Illum previous editions

ILLUM 19 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'L-atletika hu sport individwali li jagħtik ħafna sodisfazzjon' illum • IL-ĦADD 19 ta' Jannar 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Fil-belt ta' Valencia, int ħloqt rekord nazzjonali ġdid fin-nofs maratona it tal-ġimgħat ilu. Kif ħassejtek li lħaqt din il-mira tant sabiħa? Dan l-unur li rnexxieli nikseb seħħ fix-xahar t'Ottubru, it ġimgħat qabel tmiem is-sena l-oħra. Fil-verità jien kont qed nipprepara għall-maratona li kienet ġejja u għalhekk ħadna l-mawra tagħna f 'Valencia bħala test importanti għal dak li kien ġej. Nista' ngħidlek li kont f 'forma fiżika tajba għal dan l-avveniment u proprju fl-aħħar tat-tiġrija ħassejt li stajt inżid il-pass u fil-fatt hekk għamilt. Dan kollu għeni sabiex nikseb ħin tajjeb ħafna ta' siegħa seba' minuti u 44 sekonda li spiċċa wkoll bħala rekord nazzjonali. Tista' taħseb kemm kont kuntent meta rnexxieli nilħaq dan il-ħin. Jien ma kontx ippjanajt dan kollu u kif jgħidu ta' bla ħsieb jirnexxi. Kemm ilek tipprattika l-atletika? Ili nipprattika l-atletika għal dawn l-aħħar għaxar snin. Fil- bidu bdejt b'avvenimenti żgħar iżda mbagħad bdejt inżid id- distanzi tiegħi u eventwalment għola wkoll il-livell personali tiegħi. Anke l-kowċ qalli li t-tlielaq fit-tul jgħoddu ħafna għalija u għalhekk bdejt nipprova affarijiet ġodda f 'dan l-isport. Fi it xhur bdejt nikkompeti f 'diversi tiġrijiet li saru u rbaħt diversi avvenimenti fosthom road running u n-nofs maratoni. Waħda mill-iktar attivitajiet li niakar kien meta rnexxieli nikkwalifika għall- kampjonati mondjali tal-atletika li saru fil-belt ta' Cardiff f 'Wales. Kien tragward li kont verament kburi li rnexxieli nilħaq. Minn hawn qatt ma ħarist lura u komplejt nitħarreġ aktar bis-serjetà. X'inhuma l-miri li qed tipprova tilħaq? Hemm diversi miri li nixtieq nilħaq f 'din il-karriera tant sabiħa. F'dawn l-aħħar xhur għandi kowċ ġdid li qed jiggwidani. Bdejna nilħqu miri ġodda fosthom il- maratona li hi twila 42 kilometru u li ppreparajna sew għaliha. Imbagħad hemm dejjem dak l-element ta' ħin li kontinwament nixtiequ ntejbu sabiex nilħaq aktar rekords. X'taħseb dwar ix-xena tal- atletika Maltija? Taqbel miegħi li qed jiżdiedu dejem aktar l-avvenimenti lokali f 'dan l-isport? Iva naqbel miegħek. Bħalissa qed jiġu organizzati ħafna avvenimenti madwar il-gżejjer Maltin, kważi f 'kull tmiem il-ġimgħa u dan hu sinjal tajjeb ħafna. Ikun hemm ħafna tiġrijiet fit-toroq u awtomatikament in-nies qed ikunu mħeġġa jipparteċipaw fihom. Nemmen li hi xi ħaġa pożittiva f 'dan ir-rigward minħbba li b'hekk qed nippromwovu saħħa aħjar u fuq kollox ħajja għalkollox attiva fost il-poplu Malti. Dawn l-istess attivitajiet lokali jagħtu aktar kuraġġ sabiex ikollna atleti ġodda. Huwa għalhekk li dan l-isport qed jieħu spinta 'l quddiem. Int teżerċita l-professjoni ta' għalliem fi skola sekondarja. