Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum 'Aħna l-generator tal-Knisja. Kuljum YENDRICK CIOFFI Ċempilna l-qanpiena. Infetaħ il-bieb. Dħalna. Skiet perfett u riħa ta' ndafa. Tlajna għaxar tarġiet. Sibna ruħna f 'sala żgħira u faċċata, wara l-grada tal- klawsura, quddiem presepju magħmul mill-ġewż u statwa ta' Kristu Rxoxt, sibna tistenniena, bid-daħka fuq wiċċha, lil Sor Agnese Zammit, il-Madre Prijura tal-Monasteru ta' Sant'Ursola fil-Belt Valletta. Il-grada tal-klawsura baqgħet tifridna tul l-intervista sħiħa iżda ma żammitx lil Sor Agnese milli titrasmetti anke fina l-ferħ li huwa evidenti fit-tbissima ta' fuq wiċċha u fil-leħen xi it jew wisq storbjuż tagħha. Hi stess tammetti: "Jien l-aktar waħda storbjuża mis-sorijiet." Poġġejna bilqiegħda u bdejna nitkellmu fuq il-vokazzjoni tagħha. Għaliex soru tal-klawsura? "Ħadd ma jiimha. Il-vokazzjoni, kemm tal-klawsura, reliġjuża jew ta' saċerdot ġejja minn Alla. Alla jieħu l-inizjattiva. Imbagħad jiddependi minna jekk ngħidux iva jew le," bdiet tispjega l-Prijura. Fi kliemha, aktar ma tiżviluppa l-ħajja, aktar issir diffiċli biex wieħed jisma' u jwieġeb għall-vokazzjoni. "Illum tant hawn affarijiet x'tagħmel, tant kemm hawn komunikazzjoni, li ż-żgħażagħ mhux ma jisimgħux il-Kelma t'Alla, iżda l-leħen tiegħu jinħonoq. Jiġu ħafna tfajliet. Togħġobhom il-ħajja tagħna u lanqas ikunu jridu jitilqu, iżda mbagħad xħin jerġgħu jirfsu l-għatba ta' barra jinsew," qaltilna Sor Agnese. Iżda ma tidħakx bihom. Illum ilha 43 sena f 'dan il-monasteru fil-qalba tal-Belt Valletta. Daħlet ta' 18-il sena. Iżda fi kliemha stess, mhux mill-ewwel wieġbet għas-sejħa. "Is-sejħa tal-Mulej ħassejtha ta' 17-il sena iżda għamilt minn kollox biex ma nidħolx. Kont indoqq maż-żgħażagħ Ħaż-Żebbuġ u qatt ma xtaqt inħalli l-kitarra. Kont l-uniku tfajla ndoqq ma' xeba' ġuvintur. Allura kont inħossni mkabbra. Sakemm il-Mulej beżbiżni waħda tajba," qaltilna bi tbissima. Irrakkontatilna dak li bidlilha l-fehma tagħha. Sor Agnese minn dejjem tinnavika u tilgħab bl-elettriku. Ta' 17-il sena kienet qed tarma s-siġra tal-Milied. "Il-Papà qalli ara jfettilek tarmaha bid-dawl. Kien jafni. Imma kienet lesta bid-dawl. Kien hemm wajer ma rajtux u ħadt xokk qawwi. Dak il-ħin lil Mulej għidtlu: hux tridni għalik? Mela ħallini ħajja. Mill-Christmas Tree beda kollox," irrakkontat. Għaliex il-klawsura? Tkellimna dwar il-fatt li s-sorijiet tal- klawsura mhumiex bħal sorijiet ta' ordnijiet reliġjużi oħra li mhumiex klawsura, fis-sens li dawn ma jiċċaqilqux minn kunvent għall- ieħor. Soru tal-klawsura tidħol f 'monasteru u hemm tgħix il-bqija ta' ħajjitha. Il-Monasteru ta' Sant'Ursola huwa antik ħafna u jmur lura għal żmien il-Kavallieri, jiġifieri