Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
Sharon Calleja 20 rakkont Attenti minn dawk ta' madwarkom U le, ma tantx kien qiegħed bogħod mid-dar. Il-problema ma kinitx jekk kienx kapaċi jsuq. U lanqas li kieku kellhom iwaqqfuh il- pulizija, kien idardarhom minn seba' mili bogħod bir-riħa qawwija ta' alkoħol li kellu jiġri fil-vini ta' ġismu! Hekk eżatt malli ħareġ mill-bieb tal- lok fejn kien qiegħed jixrob flimkien ma' sħabu, ħass ir-riħ ta' barra jwennislu wiċċu u għalkemm il-kuxjenza kienet qiegħda tgħidlu biex iċempel taxi, ħass illi kellu jwebbes rasu miegħu nnifsu u jipprova jfittex il-karozza. Għax biex ikun onest, lanqas kien għadu jiakar f 'liema angolu tat-triq kien ipparkja! Ma tantx kien ilu jixrob! U le, ma tantx kien xorob! Imma oħroġ il-għaġeb, lanqas hu stess ma kien jaf kemm kien qiegħed jitbandal u jberraq għajnejh forsi jara lil dik l-imbierka vettura li kien ġie biha hawnhekk! U wara li dar l-istess blokka xi erba' darbiet, izekzek ħalqu qisu kien xi wieħed xwejjaħ mimli bili u jeżamina kull karozza li beda jara mill-qrib qisu kellu quddiem il- ħabba t'għajnejh mimlija katarretti, lemaħha eżatt fil-ġenb tal-kantuniera! Hemm kienet! Il-karozza sabiħa ħamra li kellu bokka biha liema bħalha! Waqaf għal mument jistreħ ma' arblu tad-dawl, daħaq waħdu donnu kien għeleb l-akbar ostaklu f 'ħajtu, ħakk moħħu b'sodisfazzjon u erħielha lejn il-karozza qisu wieħed imxawwat mhux it! Ma damx ma qabadha u telaq isuq għal għonq it-triq. U le, ma tantx kellu bogħod. Ir-raħal li jmiss. Kemm isuq biċċa żgħira u jasal. U ajma, mbilli qagħdu jġibu r-reklami fuq it-televixin biex min jixrob ma jsuqx! X'seta' jiġri! Mhux l-ewwel darba li kien qed jara t-triq doppja u xorta waħda wasal id-dar. U dawk tat-televixin jesaġerawha tafx! U hekk kif kien għaddej minn ġol-bini kollha mixgħela dwalijiet ikkuluriti ta' żmien il-milied, induna li kienet bdiet tqattar ix- xita. Induna li t-toroq donnhom żvojtaw kollha kemm huma. Jew kienu diġà vojta għax kien sar balla ħin u hu lanqas biss kien induna? U hekk kif wasal quddiem xi dwal tat- traffiku mixgħula ħomor, waqaf jistenna li jinbidlu u ħass l-ewwel sintomu ta' ngħas qawwi. Ħa nifs twil u pprova jagħfas idejh aktar mal-istering tal-karozza, forsi dik iż-żlieġa li kienet ġiet quddiem għajnejh tittaffa it u jasal sa quddiem id-dar bla problemi. Iżda eżatt malli d-dawl tat-traffiku ġie aħdar u reġa' għafas kif seta' l-pedala tal-gass, reġa' donnu ħass ġismu jeħfief xi it. L-għotien ta' għajnejh ma felħux jibqgħu miuħin. U dak il-ħin, reġa' beda jara d-dwalijiet mixgħula fuq iż-żewġ naħat tat-triq armati għall-festi tal-Milied, donnhom bdew iteptpu aktar bilmod, donnhom imajnaw xi it, donnhom jitbiegħdu... Il-viżta t'għajnejh ittappnet aktar u aktar. Il-ħoss tal-magna tal-karozza donnu wkoll beda jinstema' 'l bogħod. In-nifs tiegħu beda jitqal. U għal frazzjon ta' sekonda waħda ħassu kalm. Kalm u kuntent. Kien daħal f 'nagħsa. U kollox ġara f 'mument wieħed! Dell. Jaqsam.Għaddej. Quddiemha. Quddiem il-karozza. Saqajh iġġamjaw fuq il-pedala! Impatt! Ħoss ta' daqqa! Skoss li qatgħu minn ġewwa! U wara li kien sema' l-ħoss tal-brejk tiegħu stess fuq it-tarmak u xamm ir-riħa tal-klaċċ ġejja minn barra, Edam fetaħ par għajnejn beraħ qishom ta' żiemel wara tiġrija li ma kienet tintemm qatt! Ħass qalbu tieqaf. Qabditu rogħda kbira! X'kien għamel? Ma kienx raha sew! Imma kien raha mill-ġenb t'għajnejh! U ma setax jieqaf fil-ħin! Kien tajjar tfajla! Issa x'seta' jaqbad jagħmel? Hemm barra