Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
22 films Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 1917 (15) 13:35, 16:05, 18:35, 21:05, 23:35 Ajvar (18) 18:10 Bad Boys For Life (15) 12:50, 15:30, 20:50, 23:30 Birds of Prey (15) 11:25, 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:40 Bombshell (15) 21:15, 23:40 Dolittle (U) 11:30, 13:55, 16:15, 18:40, 21:10 JoJo Rabbit (12A) 13:40, 16:00, 18:20, 20:45 Jumanji: The Next Level (12A) 11:15, 12:45, 14:15, 16:00, 17:30, 19:35 Richard Jewell (15) 13:00, 15:45, 18:30, 21:15 Sonic the Hedgehog (U) 11:15, 13:35, 16:00, 18:25, 20:50, 23:30 The Gentlemen (18) 13:50, 16:15, 18:40, 21:10 The Turning (15) 14:00, 16:15, 18:25, 20:35 The Call of the Wild (PG) 11:50, 14;00, 16:10, 18:20, 20:30, 23:00 Underwater (12) 13:50, 16:10, 18:30, 20:50, 23:10 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Jumanji: The Next Level 3D (12A) 10:40, 13:20, 18:35 1917 (15) 16:00, 21:00 Bad Boys For Life (15) 10:45, 13:20, 16:00, 21:15 Birds of Prey (15) 10:55, 13:25, 16:05, 18:40, 21:15 Sonic the Hedgehog (U) 11:00, 13:45, 16:00, 18:15, 20:40 Dolittle (U) 10:45, 13:30, 15:50, 18:10, 20:30 The Call of the Wild (PG) 10:50, 13:35, 15:45, 18:00, 20:35 IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum Films fiċ-ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema THE INVISIBLE MAN Il-kapulavur volum tax-xjenza fittizja u biża' ta' H. G. Wells, e Invisible Man inħadem bosta drabi għaċ-ċinema u anki ispira xi spin-offs bħall-kummiedja Memoirs Of An Invisible Man (1992) u l-oskur makabru Hollow Man (2000). L-adazzjoni ġdida e Invisible Man hija produzzjoni ta' Blumhouse Pictures li tispeċjalizza f 'films tal-biża' u t-twerwir ta' bagits moderati. Hawn, id-direttur Leigh Whannell (famuż għas-serje Saw u anki attur fis- serje Insidous) ingħata somma moderata mill-Universal Pictures, (il-kumpanija li dejjem żammet id-drittijiet ta' dan il- ktieb sa minn żmien iċ-ċinema mutu) u tassew issorprenda b'xogħol ta' mpatt qawwi, stennija kontinwa ta' biża', vjolenza mdemmija u taqtigħ il-qalb. Għalkemm is-sustanza tiegħu hi bbażata minn fuq il-ktieb ta' Wells, din il- produzzjoni hija ambjentata fil-preżent, b'teknika rfinuta u b'atmosfera tassew oskura ta' ossessjoni sesswali. Fil-ftuħ naraw lil Cecilia Cass (Moss), fl-eqqel tal- lejl tqum mis-sodda biex taħrab mid-dar u tmur tistaħba ħalli teħles minn raġel xjentist vjolenti li kien qed iżommha qisha mjassra. Mgħejjuna minn oħtha Emily (Dyer), hi tmur tabita ma' James (Hodge), il- ħabib tagħhom u t-tifla tiegħu, Sydney (Reid). Ftit taż-żmien wara, inċidenti strambi jiftħulha għajnejha li hi qed tiġi mmarkata minn xi forza inviżibbli u li l-għeżież ta' madwarha jinsabu f 'periklu imminenti kbir. The Invisible Man hu xogħol inġenjuż li jbeżża', magħmul b'ħila kkalkulata, bl-ewwel siegħa tiegħu ta' eċitament palpabbli u stennija ta' xi qata' kbira. Fit-tieni nofs fejn Cecilia tkun imminaċċjata personali bl-aħrax, bis- sanità tagħha f 'xifer kollass. L-azzjoni tisplodi bi grandezza spettakulari. Adazzjoni vjolenti, kultant brutali, imma bi stil ta' maestro! Atturi Ewlenin: Elizabeth Moss; Aldis Hodge; Harriet Dyer; Storm Reid; Oliver Jackson-Cohen. Direttur: Leigh Whannell. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 124 min. Ċert. 15