it wara li beda l-bini tal-Belt Valletta. "Għamilna minn kollox biex nadegwaw dan il-monasteru għaż-żminijiet tal-lum. Pereżempju għandna l-bżonnijiet kollha. Kompjuters għandna biex naħdmu. Ipad għandna wkoll. Jiena bħalissa, tliet darbiet fil-ġimgħa, immur ir-Renal Unit u nieħu lilu miegħi biex nitlob minflok il-brevjar," kompliet tispjega l-Madre Prijura. Minkejja dan, is-sorijiet jgħożżu ħafna l-klawsura u jipproteġuha. "Ikollok toħroġ għall-isptar, iżda l-bqija ma noħorġu għalxejn. Lanqas għall-funerali. Meta jkollna l-familjari tagħna morda u ma jifilħux ma jkunux jistgħu jiġu jarawna, nistgħu mmorru narawhom darba kull sitt xhur," spjegat. "Ngħixuha l-klawsura fl-ispiritwalità tagħha, għax tista' tkun soru tal-klawsura u moħħok ikun fil-Port il-Kbir." Tkellimna aktar magħha dwar il-klawsura. Għaliex il-klawsura? Hawn tant sorijiet li jagħmlu l-ġid? Mhux aħjar bħall-Ursolini, ara kemm jgħinu tfal? Mill-klawsura x'tista' tagħmel? Lanqas xejn ma ħasbet it-tweġiba tagħha: "Fil-powerstation jekk ma jkunx hemm uwil ma timxix. Aħna jduru għat-talb tagħna s-sorijiet l-oħra, il-patrijiet, is- saċerdoti, il-lajċi. Aħna l-generator tal- Knisja. Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien qal li mingħajr is-sorijiet tal-klawsura, il-Knisja ma hi xejn. It-talb jagħti l-qawwa lis-saċerdot biex jaħdem. It-talb jgħin lill-familji. Ħallih iċempel it-telefon. Taf kemm iċemplu nies? Itlob għat-tifel għax marid, itlob għar-raġel għax jibdilni. Anke rġiel iċemplu b'qalbhom maqsuma għax pereżempju l-mara tkun qed tibdilhom. Aħna nitolbu għal kulħadd," qaltilna Sor Agnese. Twaqqfu apposta biex jitolbu għal Malta Iżda hawn ta' min nispjegaw li dan il- monasteru tal-klawsura għandu vokazzjoni u missjoni partikolari. Propjament is- sorijiet f 'dan il-monasteru jissejħu s-Sorijiet Ġerosolomitani ta' San Ġwann Battista. Imkien fid-dinja, lanqas f 'Malta ma ssibhom ħlief fil-Belt Valletta. Dawn is-sorijiet twaqqfu apposta mill-Kavallieri ta' San Ġwann għal Malta. Apposta biex jitolbu għal Malta. Fil- fatt, huma fergħa tal-Kavallieri. "Kienu waqqfuh biex il-kavallieri jiġġieldu u s-sorijiet jitolbu biex dawn jirbħu għal Malta. Illum kavallieri ma hawnx. Imma żammejna din il-vokazzjoni. Aħna nitolbu għal Malta tagħna, għall-Gvern tagħna, għall- politiċi tagħna. Meta jkun hawn xi kriżi fil- pajjiż, nitolbu lil Alla. Anke meta kellna din id-diżgrazzja din il-ġimgħa. Tlabna ħafna għall-vittma u għall-familja tagħha. Anke dwar dan il-virus li hawn. Nitolbu biex ma jidħolx Malta," spjegat Sor Agnese. Illum f 'dan il-monasteru jgħixu 11-il soru. "L-iżgħar waħda għalqet 30 u l-akbar waħda se tagħlaq 80. Kollha għadna niġru fuq saqajna," qaltilna l-Prijura. B'Facebook