Illum previous editions

ILLUM 19 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

jmexxu entitajiet pubbliċi u min se jkunu. Li hu ċert huwa li t-triq se tkun għat-telgħa u dawn it-tlieta se jkollhom ħafna għajnejn iħarsu lejhom. Fil-fatt naslu ngħidu li d-destin politiku u Ministerjali ta' dawn huwa marbut intrinsikament mas-suċċess tal- Kabinett ta' Abela u l-għażla tiegħu ta' Kabinett żagħżugħ. Il-mażriet li ħalla barra Jekk xejn fl-ewwel it sigħat Abela indika li se jkun pjuttost bla kantunieri u rispetti fejn jirrigwarda nies li jistgħu jkinu mazzra m'għonqu. Konrad Mizzi, kif mistenni, tħalla barra mingħajr poteri Ministerjali u probabbilment mingħajr wisq prospetti ta' karigi f 'entitajiet, għalissa għallinqas. Mizzi kien involut fl-ikbar imbarazzament ta' Gvern Laburista u l-aktar kwistjoni li għamlitlu ħsara: Il-Panama Papers. Żgur illi Silvio Schembri huwa għażla ħafna iktar sigura. Keith Schembri jidher li se jitħalla fl-abbandun u magħhom niżel Chris Cardona li ngħata Ministeru li hu ma aċċettax. Il- possibbilità u l-probabbilità kienet illi dan kien offrut Ministeru li kien ikun ifisser demozzjoni u li hu ma kienx se jaċċetta. Cardona, kien fl-għajn ta' ħafna kritika u każi imbarazzanti għalih u għall-Gvern, mhux l-inqas dak ta' allegata żjara, sa issa qatt ippruvata, f 'burdell f 'Acapulco, l-istqarrija tiegħu dwar il-mannara, interrogazzjoni fid-Depot b'rabta mal-asssassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-famuża ittra anonima mogħtija lill-membri tal-Kabinett li titfa' r-responsabilità tal-assassinju fuqu. Cardona kien kontroversjali ukoll meta fetaħ mandat ta' sekwestru kontra Daphne Caruana Galizia, effettivament jiffriżalha l-flus kollha tagħha. Din l-azzjoni, anke jekk forsi kienet ġejja minn rabja ġġustifikata, mhux biss kienet sproporzjonata imma tefgħet ukoll dawl ikrah ħafna fuqu u dellijiet ta' dubju fir-rigward tal- qtil ta' Caruana Galizia. Bla dubju Silvio Schembri huwa ħafna iktar sigur, politikament. Promozzjonijiet mistħoqqa Bla dubju li kien hemm promozzjonijiet li kienu mistħoqqa, ta' nies li kienu ilhom jistennew fuq il-backbench u li għamlu suċċess fl-elezzjonijiet. Rosianne Cutajar ippilotat l-Att li llegalizza u bena qafas regolatorju għall-Kremazzjoni. Rosianne se tkun qed tokkupa l-kariga ta' Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi. Fl- ugwaljanza m'hemmx dubju li Cutajar taf tagħmel biċċa xogħol tajba anke bħala persuna pjuttost liberali u voċifera fuq id-drittijiet tal-bniedem. Fuq ir-riformi, wieħed għad irid jara liema se jkunu mogħtija lilha u jekk tkunx lesta li tagħmel bidliet li jistgħu jagħmluha politiku inqas popolari. Hija kienet eletta fl-2017 għall- ewwel darba, kif kien Stefan Zrinzo Azzopardi wkoll li kien elett mill-ħames distrett. Zrinzo Azzopardi huwa iben l-eks President tal-PL Joe Zrinzo. Zrinzo Azzopardi huwa wiċċ kompletament ġdid għall- Kabinett u se jkun responsabbli mill-Affarijiet Ewropej. Bħal Alex Muscat, li se jkollu ċ-ċittadinanza u anke Clayton Bartolo bl-Innovazzjoni, huwa xi it ta' kaxxa magħluqa u allura wieħed irid jara dawn x'se jsarrfu ladarba jibda jgħaddi ż-żmien. Edward Zammit Lewis, minkejja li baqa' Ministru ngħata kariga xi it iktar prestiġjuża u li probabilment niżlet ħafna aħjar miegħu, bħala avukat. Il-kabinett: Riċetta żagħżugħa, riskjuża li ħalliet xi ftit tal-qrus sa L-aqwa ħaġa li għamel Muscat biex illoppja kull forma ta' oppożizzjoni li kellu jew kien se jkollu huwa billi ħalla lil kulħadd kuntent, min b'ċejċa u min b'żejża ħalib. Fil-formazzajoni tal-Kabinett, Abela ħoloq żewġ problemi. Ħoloq qrusa minn dawk li ma ħadu xejn jew saħansitra tneħħew mill-kabinett u sab qrusa lesta, prattikament fid-deher, ta' Chris Fearne li sofra telfa pjuttost umiljanti. Abela se jkollu jara kif se jikkalma dawn l-ilmijiet li għalissa huma kalmi imma li jistgħu jitqallbu meta l-affarijiet ma jibqgħux daqshekk faċli. Għandu ċertament rabja u dwejjaq minn Anton Refalo, l-aktar kandidat li kiseb voti fit- 13-il distrett u li spiċċa l-unika wieħed li ma ngħata xejn. Żgur li se jkollu xi it antipatija minn Birkirkara, b'Cardona li tħalla barra (hu qal li kienet l-għażla tiegħu) u mbagħad hemm Fearne li ma jidhirx li għandu xi entużjasmu wara telfa mhux mistennija bi proporzjon inqas u inqas mistenni. Id-Deputat PM m'għinx fid-dehriet pubbliċi bex jikkontradixxi din l-idea u din taf tagħmel ħsara lilu u lill-Gvern. Hemm ukoll it-tneħħija ta' Joe Mizzi minn Ministru, l-unika wieħed fit-Tieni Distrett (Joseph Muscat ħareġ f 'dan id-distrett fl- 2017). Abela jeħtieġ joqgħod attent għax dawk kollha li huma jew se jkunu rrabjati għalih għax ħalliehom fil-ġenb, għandhom punt ta' referenza u spalla ikbar minn tiegħu: Joseph Muscat. 07 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 Identity Malta Agency & the Malta Business Registry would like to inform the general public that as from 3rd February 2020; i. all new applications pertaining to registration of foundations and associations as legal persons in terms of the Second Schedule to the Civil Code; and ii. the submission of information pertaining to the Register of Beneficial Owners in terms of Civil Code (Second Schedule) (Register of Beneficial Owners – Foundations) Regulations and Civil Code (Second Schedule) (Register of Beneficial Owners – Associations) Regulations, shall be delivered to the Malta Business Registry, AM Business Centre, Triq il-Labour, Żejtun, ZTN 2401. The new contact persons are Dr Geraldine Spiteri Lucas and Dr Maria Schembri who can be reached on +356 2258 2300 or by email on foundations.associations@mbr.mt Any other documents relating to foundations and associations should continue to be submitted to Evans Building, Valletta, until further notice.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 January 2020