Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
09 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 tax-xellug' – L-ILLUM tistaqsi dwar il- Wara li l-Prim Ministru ma kkomettiex ruħu dwar l-introduzzjoni tal-living wage, l-ILLUM titkellem mal- Alleanza Kontra l-Faqar, il-Moviment Graffitti, il-UĦM u l-GWU li kollha qed jistudjaw il-possibbilità li l-COLA tingħata l-ġenb biex minflok jidħol il- kunċett tal-living wage jew income 'Xogħolna huwa li nikkonvinċu lill-PM' – Josef Vella UĦM F'Novembru li għadda, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella saħaq mal-ILLUM li jeħtieġ jiġi rivedut il- mekkaniżmu wara l-COLA jew inkella tinstab alternattiva għalih, li tista' tinkludi l-Living Wage. Mistoqsi jekk il-kummenti tal-PM jaqtgħux qalb il-unjin li xi darba jidħol dan il-kunċett f 'Malta, Vella wieġeb fin- negattiv, anzi saħaq li xogħol il-unjin huwa li tikkonvinċi lill-Gvern biex jimplimenta bidliet. Fil-fatt, Vella żvela mal-ILLUM kif fil- ġimgħat li ġejjin, grupp ta' ekonomisti se jkunu qed jippreżentaw rapport xjentifiku dwar il-kunċett tal-living wage lill-Bord Eżekuttiv tal-UĦM. Insista li l-għan ta' dan ir-rapport huwa li jipprovdi pożizzjoni aktar xjentifika lill-unjin fuq dan il-kunċett. Hekk il-unjin tkun tista' tibni aħjar l-argumenti tagħha. Vella saħaq li l-Prim Ministru ma għalaqx il-bibien kompletament u għalhekk insista li wara li tistudja dan ir- rapport, il-UĦM se tkun lesta li tiddiskuti mal-Prim Ministru. Mill-banda l-oħra, Josef Vella faħħar il-kummenti tal-Prim Ministru meta tkellem dwar il-ħlas indaqs għax-xogħol tal-istess valur. "Jiena naqbel li l-prinċipju tal-ħlas ugwali għall-istess xogħol għandu jieħu preċedent," insista Vella waqt li fakkar fin-numru ta' każijiet il-Qorti li għandha l-UĦM dwar dan. 'Qed naħdmu flimkien fuq studju dwar il- living income' – Josef Bugeja Min-naħa tiegħu, is- Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja insista li anke l-GWU qed tħares lejn il- kunċett tal-living income u fil-fatt, flimkien mal-Alleanza Kontra l-Faqar u l-Graffitti qed jaħdmu fuq studju professjonali li jiddefinixxi u jikkalkula x'inhu l-living income għal diversi tipi ta' familji f 'Malta. "Żgur li nemmnu f 'dan il-kunċett u għaldaqstant nemmnu wkoll li għandu jkun hawn diskussjoni sħiħ biex niddefinixxu u nikkalkulaw x'inhu living income, kemm hawn nies li għandhom dħul baxx, x'tip ta' servizzi għandhom aċċess, xi impatt ser tħalli din l-introduzzjoni..." saħaq Bugeja. Spjega mal-ILLUM li l-unjin dejjem kienet konxja li l-introduzzjoni tal-living wage jew income mhix se tkun f 'daqqa minħabba l-impatt li jista' jkun hemm fuq is-suq tax- xogħol u l-finanzi tal-pajjiż. "Nemmnu li bħala soċjetà għandna naħdmu biex tkun il- mira tagħhna u tiġi implimentata fuq medda ta' snin," insista Bugeja. "Matul dawn is-snin dejjem sħaqna dwar il-ħtieġa li ħadd ma għandu jaqa' lura u l-ġid li qegħdin noħolqu għandu jinfirex u jinqasam fuq aktar nies." Mistoqsi dwar il-kummenti tal-Prim Ministru, Bugeja saħaq li matul il-kampanja tiegħu, Robert Abela għamel it-tema tal-kwalità tal-ħajja tal- Maltin bħala waħda mill-punti prinċipali. Għalhekk insista li kif tagħmel dejjem, il-GWU se tkompli tiddiskuti mal-Gvern u l-Prim Ministru biex ikunu diskussi t-temi li huma meħtieġa biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal- Maltin, fosthom iż-żieda fil- paga minima, il-kampanja dwar ħlas ugwali għal xogħol tal- istess valur u oħrajn. X'inhi d-differenza bejn living wage u living income? Il-kunċett tal-living income qed ikun imbuttat l-aktar 'il quddiem mill- Alleanza Kontra l-Faqar iżda jidher li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed iżid il-popolarità tiegħu. L-Alleanza qed tisħaq li l-mekkaniżmu tal-COLA (li jikkalkula ż-żieda għall- għoli tal-ħajja) huwa inġust ma' dawk bi dħul baxx għax titfa' lil kulħadd f 'keffa waħda, jiġifieri kemm is-sinjur u anke l-fqir jieħdu l-istess żieda. Fi kliem sempliċi, il-living income huwa dak id-dħul minimu li persuna f 'Malta jkollha bżonn biex tgħix ħajja diċenti. Id-differenza bejn iż-żewġ kunċetti hija żgħira. Kemm il-living income u anke l-living wage jistabbilixxu dħul minimu għal ħajja diċenti. L-uniku differenza hija li l-kunċett tal-living income jiġbor fih lil kulħadd (inkluż pensjonanti u dak li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jaħdmu), filwaqt li l-living wage jiffoka biss fuq il-ħaddiema, jiġifieri dawk li għandhom paga.