ma kienx hemm ħoss. Ma kienx hemm ruħ oħra. Gidem xou t'isfel, ħass qalbu trid toħroġ minn ġo sidru u ħareġ barra minn ġol- karozza. Kienet qiegħda hemm mixħuta quddiem il-karozza tiegħu! Tfajla! Kollha dmija! Maġenbha umbrella mkissra u mgħattna! U kienet għattnitlu l-faċċata tal-karozza l-ħamra tiegħu! Beda jipprova jmissha. Iċaqlaqha. Isejħilha b'leħen maħsud għall-aħħar. Ipprova jgħolliha kemxejn 'il fuq. Għalxejn. Bla sinjal ta' ħajja. "Sinjorina! Sinjorina!" beda jokrob f 'triq kollha dwalijiet mixgħulin b'mod allegru ta' żmien il-festi. B'ħarsa mwerwra għall-aħħar, beda jħares madwaru fit-triq. Beda jifli kullimkien. Baħħ. It-twieqi tad-djar tal-madwar kienu kollha mitfija. It-toroq vojta. Ħadd. Ħadd ma kien hemm. U kieku r-riħ ma kienx qed itajjar it karti 'l hawn u 'l hemm li kien ġabar minn ġo xi żibel nofsu miuħ u kien hemm d-dwalijiet tal-festi imdendlin fit-toroq, kieku ma kien ikun hemm l-ebda sens ta' ħajja. Ma setax jinqabad! Ma setax jinkixef! Dak li kien ġara, ma seta' jiskoprih ħadd! Kien ser jispiċċa fil-gwaj! U ġieh ħsieb! Hekk. F'tebqa t'għajn. U qabad refagħha. Mar iħaffef biha lejn in-naħa ta' wara tal- karozza tiegħu. Tefagħha hemm bl-addoċċ u r-riħa ta' demm qawwija bdiet timlielu s-sedil tan- naħa ta' wara tal-karozza. U hekk malli għalaq il-bieb tal-karozza warajha, daħal iħaffef fin-naħa ta' quddiem tal-karozza u saq 'il bogħod b'kemm kienet tiġri l-karozza! U le, ħadd ma kien rah! Żgur li le! U hekk malli saq biċċa oħra, ta żewġ titwiliet lejn in-naħa ta' wara fejn kien hemm il-gozz tal-ġisem tat-tfajla fuq is-sedil. Beda jittama li kienet ser tagħmel xi mossa ta' ħajja, iżda għalxejn. Kien ċert. Kien ċert li kien qatilha! X'biċċa kienet ġratlu! Issa mhux talli kien għadu xurban, iżda qatt ma kien aktar f 'tiegħu minn dak il- mument! Saq lejn għalqa li kien jaf li kienet xi it abbandunata, it kantunieri 'l bogħod minn daru. Ipparkja fil-ġenb, ħareġ bil-mod minn ġol-karozza, dejjem jirringrazzja lill-Bambin li ma kien jidher ħadd fid-dlamijiet tat-triq, mar ġabarha minn fejn kienet fuq in-naħa ta' wara u waddabha wara l-ħajt tal-għalqa bl-addoċċ. Għal mument kien diġà erħielha lura lejn il-karozza. Imbagħad biex jaċċerta ruħu li kien kollox sew, reġa' mar jittawwlilha għal mument ieħor, raha mitluqa wara l-ħajt u telaq iħaffef b'kemm kienu jagħtuh saqajh lura lejn il- karozza. Żiffa telaq! Bilkemm kien għadu daħal fuq is-sedil li ma saqx 'il bogħod malajr kemm jista' jkun! U le, issa ma tantx kellu bogħod! Daqt kien ser jasal id-dar! U ħadd ma kien ser jiskopri dak li kien għadu kemm ġara! Issa tara kif ħadd ma kien ser jinduna! U eżatt malli kien kważi qabad it-triq fejn kien joqgħod hu, donnu ħass lil xi ħadd imisslu spalltu minn wara. Dawwar ħarstu lura, maħsud għall-aħħar. Dwal quddiem il-karozza! Impatt qawwi! Ħoss ta' ħġieġ jinfaqa'! Ambulanza. Pulizija. Xena tal-inċident. Kien tard wisq. Sabuh hemm mejjet wara l-istering tal-karozza. Jaħasra kien ħareġ ma' sħabu fi żmien il-festi. Jaħasra kien xorob iżjed milli kien suppost. Jaħasra kien imdamdam. Imkisser. Dmija kullimkien. U wara, wara raw ġisem ieħor tat-tfajla qiegħda gozz fuq is-sedil. Dik kif kienet ġiet hemm? Il-pożizzjoni tagħha kienet xi it stramba. Donnha kienet tpoġġiet hemm qabel l-impatt. Imma min seta' jkun jaf x'kien ġara eżatt dak il-lejl? Ħaġa waħda biss kienet ċara. Li mil-lok fejn kien qed jixrob Edam sad- dar ma tantx kellu bogħod. U le, ma tantx kellu bogħod. IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 • illum