Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 Sena wara u għadhom b'ta' fuqhom senduqhom ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa ħalliet din id- dinja Miriam Pace wara inċident tal-kostruzzjoni, imma kif qed nuru f 'paġna 4 dan ma kienx l-ewwel inċident imma r-raba' wieħed. Nhar it-Tlieta filgħaxija, fost kongregazzjoni żgħira ta' nies quddiem dak li fadal mid-dar ta' Pace fil-Ħamrun, kien hemm mara partikolari li kellha ħafna xi tgħid u li dan qalitu b'saħħa, konvinzjoni u rabja. Caroline Micallef kienet l-ewwel persuna li kellha d-dar tagħha, flimkien mal-blokka kollha, imġarrfa fi Gwardamangia f 'April tas-sena l-oħra. Hija tgħid li għaddiet sena u baqgħu fejn huma, mingħajr il- proprjetà tagħha. "Xejn u ħadd ma kien favurija nħoss. Sa qabel it ilu ħadd u ħadd mill-awtoritajiet ma kellimna," tispjega Micallef li tkompli tgħid illi kien biss it ġimgħat ilu li persuna mill-uffiċċju tal-PM bdiet tkellimhom. "Għamilna pass ta' nemla forsi," qalet Micallef. Meta kienet qed titkellem mal- midja hija qalet li spiċċa ż-żmien li l-kbir jgħaffeġ fuq iż-żgħir. Mal-ILLUM iddeskriviet dik il- ġurnata illi matulha tilfet kollox. "Aħna qatt ma gergirna għax ġew jaħdmu ħdejna. Jekk hemm żvilupp li jrid isir, isir. Allura jekk kienu ħsejjes aċċettajna ... ġieli kienu jiġu ġranet bl-apparat iqatta' u għaddej. Imma qatt ma lmentajna," qalet Micallef. Hi tgħid illi dakinhar żewgha kien mar jistrieħ u f 'daqqa jara li l-ħajt infetaħ, permezz ta' konsenturi pjuttost imdaqqsin. "Kont inżilt inkellem lil min kien qed jagħmel ix-xogħol u kien qalli biex ma noqgħodx ngħajjat. Għidtlu mhux ma ngħajjatx - jekk mhux se tieqaf bix-xogħol ħa nirrappurtak lill- Pulizija. U waqaf!" Hi rrimarkat kif il-fatt li waqaf xħin semmiet il-Pulizija jista' jindika li fil-fatt kienu qed iseħħu affarijiet kontra l-liġi. Iddeskriviet kif kien ġie site manager li wegħedhom li sa ħames ġimgħat wara kien se jirranġalhom is-soqfa u ħsarat li setgħtu saru fuq id-dar. Imma ma kellux ikun! "Filgħaxija għidt ħa noqgħod nara t-TV biex nikkalma naqra. Kienet ċemplitli ommi inkwetata imma serraħtilha rasha li ma kellna xejn gravi u dħalt norqod." Tkompli tispjega: "dħalt fis- sodda imma ma rqadx mill- ewwel. F'daqqa waħda nisma' ħoss qisu ta' xi ħaġa tinstabat, bumm, dak il-ħoss. Imma r-raġel qalli ma ġara xejn, u lanqas jgħaddi xejn ħin li nisimgħu qisu ħoss ta' bumbardament. Morna fis-salott u rajna t-torba nieżla u l-konsenturi jinfetħu. Qbadt il-kelb u l-mobile u mal-oħrajn tlaqna 'l barra. Xħin konna barra naraw kollox nieżel!" Hekk kif qed nispejgaw x'ġara aktar nies jiġu jagħtu kuraġġ lil Micallef u jwegħduha l-appoġġ. Imma issa għaddiet sena, l-appoġġ jeħtieġ għajnuna fattwali. Miriam Pace nqatlet u Caroline Micallef, li għal naqra ma qatluhiex ukoll, għadha ta' fuqha senduqa sena wara li waqqgħulha darha wkoll... Moviment Graffitti lbieraħ niżlu jipprotestaw fil-Ħamrun fuq dik li qalu illi hija 'r-renju tal-kuntratturi' fid-dawl tal-qtil ta' Miriam Pace wara li d-dar tagħha ġġarrfet. Dan kien ir-raba' każ simili fl-aħħar sena, imma l-ewwel wieħed fatali. Graffitti qed tgħid li r-residenti qed jinżammu ostaġġi tal- iżviluppaturi li skonthom "iħossuhom 'il fuq mil-liġi." Pace mietet meta d-dar tagħha kkolassat nhar it-Tnejn li għaddew hekk kif ħdejn id-dar kienu għaddejjin xogħlijiet ta' skavar. Il-Moviment Graffitti qal illi s-sitwazzjoni f 'Malta saret insostenibbli. "Ir-residenti u ċ-ċittadini qed jinżammu ostaġġi ta' grupp ta' żviluppaturi li jikkunsidraw illi huma 'l fuq mil-liġi u li għandhom kontroll totali fuq il-politika u l-politiċi u l-awtoritajiet li jamministraw il-kostruzzjoni." Il-Moviment akkuża lil-lobby tal-kostruzzjoni illi kontinwament qed jindaħal fir-riformi fis-settur u akkużatu illi għalih il-valur huwa l-profitt fuq id-diċenza. Qalet illi n-nuqqas ta' infurzar, liġijiet mhux adegwati, attitudni ħażina fl-ippjanar, nuqqas ta' sigurtà f 'siti ta' kostruzzjoni u l-ibbuljar arroganti tal-iżviluppaturi kienu riżultat ta' "snin fuq snin ta' donazzjonijiet u pressjoni fuq il-politiċi." Sostnew illi din l-aħħar fatalità hija riżultat dirett ta' din is- sitwazzjoni. Il-Moviment semma wkoll l-avviż legali li sar minn Robert Musumeci u qal li kienu dawn l-ambitu ta' diversi inċidenti li saru matul din is-sena. "Kif għidna diversi drabi, inċidenti bħal dawn seħħew għax ir- riforma ma solviet bl-ebda mod il-problemi fis-sistema." Jipprotestaw kontra 'r-rgħiba u r-renju tal-kuntratturi'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020