joħorġu ftit mill-klawsura biex iwasslu l-messaġġ... Anke jekk il-klawsura hija aktar mill-bieb 'il ġewwa, dan l-aħħar, permezz ta' paġna fuq Facebook, is-sorijiet qed iwasslu l-messaġġ tagħhom anke barra mill-monasteru. Fil-fatt, kull ġimgħa, is-sorijiet tal-klawsura jtellgħu filmat bi ħsieb fuq l-Evanġelju tal-Ħadd u anke filmati dwar il-ħajja tagħhom ta' kuljum u l-ħidma fil-monasteru. "Ma kinitx deċiżjoni diffiċli li nwaqqfu din il-paġna. Ridna nagħmluha biex in-nies issir taf bina u tkun taf li hawn Monasteru li qed jitlob għal Malta. It-tieni nett għamilniha biex naħdmu għall-vokazzjonijiet. Konna ilna naġġornaw ruħna it it għall-ħajja tal-lum. Jekk ma nagħmlux hekk min se jarana hawn ġew? Għalkemm qisna naħna, xorta waħda għadna magħluqin," saħqet Sor Agnese. Imma għandhom vokazzjonijiet? Imorru tfajliet? Komplejna nitkellmu dwar il- vokazzjonijiet. L-aħħar darba li daħlet soru ġdida f 'dan il-Monasteru kien għaxar snin ilu. "Ninkwetaw ħafna dwar il-vokazzjonijiet. Qed nagħmlu minn kollox. Allaħares naslu bħalma ġara f 'monasteri oħra li nispiċċaw tlieta jew erba' sorijiet biss," kompliet tgħid. "Tama hemm. Għax hemm vokazzjonijiet pendenti. Tfajliet jiġu. Anke jekk ma jidħlux. Almenu jieħdu ħafna tajjeb. M'ilux ġiet tfajla ħelwa, qed tistudja. Qaltilna li trid tagħmel esperjenza magħna. Għaliex le. Għidnilna biex meta trid iċċempel u tiġi." Hawn Sor Agnese reġgħet irriflettiet fuq il-vokazzjoni tagħha. Qaltilna li jmorru ħafna tfajliet li għandhom kollox iżda jħossu qalbhom vojta. "Jiena hekk kont. Kont ngħid għaliex dan il-vojt ġo fija. Il-Mulej jimlihulek." Kif jagħmlu għall-qadjiet ta' kuljum La ma joħorġux, kif jagħmlu għall-qadjiet ta' kuljum? Illum il-ġurnata għandhom il- kumdità li jċemplu u x-xirjiet jaslu wara l-bieb, iżda ħafna Beltin jgħinuhom ukoll. Għall-qadjiet ta' kuljum, bħax-xiri tal-ħobż, ħalib u anke mediċini, Sor Agnese spjegat li hemm ġuvni li jaqdihom. "Iħabbtulna ħafna nies jistaqsuna jekk għandniex bżonn xi ħaġa meta jkunu sejrin jixtru. Il-ġirien iħobbuna ħafna," kompliet tgħidilna. Fil-fatt, man-nies, is-sorijiet iżommu kuntatt anke permezz tal-Knisja ta' Sant Ursola. Kuljum joħorġu fil-knisja għall-quddiesa, idoqqu huma l-kitarri u fil-festa arahom iżejnu l-Knisja bid-damask u b'opri oħra mal- Pawlini Beltin. U l-ġurnata fil-monasteru kif tkun maqsuma? Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM daħlet fil-Klawsura tas-Sorijiet ta' Sant'Ursola fil-Belt Valletta. Tkellmet ma' Sor Agnese, il-Madre Prijura dwar il-ħajja fil-monasteru, is-sens tal-klawsura, il-ħajja tagħhom u l-futur ta' dan il- monasteru antik li jmur lura għal żmien il-Kavallieri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020