Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
Like A Boss hija kummiedja pwerili u mqanżħa dwar żewġt iħbieb nisa, b'personalitajiet tassew distinti, li jridu jkunu l-factotum fil-kumpanija tas- sbuħija tagħhom stess. Mia&Mel. Waqt li waħda hija prattikabbli ħafna u trid tagħmel l-affarijiet bil-galbu u l-paċenzja, l-oħra hi ħerqana ħafna li ssir sinjura f 'qasir żmien biex tkun tista' tgħix ħajja lussuża. Meta l-affarijiet tant imorru għall-agħar li jsibu rwieħhom finanzjarjament falluti, dawn ikollhom jirrikorru għand benefattrici mingħajr skrupli li l-għan ewlieni tagħha hu li takkwista d-ditta tal-kosmetiċi tagħhom taħt idejha. L-ewwel ħaġa li dawn iridu jagħmlu hu li jwittu d-differenzi ta' bejniethom u jaraw kif se jirreaġixxu kontra din il-viljakka makakka. Ma jridx wieħed ikun għaref biex jirrealizza li din il-farsa zoppa tolqot biss il-gosti ta' dawk it-tfajliet u nisa skjavi tal- moda u li jħobbu l-irtokk. Tiffany Haddish u Rose Byrne, iż-żewġ nisa li jinsabu fi kriżi jippruvaw sewwa biex jagħtu ħajja lil skript mingħajr sugu, waqt li Salma Hayek għalkemm għadha attraenti, tipprova taħdem parti ta' waħda li tipprofitta ruħha mingħajr ma tindika dan. Il-mumenti umoristiċi u farseski huma it ferm u 'l bogħod minn xulxin. Film nieqes mill-oriġinalità u l-immaġinazzjoni, b'mumenti li fir-realtà ma jseħħux hekk, però kontinwament b'ħarsa lussuża. 23 films illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 taċ-ċinema minn din il-ġimgħa Like a Boss Fil-preżent, fir-Renju Unit hemm mal- 2,300 mara li għandhom żewġhom fil- militar jew konnessi b'xi mod ieħor, li jiffurmaw mal-75 kor kemm fil-pajjiż u kemm barra. Military Wives jiffoka fuq l-ewwel kor ta' nisa li ngħaqdu flimkien bħala solidarjetà u ħbiberija meta l-għeżież tagħhom servew fl-Afganistan. Ibbażat minn fuq storja vera, permezz tal-kant dawn in-nisa sabu mezz kif jgħinu lil xulxin, jevitaw id-dwejjaq u l-iżolament meta jkollhom jiċċaqilqu minn djarhom u jgħixu fil-kwartieri tas- suldati u fil-proċess isiru anki sensazzjoni globali. Military Wives hija kummiedja b'mumenti drammatiċi fejn wieħed isib ħin biex jitbissem u jiskanta u anki joħroġ xi demgħa wkoll. Dan ix-xogħol tassew ġenjali u pjaċevoli li jneħħilek kull burdata ħażina jew nervi li jkollok, żgur li wieħed joħroġ miċ-ċinema aktar ferħan. Il- fenominu tal-Military Wives Choirs beda f 'RMB Chatterick fejn ifforma l-ewwel kor fl-2010 u li spira s-serje e Choir fuq il-BBC TV. Permezz ta' din l-attività, in- nisa li żewġhom jew is-sieħeb tagħhom qiegħed fuq servizz eluf ta' mili 'l bogħod, sabu mezz kif ineħħu t-tensjoni minn fuqhom, ikollhom f 'min jistgħu jafdaw u jgħaddu ħinhom b'mod aktar struttiv. Permezz tal-kanzunetti, ħafna minnhom a cappella, sabu refuġju u unità bejniethom. Diversi kanzunetti popolari li jkantaw joħorġu minn fommhom b'mod spontanju u m'hemm xejn professjonali sakemm, fit-taħriġ intensiv tagħhom jkunu wkoll mistiedna f 'kunċert prestiġġjuż f 'Londra. Dan hu film ġenwin, sempliċi, divertenti, fil-vena ta' xogħlijiet oħra Brittanici simili fl-ispirtu bħal e Full Monty (1997) (tal- istess direttur), Calendar Girls (2003) u speċjalment Brassed Off (1996). Iż- żewġ protagonisti, Kristin Scott-omas u Sharon Horgan, bħala Kate u Lisa, li jieħdu ħsieb il-kor tassew jirreaġixxu tajjeb flimkien. Ironikament, l-aktar li jimpressjonaw fi ġlieda ta' argumenti verbali bejniethom f 'parkeġġ tal-karozzi. Atturi Ewlenin: Kristin Scott-Thomas; Sharon Horgan; Jason Flemyng; Greg Wise; Emma Lowndes; Lara Rossi. Direttur: Peter Cattaneo. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 113 min. Ċert. 12A MILITARY WIVES Ġurnata taċ-ċinema għat-tfal Nhar l-14 ta' Marzu huwa l-jum nazzjonali taċ-ċinema għat-tfal imtella' minn KRS. Nhar is-Sibt li ġej, iċ-ċinema ta' Malta u Għawdex ser juru films b'rati orħos mid-9am sas- 6pm. Il-films ser jintwerew f 'Għawdex bejn l-4pm u s-6pm u fis-2pm u fl-4pm fl-Oratorju ta' Don Bosco. Ser jintwerew 14-il film bil-ġeneri jvarjaw minn avventura, animazzjoni, kummiedja u azzjoni. Dawn huma l-films li se jintwerew dak inhar ONWARD, THE CALL OF THE WILD, SONIC THE HEDGEHOG, DOOLITTLE, PAW PATROL, READY, RACE, RESCUE, FROZEN II, SING-ALONG, MALEFICENT, MISTRESS OF EVIL, SPIES IN DISGUISE, JUMANJI - THE NEXT LEVEL, STARDOG AND TURBOCAT, FARMAGEDDON - A SHAUN THE SHEEP MOVIE, THE LION KING, ALADDIN, ABOMINABLE. Atturi Ewlenin: Tiffany Haddish; Rose Byrne; Salma Hayek; Billy Porter; Jennifer Coolidge; Ari Graynor. Direttur: Miguel Arteta. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 83 min. Ċert. 15