjonalista kellu ma' xiex jaqbad. L-abort: imma x'fettilu l-Partit Nazzjonalista? Minn tema li kulħadd kien bħal donnu jibża' jitkellem fuqha, il-Partit Nazzjonalista spiċċa biex poġġa l-abort fuq l-aġenda nazzjonali, anke jekk irid bil-kontra. Dan kien suġġett li minn żmien għal żmien kien iqajjem rasu u jerġa' jorqod u jmut. Qatt qabel ma kien hawn żmien li l-pajjiż għamel erba' ġimgħat jitkellem fuq l-abort kuljum u l-ħin kollu. Veru li l-Partit Laburista approva l-manifest tas-Soċjalisti li jgħid iswed fuq l-abjad li l-abort għandu jkun dritt, iżda l-Prim Ministru kien ċar aktar minn darba meta qal li ma għandux mandat li jdaħħal l-abort. Il-billboard tal-Partit Nazzjonalista dwar l-abort Mhux hekk biss, iżda l-Kummissjoni Ewropea ma tistax timponi l-introduzzjoni L-elezzjoni għaddiet; wisq abort, ftit Analiżi Wara ġimgħat issegwi l-kampanja, l-ILLUM tħares lura lejn dawn l-aħħar erba' ġimgħat. X'kienu l-aqwa u l-agħar mumenti tal- kampanja? Fejn kienu b'saħħithom il-PN u l-PL? U fejn għaxxquha?