Illum previous editions

ILLUM 26 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1122277

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 658 • 26 ta' Mejju 2019 Paġni 3, 8, 9, 10, 11, 12 u 13 Il-kampanja elettorali... x'qalu u x'ma qalux... EDITORJAL LGĦADD tal-voti issa għalaq u l-għażla saret. Illum inkunu nafu mhux biss min rebaħ din l-elezzjoni 'mid-term' imma nkunu nafu min huma s-sitt Membri Parlamentari Ewropej li se jirrappreżentawna fi Brussell. Wara l-għajjat u ċ-ċapċip ta' min rebaħ u wara d-dieqa ta' min tilef, il-pajjiż ikompli għaddej, irid ikompli jitmexxa minn dan il- Gvern Laburista u jrid ikompli jingħata direzzjoni. Il-ħaddiem jerġa' jmur ix- xogħol u min iħaddem ikompli għaddej b'ħidmietu wkoll. Il-politiċi iżda jkollhom jieqfu u jieħdu kont. Nibdew b'Adrian Delia. Dan huwa l-ewwel test tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u allura r-riżultat tal-lum se jimpatta mhux ftit il-pożizzjoni tiegħu bħala Kap. Telfa devastanti b'distakk li huwa ikbar minn dak li tilef bih fl-2017 huwa predikament ikrah għal Delia. Ikun intbagħat il-messaġġ li b'Delia l-partit mar lura minn sitwazzjoni li kienet diġà gravi ħafna. Id-daqqa li jieħu l-PN tkun waħda kerha ħafna u jekk ma tingħatax id- duwa kemm jista' jkun malajr hemm biża' illi din id-daqqa tkun mortali. Nibdew b'Adrian Delia. Dan huwa l-ewwel test tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u allura r-riżultat tal-lum se jimpatta mhux ftit il-pożizzjoni tiegħu bħala Kap. Telfa devastanti b'distakk li huwa ikbar minn dak li tilef bih fl-2017 huwa predikament ikrah għal Delia. Ikun intbagħat il-messaġġ li b'Delia l-partit mar lura minn sitwazzjoni li kienet diġà gravi ħafna. Id-daqqa li jieħu l-PN tkun waħda kerha ħafna u jekk ma tingħatax id- duwa kemm jista' jkun malajr hemm biża' Ikompli f 'paġna 19 EDITORJAL LGĦADD saret. Illum inkunu nafu mhux biss min rebaħ din l-elezzjoni 'mid-term' imma nkunu nafu min huma s-sitt Membri Parlamentari Ewropej li se jirrappreżentawna fi Brussell. Wara l-għajjat u ċ-ċapċip ta' min rebaħ u wara d-dieqa ta' min tilef, il-pajjiż ikompli għaddej, irid ikompli jitmexxa minn dan il- Gvern Laburista u jrid ikompli jingħata kont. minn Albert Gauci Cunningham MINN informazzjoni uffiċjali mill-Kummissjoni Elettorali, li waslet għall- ħabta tas-7.15pm, ilbieraħ sas-sagħtejn ta' wara nofsinhar kienu vvutaw 32% ta' dawk li huma eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Dan il-persentaġġ naturalment, jeskludi lil dawk li ma kinux ġabru l-vot tagħhom sa nhar il- Ħamis li għadda li jlaħħqu kważi 39,000. Dan il-persentaġġ ikopri l-voti tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Ħames snin ilu, f 'elezzjoni oħra tal-Parlament Ewropew sas-2:00p.m, kienu vvutaw ftit inqas minn 34% jiġifieri 2% iktar mil-lum. Dakinhar l-akbar ammont ta' voti sa dan il-ħin kien irreġistrat fir-raba' distrett bi 38.1% u l-anqas fit- 12-il distrett bi 28.5%. Sakemm morna għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni Elettorali kienet għadha ma ppubblikatx iċ-ċifri fuq bażi distrettwali. Jekk min-naħa l-oħra tqabbel il-persentaġġ tal-bieraħ ma' dak tal-elezzjoni ġenerali tal-2017 dan ifisser tnaqqis pjuttost kbir ta' 20% fil-votanti. Dakinhar sal-istess ħin kienu diġà vvutaw 52%. Intant fl-2014 l-iktar distrett illi fih ivvutaw nies kien ukoll ir- raba' distrett b'79.4% u l-anqas it-12-il distrett b'61%. Adrian Delia, il-Kap tal- Oppożizzjoni u kap tal-Partit Nazzjonalista kien l-ewwel wieħed mill-mexxeja politiċi li mar jivvota. Fil-fatt huwa tefa' l-vot tiegħu fis-Siġġiewi għall- ħabta tad-9am. Warajh, għall-ħabta tal- 10am, ivvota l-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat f 'Burmarrad. Il-PM kien akkumpanjat minn martu Michelle Muscat. Iktar tard mal- ġurnata, ħarġu wkoll jivvutaw iċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo, u l-Kap tal-PD, Godfrey Farrugia. 32% vvutaw sas-2pm... daqs ħames snin ilu imma 20% inqas mill-2017 ILPOPLU DDEĊIEDA... ILLUM ILPOLITIĊI JIEĦDU KONT

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 May 2019