Illum previous editions

ILLUM 19 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Kontinwità. L-għajta li biha Robert Abela ġie elett Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru. Hija l-għajta ta' kull kap jew mexxej li jkun qed jieħu post xi ħadd maħbub, kap jew mexxej kbir, li jkun ħalla impatt u li kważi kważi jkun sar idolu. Minkejja din l-għajta, x'aktarx li wara kap jew mexxej kbir, dak li jissuċċedih, jispiċċa fid-dell tiegħu u t-tendenza hi li kull ħaġa li jagħmel, jgħid jew jikseb tkun ikkumparata ma' dak li kieku kien jagħmel jew irnexxielu jikseb il-preduċessur tiegħu. Telaq kif telaq u d-dell li spiċċa mdawwar bih, Joseph Muscat, b'mod partikolari għal-Laburisti jibqa' maħbub u wieħed mill-aktar popolari li kellha Malta. Jibqa' msemmi bħala dak li qajjem lill- Partit Laburista mill-abbiss li kien spiċċa fih biex kiseb rebħiet kbar għall-Partit Laburista u daħħal f 'Malta riformi u liġijiet importanti wkoll. Mhux kollox kien iswed. Bl-għajta tal-kontinwità, Robert Abela daħal fiż-żarbun ta' Muscat. Iżda dan iż-żarbun jiġih? Robert Abela se jibqa' sempliċiment il- Prim Ministru li segwa lil Joseph Muscat jew inkella se jagħmel isem għalih innifsu? Jista' jkisser din it- tendenza li dwarha qed nitkellmu? Nibdew billi nħarsu it uħud mill-Prim Ministri li kellha Malta. X'ġara? Kif ġew imqabbla mal- preduċessuri tagħhom? Karmenu fid-dell perpetwu ta' Dom Mintoff Duminku Mintoff, anke jekk xi it jew wisq kontroversjali, jibqa' wieħed mill-Prim Ministri l-kbar li kellha Malta. Anke wara mewtu għadu idolu ta' ħafna Laburisti. Jibqa' mfakkar bħala missier Malta ħielsa, is-servizzi soċjali u l-edukazzjoni u s-saħħa b'xejn għal kulħadd. Apparti dak li kiseb u wettaq, Mintoff dam imexxi lill-Partit Laburista għal 39 sena u serva bħala Prim Ministru għal ħafna snin. Kien determinat, bla kantunieri u oratur tajjeb. Is-suċċessur tiegħu żgur li kien se jkollu biċċa xogħol kbira biex jidħol fiż-żarbun tiegħu u jkun stmat daqsu. Għal Karmenu Mifsud Bonnici kienet aktar diffiċli għax tista' tgħid li kien obbligat għal Mintoff u baqa' dejjem fid-dell tiegħu. X'aktarx li Karmenu Mifsud Bonnici huwa l-inqas Prim Ministru popolari li kellha Malta. Ma rebaħx elezzjoni waħda għax dam Prim Ministru biss mill-1984 sal-1987. Ħafna jqisu lil Mifsud Bonnici sempliċiment bħala kontinwazzjoni ta' Mintoff. Dan sa wasal biex żamm l-istess kabinett li kien ifforma Mintoff sentejn qabel. Mifsud Bonnici jista' jissejjaħ id- dell ta' Mintoff u isem għalih innifsu fil-politika it li xejn għamel. Anke jekk taħtu saru riformi importanti, fosthom dawk kostituzzjonali biex il-partit li jirbaħ il-maġġoranza tal-voti jiggverna żgur, ħdejn Mintoff, Mifsud Bonnici ma kien ħadd, tant li tilef l-elezzjoni u baqa' Kap tal-Oppożizzjoni sal- 1992 meta rriżenja. Barra l-kontinwità ... Muscat ried il-bidla Għaddew is-snin u bħal donnu l-Partit Laburista baqa' ma setax jieħu r-ruħ. Alfred Sant rebaħ l-elezzjoni tal-1996 u tilef il-Gvern fl-1998, b'Mintoff ikun waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex dan seħħ. Kważi kważi bħal Karmenu, anke Alfred Sant ma kien ħadd ħdejn Mintoff. Bħal Mifsud