Illum previous editions

ILLUM 19 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 • illum Fiduċja li tissarraf f'aktar ħidma Alex Agius Saliba Alex Saliba huwa Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Laburista D in l-aħħar ġimgħa kienet waħ- da ferm partikolari għall-gżejj- er Maltin – rajna f 'temp ta' ftit jiem kif il-Partit Laburista fil-Gvern f 'tebqa t'għajn u bla ħafna dewmien kellu elezzjoni għall-mexxej ġdid, inħatar Prim Ministru u Kabinett ġdid u l-affarijiet qed jerġgħu jieħdu posthom b'mod naturali. Għadna ma wasalniex biex ngħidu li qegħdin business as usual, però x-xogħol biex issir il-bidla neċessarja beda u d-deċiżjonijiet li hemm bżonn bdew jittieħdu. Jonqos biss is-sapport tagħna lkoll biex naraw lil dan il-Gvern immexxi mill- Prim Ministru Robert Abela jkompli jikber u jwassalna fil-livell li jmiss. *** Fuq nota personali, din kienet ġimgħa ferm sodisfaċenti għalija fejn jirrigwarda l-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew. Il-ġimgħa bdiet b'aħbar ferm sabiħa u xejn mistennija li s-sit awtorevoli Politico għażlitni bħala wieħed mill- għoxrin Membru Parlamentari Ewropew promettenti u li wieħed għandu jsegwi mill-qrib matul din is-sena. Din il-lista ġiet mibnija abbażi tal- ħidma leġiżlattiva li kull wieħed minna ser ikollu matul din is-sena, u Politico għarfet li l-ħidma tiegħi, kemm dik li għamilt s'issa f 'dawn il-ftit xhur li ilni nokkupa din il-kariga u kif ukoll dak li għad irrid nagħmel matul din is-sena, hija importanti u ser tpoġġini ma' fuq nett tal-aktar Membri attivi fil- Parlament Ewropew. Naturalment, dan ma ġiex b'kumbinazzjoni – dan huwa frott tal- ħidma u l-involviment tiegħi f 'numru ta' inizzjattivi u ħidma leġiżlattiva. L-aktar kwistjoni determinanti li poġġietni fuq din il-lista hija dik li matul din is-sena jien ser ikun responsabbli mir-rapport tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali li ser ikun innegozjat fil- Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Din il-leġiżlazzjoni ser tistabbilixxi regoli ġodda dwar kif pjattaformi diġitali bħal Google u Facebook ser ikollhom jibdew jikkontrollaw kontenut illegali. Għaldaqstant diġà huwa previst li din ser tkun leġiżlazzjoni ferm kontroversjali u li ser iġġib magħha s-sehem attiv ta' ħafna partijiet interessati li ser jagħmlu minn kollox biex jinfluwenzaw dawn in-negozjati. Huwa ta' unur għalija li ġejt fdat bi sfida ewlenija bħalma hi din, u ser nagħti saħħti kollha biex ikollna negozzjati sani u li minnhom igawdu ċ-ċittadini Ewropej. *** Aktar tard matul din il-ġimgħa mbagħad kelli l-unur li ġejt elett bħala l-Kordinatur il-ġdid tal-Grupp tas- Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq il- Kumitat tal-Petizzjonijiet. B'hekk issa ser inkun il-kelliem uffiċjali tal-S&D u ser inkun inkarigat mill-kordinazzjoni tal-pożizzjonijiet li jieħu l-grupp f 'dan il-Kumitat. Permezz ta' dan l-irwol ser inkun nista' naħdem u nagħmel aktar pressjoni sabiex naċċerta li l-istituzzjonijiet Ewropej jisimgħu u jaġixxu fuq il- bżonnijiet taċ-ċittadini. Għaldaqstant, huwa ta' unur kbir għalija li ġejt elett għal kariga daqshekk importanti, u huwa ta' unur akbar li l-familja politika li nappartjeni fiha, wara biss ftit xhur ta' ħidma fil-Parlament Ewropew qed tafdani b'daqstant responsabiltajiet u qed tkompli tkabbarli l-portafoll. Jien ser nagħmel żgur li din il-fiduċja nkompli nsarrafha f 'aktar ħidma għall- ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, u fl-aħħar mill-aħħar għall-ġid komuni tal-Unjoni Ewropea. Dan hu dak li jagħmilni kburi u onorat li qiegħed naħdem biex nara Ewropa aħjar u mimlija ħajja, aktar soċjali u b'aktar drittijiet. Ix-xogħol biex issir il-bidla neċessarja beda u d-deċiżjonijiet li hemm bżonn bdew jittieħdu. Jonqos biss l-appoġġ tagħna lkoll biex naraw lil dan il- Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 January 2020