Illum previous editions

ILLUM 19 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 sport Imniedi l-istaġun tal-2020 tal-Mountain Bike illum • IL-ĦADD 19 ta' Jannar 2020 L-Assoċjazzjoni Maltija tal- Mountain Bike ħabbret il- kalendarju tagħha għall-2020, meta l-istaġun jibda llum il-Ħadd 19 ta' Jannar fl-Imġarr. In-National Point Series ser tkun qed tikkonsisti f 'ħames tlielaq mifruxa fuq il-perjodu bejn Jannar u Lulju. Ser jkun hemm għażla ta' postijiet b'xenarju mill-isbaħ kif ukoll tekniċi li jinkludu – t-Torri ta' Lippija, l-Imbordin, Ħaġar Qim, il-Park tal- Majjistral u Selmun. In-National Point Series ser tkun qed tilqa' fosta ċiklisti tal-kalibru ta' Maurice Formosa, Brandon Sultana, Etienne Bonello, Patrick Scicluna, Mark Bonnici, Jason Vella u Marie Claire Aquilina kif ukoll numru ta' ċiklisti li kienu preżenza regolari fl- istaġun preċedenti. L-Assoċjazzjoni mistennija tilqa' numru sabiħ ta' parteċipanti żgħażagħ fil-kategoriji Junior, U15 u U12. Bħala parti mill-isforzi li l-Assoċjazzjoni qiegħda tagħmel sabiex tattira aktar parteċipanti, ħabbret l-introduzzjoni tal- Kategorija tan-Novice. Din il-kategorija se tkun qed tara parteċipanti li għandhom it esperjenza u għalhekk ser ikunu qegħdin itellqu fuq rotta iqsar u inqas teknika. Midalja ta' parteċipazzjoni ser tkun qed tingħata lil dawk li jikkompetu f 'mill-inqas tliet avvenimenti minn ħamsa fi tmiem is-serje. In-National Point Series ser terġa' tkun sponsorjata minn Trustmoore Corporate Services u appoġġjata minn H20nly, Malta Nutrition, Powerbar Malta. Jitħabbru kategoriji ġodda hekk l-Assoċjazzjoni Maltija tal- Mountain Bike nediet il-kalendarju tagħha għall-2020 Tellieqa Nru 1 Il-Ħadd 19 ta' Jannar Ta' Lippija Tellieqa Nru 2 Il-Ħadd 23 ta' Frar L-Imbordin Tellieqa Nru 3 Il-Ħadd 15 ta' Marzu Il-Park tal-Majjistral Tellieqa Nru 4 Il-Ħadd 19 ta'April Selmun Tellieqa Nru 5 Is-Sibt 4 ta' Lulju Ħaġar Qim It-tlielaq kollha jibdew fit-8:00 ta' filgħodu, ħlief it-tellieqa finali li ser tibda fil-5 ta' filgħaxija Skeda - Malta Mountain Bike National Point Series

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 January 2020