Bonnici, Sant, ma kienx jitkellem tajjeb bħal Mintoff. Ħdejn Mintoff, anke jekk issa ż-żminijiet kienu nbidlu, xorta waħda ma kienx jidher biżżejjed b'saħħtu u determinat. Fil-fatt, meta fl-2008, Joseph Muscat rebaħ l-elezzjoni għat- tmexxija tal-Partit Laburista, il- kontinwità ma kinitx teżisti fil- vokabolarju tiegħu għax kien ċar li kien hemm bżonn bidla, anke jekk xorta waħda diversi kienu dawk fil- partit li kienu xettiċi dwaru għax ried ibiddel u jaqla' lill-partit mill- fundament. Hu stess kien qal fl-ewwel diskors tiegħu li jeħtieġ isiru bidliet anke jekk kienu se jdejqu u jdarrsu xi wħud. Wara snin ta' apatija, Joseph Muscat induna li r-riċetta tas-suċċess kienu l-bidliet. Implimentahom, rebaħ bil-kbir, kiseb ħafna u minkejja kollox nistgħu ngħidu li għal-Laburisti tela' fuq l-istess pedistall ta' Mintoff. Eddie Fenech Adami jitfa' f 'dell lit-tliet mexxejja ta' warajh Jekk il-legat u l-pożizzjoni qawwija ta' Mintoff baqgħu jixħtu d-dell tagħhom fuq iż-żewġ mexxejja li ġew warajh fil-Partit Laburista, l-istess jista' jingħad għal Eddie Fenech Adami. Bħal Mintoff, Fenech Adami niżżel ismu bħala wieħed mill- aqwa politiċi u Prim Ministri li kellha Malta. Bħal kulħadd kellu l-kontroversji u n-nuqqasijiet tiegħu iżda tista' tgħid li mmodernizza lill-pajjiż, kemm mil- lat ekonomiku, finanzjarju u anke infrastrutturalment. Fenech Adami wkoll kien ilu snin imexxi l-Partit Nazzjonalista u wkoll serva għal ħafna snin bħala Prim Ministru. Kien oratur kbir, determinat u b'saħħtu. Bħas- suċċessur ta' Mintoff, min kellu jilħaq warajh kellu biċċa xogħol diffiċli biex jidħol fiż-żarbun tiegħu. Lawrence Gonzi ħa l-Partit Nazzjonalista f 'idu wara l-era Fenech Adami. Gonzi kien Deputat Prim Ministru fi żmien Fenech Adami u miegħu mexxa l-kampanja għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, kien faċli għalih li jikkampanja għall-kontinwità. Bħalma għamel Muscat, Fenech Adami ħalla lill-Partit Nazzjonalista fl-aqwa żmien tiegħu u għalhekk it kien hemm aptit għall-bidla. Lawrence Gonzi kien il-kandidat ideali u fil-fatt kien elett Kap tal- Partit Nazzjonalista bi it li xejn oppożizzjoni. Għall-kuntrajru ta' Mifsud Bonnici u Sant meta mqabbla ma' Mintoff, ħdejn Fenech Adami, Lawrence Gonzi kien oratur tajjeb. Daħħal lill-pajjiż fiż-żona ewro, ġab fil-pajjiż setturi ġodda, mexxa lill- pajjiż fi żmien ta' kriżi finanzjarja internazzjonali, iżda dan kollu xorta qatt ma poġġieh fuq l-istess pedistall ta' Fenech Adami. Biss biss rebaħ biss elezzjoni waħda bi żbrixx u mill-ewwel deher ċar li ma għandux ċans ma' Joseph Muscat meta dan sar Mexxej Laburista fl-2008. Ma għenuhx lanqas l-allegazzjonijiet ta' skandli u korruzzjoni u l-ewwel xquq fil- Partit Nazzjonalista. Kif jiġri dejjem, beda jiġi mqabbel ma' Fenech Adami u deher bħala l-Kap dgħajjef, li tilef il-kontroll tal-Partit u anke tal-Gvern. Spiċċa hu u tela' Simon Busuttil. L-affarijiet it li xejn inbidlu. Lanqas dan ma rnexxielu jikseb wisq għall-Partit Nazzjonalista. Busuttil telaq u ġie Adrian SE JIRNEXXILU JITLA' L-PEDISTALL TA' JOSEPH MUSCAT? ROBERTABELA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 January 2020