Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
26 sport 'Nieqaf nilgħab meta saqajja ma jibqgħux ituni' Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Minn dejjem kont sportiva u niftakarni sa minn meta kont żgħira nilgħab bil-ballun kull fejn inkun kemm fit-toroq, fil- park u fil-pjazez. Konna nilagħbu bla waqfien għal sigħat sħaħ. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall- irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Naħseb li din hija mentalità antika għax il-futbol fin-nisa qed jiżdied aktar u aktar. Hawn Malta qed nippruvaw nagħmlu progress u dan kollu qed isir sabiex il- plejers żgħażagħ tagħna jkollhom l-istess esperjenzi u opportunitajiet li għandhom pajjiżi oħra. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil- karriera tiegħek sa issa? Minbarra li rbaħt ħafna kampjonati, supercups u kompetizzjonijiet tan-Knock- Out kemm ma' Hibernians kif ukoll ma' Birkirkara, naħseb li l-iktar mumenti li nibqa' niftakar kien meta skorjajt l-ewwel gowl tiegħi fil-UEFA ChampionsLeague tan-nisa kontra tim Sloven. G ħ a l l - i s t a t i s t i k a , din kienet l-ewwel parteċipazzjoni tagħna bħala tim Malti tan- nisa u l-ewwel gowl internazzjonali li ġie skorjat. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall- akbar ġid tal-futbol tan- nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Naħseb li dejjem hemm lok li jsiru aktar affarijiet iżda fuq kollox inħoss li pass pass mixjin fid-direzzjoni t-tajba. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Meta kont għadni żgħira, kont noħlom ħafna fuq din il- possibbiltà iżda n-negozju tal- familja mexxieni f 'direzzjoni oħra. Fi żmien meta kont għadni nibda, ma kinitx xi ħaġa komuni li plejer tal-futbol femminili tavvanza fil-karriera tagħha. Konna naraw li l-kampjonat tan-nisa kien dilettantesk u s'hemm kont tasal. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol u mal-futbol? Mhux xi ħaġa faċli minħabba li trid tippjana sabiex tlaħħaq mal-iskeda ferm mimlija tax- xogħol, tat-taħriġ u tal-logħob. Ikun hemm mumenti fejn dawn jaħbtu ma' xulxin. Minkejja kollox, il-klijenti tiegħi u sħabi tat-tim jafu kemm nieħu l-futbol bis- serjetà u għalhekk ma narahiex daqshekk diffiċli xi ħaġa li nħobb nagħmel. Jien nara li kollox jiġi waħdu. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? F'sentenza waħda jien nieqaf nilgħab meta saqajja ma jibqgħux ituni! IL-ĦADD 19 ta' Jannar 2020 • illum Ruth Steer-Chetham - plejer mill-aqwa tat-tim tan-nisa ta' Swieqi United li ngħaqdet ma' dan it-tim wara esperjenza twila ma' Hibernians fil-bidu ta' dan l-istaġun Hawn Malta qed nippruvaw nagħmlu progress u dan kollu qed isir sabiex il- plejers żgħażagħ tagħna jkollhom l-istess esperjenzi u opportunitajiet li għandhom pajjiżi oħra