Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
11 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 Delia. Ma riedx kontinwità, aktar u aktar għax ma tantx kien hemm fuq xiex tkompli. Għall-kuntrarju, bħalma ried Joseph Muscat għal- Labour, Delia ried ibiddel lill- Partit Nazzjonalista. Jekk Muscat irnexxielu, Delia dan għadu ma wettqux u tista' tgħid li l-PN mar minn ġot-taġen għal ġon-nar. In-Nazzjonalisti għadhom iħarsu lura b'nostalġija lejn żmien Fenech Adami. "Dak kien żmien," jgħidulek meta jaraw xi ritratt ta' xi mass meeting ta' żmien ir-referendum tal-Unjoni Ewropea. Minn dak iż-żmien lil hawn, il- Partit Nazzjonalista għadu ma sabx Kap li rnexxielu jitla' l-pedistall ta' Eddie Fenech Adami. U Robert Abela? Jista' jimla ż-żarbun ta' Joseph Muscat Minkejja l-allegazzjonijiet serji li telaq imdawwar bihom, Joseph Muscat jibqa' idolu għal-Laburisti. Il-fatt li mill-2009 lil hawn Muscat baqa' jirbaħ elezzjoni wara l-oħra b'distakki rekord ukoll biżżejjed, żgur kienet waħda mill-akbar raġunijiet li wasslet biex Joseph Muscat daħal fil-qalb tal-Laburisti u biex poġġewh fuq pedistall daqs ta' Mintoff jekk mhux akbar ukoll. Robert Abela għaraf dan. Minkejja dak kollu li għadda minnu l-Gvern ta' Muscat fl-aħħar xahar u nofs, ir-riċetta ta' Muscat li wasslet għal rebħa wara l-oħra, niżlet wisq tajjeb mal-Laburisti biex jagħtuha l-ġenb. Propju għalhekk li l-għajta ta' Robert Abela kienet il-kontinwità. Biha kiber mix-xejn. Chris Fearne għaraf dan ukoll, iżda daqq il- qanpiena tal-kontinwità tard wisq. Robert Abela seraqlu x-xena u ħataflu minn idu ċ-ċwievet tal- uffiċċju tal-Mexxej. Għadu kmieni wisq biex wieħed jiġġudika lil Robert Abela. Ilu biss it jiem Prim Ministru u diffiċli tgħid jekk hux se jirnexxilu jikser it-tendenza u minkejja li ġej wara wieħed mill-aktar Prim Ministri popolari li kellu l-pajjiż, jagħmel isem għalih innifsu u jkun stmat u maħbub daqs il-preduċessur tiegħu. Li nistgħu ngħidu biss huwa li fl- aħħar xahar u nofs dak li rnexxielu jikseb il-Gvern Laburista deher kważi se jisfaxxa, iżda Robert Abela donnu reġa' ġab lura enerġija u entużjasmu, kważi kważi li kien hemm fl-2008 meta kien elett Joseph Muscat bħala Mexxej. Hemm żewġ fatturi li żgur se jgħinu lil Robert Abela: L-età u l-kariżma. Għadu żgħir u l-ideat tiegħu huma moderni. Kariżmatiku kważi kważi aktar minn Joseph Muscat. Iżda dan mhux kollox. Żmien iċ-ċapċip jgħaddi u issa Abela jrid ixammar il-kmiem u jibda jaħdem. Nistgħu ngħidu biss li minn dak li għamel sa issa, Abela beda fuq nota tajba u anke jekk tela' bl-għajta tal- kontinwità, ma ddejjaqx ibiddel fejn hemm bżonn u jidher li dan niżel tajjeb mhux biss mal-Laburisti. Niżlet tajjeb ħafna l-ħatra tal- ekonomista Clyde Caruana bħala Chief of Staff, ir-riżenja ta' Neville Gafà u tal-Kummissarju. Wettaq bidla enormi fil-kabinett. Żgur li waħda mill-affarijiet li tispikka f 'dan il-kabinett huwa l-etajiet tal-Ministri u s-Segretarjat Parlamentari. Liż- żgħar, bħal Byron Camilleri u Silvio Schembri tahom Ministeri u responsabbilitajiet importanti. L-istess Rosianne Cutajar u Clayton Bartolo, Abela afdalhom Segretarjati Parlamentari b'saħħithom. Dan jikkuntrasta sew mal-Par- tit Nazzjonalista. Jekk tħares lejn in-naħa tal-Oppożizzjoni fil-Parlament tara biss uċuh 'an- tiki.' Il-Partit Laburista qed ikompli jidher dejjem aktar bħala l-par- tit li kapaċi jiġġenera lilu nnifsu. Il-Partit Nazzjonalista bil-kon- tra. Biżżejjed tħares lejn l-istrut- turi tal-partit, immexxija kollha minn veterani u nies li ilhom snin fil-Partit. Kif għidna aktar 'il fuq, għadu kmieni biex niġġudikaw lil Rob- ert Abela. Iżda l-ewwel sinjali juru li kapaċi jikser it-tendenza u minkejja li ħa post Prim Min- istru popolari, kapaċi jogħla 'l fuq u jagħmel ħoss kif għamel fil-kampanja għat-tmexxija. Anke jekk għadu ġdid, kollox jindika li l-Partit Nazzjonalista se jkollu għadma iebsa b'Robert Abela. Suldat Amerikan iħares fuq il-protesta quddiem l-ambaxxata Amerikana f 'Bagdad ABELA B'ħarsa lejn l-istorja u x'ġara minn dawk li laħqu wara Prim Ministri popolari, l-ILLUM tanalizza jekk Robert Abela hux se jirnexxilu jikser it-tendenza u minflok jispiċċa fid-dell ta' Joseph Muscat jagħmel isem għalih innifsu