Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
06 analiżi IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum TRAB, STORBJU, BINI U ISSA MEWT ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sandro Chetcuti jibqa' karattru omnipreżenti, influwenti, maħbub fost dawk li jirrappreżenta imma li attira ħafna kritika u antipatija minn sezzjonijiet sħaħ tal-poplu, anke ammiraturi tal- Gvern. Chetcuti huwa riflessjoni tal-politika llum u tar- rabta reċiproka, bżonjuża u perikoluża ta' bejn il- politiku u l-kuntrattur. Illum u fl-aħħar deċenji l-industrija tal-kostruzzjoni ħadet dejjem post aktar ċentrali f 'ekonomija bla riżorsi - għajr in-nies u l-ġebla. Din il-ġimgħa, naturalment, l-industrija u Chetcuti b'mod speċjali intefgħu f 'dawl mill-aktar ikrah, wara kullana ta' inċidenti li wasslu biex dan tal-aħħar ikun fatali. Imma vera li għandna tant bżonnha l-industrija tal-kostruzzjoni? Vera li hija daqstant kruċjali? Kemm qed nagħmlu flus mill-kostruzzjoni? Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn l-aħħar tliet snin f 'termini ta' Prodott Gross Domestiku biex b'hekk noħolqu l-istampa kollha, bejn it-trabijiet, storbju, inkovenjent, inċidenti u issa anke mewt li ħolqot din l-industrija u dak li qed tħalli fil-but tal-pajjiż. Għall-fini ta' dan l-eżerċizzju se nagħtu ħarsa lejn żewġ setturi: il-kostruzzjoni u anke l-proprjetà li fil- verità huma interrelatati u li jeħtieġu lil xulxin b'mod dirett. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, fl-2017 il-kostruzzjoni ġġenerat €364.3 miljun fl-ekonomija, fl-2018 €393 miljun u fl-2019 €448 miljun. Dan ifisser li l-ġid li ħolqot din l-industrija żdied b'€84 miljun fi tliet snin. Is-settur tal-bejgħ u xiri ta' proprjetà huwa ikbar, hekk kif fl-2017 iġġenera €466 miljun - iktar mill-2019 għall-kostruzzjoni - fl-2018 iġġenera €514 miljun u fl-2019 €551 miljun. Dan ifisser żieda ta' €85 miljun f 'ġid fl-ekonomija Maltija. Dan ifisser li fl-2019 dawn is-setturi ħolqu kważi €1 biljun ta' ġid li mar għall-ekonomija Maltija. Inqabblu dan l-ammont ma' dak ta' setturi oħrajn: Fl-2019 is-settur finanzjarju li allura jinkludi l-banek, iġġenera €657 miljun u s-settur tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija ħoloq €786.6 miljuni. Naturalment mal-kostruzzjoni u l-proprjetà hemm elenku sħiħ ta' ħaddiema u servizzi anċillari marbutin. Primarjament dawn huma: elettriku/dawl, madum, tal-għamara, bajjada, kumpaniji ta' appliances, trasportazzjoni u aktar. Għaliex reċiproka? Ir-relazzjoni bejn il-politiku u l-lobby tal-kostruzzjoni u l-aġenziji tal-proprjetà hija partikolai għaliex kuntrarjament għal oħrajn bħal tal-kaċċa - hija affari reċiproka u dipendenti. Fis-sens, kuntrattur jeħtieġ a) lill-Gvern joħloq proġetti biex allura joħloq xogħol lill-kuntratturi u b) Awtorità tal-Ippjanar li kemm jista' jkun tiffaċilita l-ħruġ ta' permessi tal-Gvern u finalment ċ) Gvern li għandu viżjoni li tinkludi l-ewwel żewġ punti. Min-naħa l-oħra l-Gvern ma jistax Sandro Chetcuti ilu f'nofs l-għajn tal- kontroversja u miegħu, naturalment is-settur tal-kostruzzjoni. Imma vera joħloq tant ġid? U għaliex hemm relazzjoni intima bejn il-politika u l-kostruzzjoni? Qed inwaħħlu wisq f'Chetcuti?