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek, mal-familja u fuq kollox mat-taħriġ u l-kompetizzjonijiet? Kollox hu marbut ma' kemm int tkun organizzat. Jekk int tqassam il-ħin tiegħek sew, qatt m'int se ssib problemi. Hu veru li l-professjoni ta' għalliem hi waħda ferm impenjattiva iżda jien inqassam ħini bl-aħjar mod bejn preparazzjoni ta' lezzjonijiet u korrezzjonijiet. Jien ngħallem il-Bioloġija u l-Kimika. Hemm imbagħad il-ħin li rrid nagħti lill-familja tiegħi speċjalment lill- mara u t-tifla tiegħi. Finalment jiġu dawk il-mumenti fejn irrid nitħarreġ bl-iktar mod serju sabiex nilħaq ċerti livelli. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill- familja tiegħi li dejjem insibha warajja f 'dawn il-mumenti partikolari. Liema kienu l-aktar avvenimenti riċenti li tiakar u li pparteċipajt għalihom? Ma nistax ma niakarx fin- nofs maratona ta' Valencia li kif għedtlek irnexxieli nikseb ħin rekord għaliha. Niakar b'għożża wkoll maratona lokali li fiha wkoll ksirt rekord ieħor li kien ilu 19- il sena ma jintmess. Kien l-atleta John Buhagiar li fis-sena 2000 kien ġab ħin tajjeb fl-istess maratona. Kburi li rnexxieli nikser dan ir- rekord. Ġimgħa wara kelli ċ-ċans li nipparteċipa fil-maratona ta' Lisbona fil-Portugall fejn hemmhekk kellna niġru fuq ħaxix, ħamrija u tajn bit-tellieqa li xejn ma kienet faċli. Madankollu anke hawn irnexxieli nasal f 'pożizzjoni tajba tant li għaddejt atleti li fuq il-karta kienu ferm aħjar minni u li ġabu ħinijiet tajbin fil-passat. Minkejja li l-kundizzjonijiet kienu xi it diffiċli u li ma kontx imdorri għalihom kuntent li rnexxieli nagħmilha. Finalment wieħed mill- avvenimenti li bqajt niakar fis-sena 2019 li għadha kemm ħallietna kienet it-tiġrija bejn l-Imdina u Spinola li hi waħda mill-eqdem li għandna f 'pajjiżna. Hawnhekk irnexxieli nikseb ħin tajjeb ħafna u ksirt rekord ieħor li kien ilu 22 sena u li kien jappartjeni lil Kevin Zammit. Kien rekord ferm iebes biex jinkiser. Tkellimt mal-kowċ fuq strateġija li għandi nadotta u dan kollu rnexxa tant li spiċċajt tellaqt waħdi fl-aħħar parti u ksibt ħin tajjeb ta' 52 minuta u 26 sekonda. X'inhuma l-għanijiet tiegħek għal din is-sena? Għandi ħafna objettivi li nixtieq nilħaq għal din is-sena 2020 li għadha kemm bdiet. Iddiskutejt mal-kowċ rigward dixxiplini u distanzi ġodda fl-atletika u ehemna li nipprova ntejjeb il-ħinijiet tiegħi fit-tiġrijiet tal- 5 kilometri u anke dik tal-10 kilometri. Qed inħares ukoll lejn parteċipazzjoni aktar fl- avvenimenti internazzjonali sabiex inkomplu ntejjeb il-livell tiegħi. Nemmen li dejjem għandi nżomm saqajja mal-art għax taf kemm taf qatt mhu biżżejjed. Jien dejjem ikolli stimoli ġodda li nilħaq u dan jgħinni sabiex inħares dejjem 'il quddiem. X'inhu l-messaġġ finali tiegħek lejn dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li qed jitħajru jaqbdu karriera fl- atletika? L-atletika hu sport individwali li jagħtik ħafna u ħafna sodisafazzjon. Jgħinek sabiex iżżomm ruħek attiv u b'saħħtek u li jagħtik motivazzjoni kbira f 'ħajtek. Charlton Debono - atleta ewlieni Għawdxi li ftit tal-ġimgħat ilu ħoloq rekord nazzjonali ġdid fin-nofs maratona f'Valencia fi Spanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 January 2020