Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 letteratura illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 Fir-rokna letterarja ta' din il-ġimgħa, Kevin Saliba jirrifletti dwar il-ġabra Nimirħu maż-Żmien ta' Marlene Saliba. Kollox jitlaq mis-sejba arkeoloġika tal-istatwetta tal-Mara r-Rieqda f'Ħal Saflieni. Mal-miġra tal-iżmna Saliba jimraħ id f'id magħha billi jpoġġi l-immaġinarju poetiku tal-poetessa fl-isfond ta' diversi għejun ta' għerf tal-qedem, fosthom il-Corpus Hermeticum t'Ermete Trismegistu u l-Filosofija Perenni kif imfissra minn Aldous Huxley, bi tħejjija għal xħin tqum il-Mara r-Rieqda l-Miġra). Tibqa' "ħdejn il-baħar" biex tkebbes ruħha "bi rmied il- kwiekeb u l-imħabba" ħalli ssib il-vera mogħdija tagħha "ġewwa u lil hinn / mill-wesgħat taż-żmien" (Meditazzjoni). Mas-sinjal tal- Budda, "tintebaħ bil-preżenza ta' qaddisin u għorrief / ta' bosta kulturi, pajjiżi, żminijiet" (Meta Jsejjaħlek Gawtama). Ma' Ġesù tintasab imsaħħra wara "l-btir fil- qofol ta' ruħna / l-Arti Sagra tal- Ħolqien" (Kristu, Artist ta' Xejra Differenti). Fit-temenos ġewwieni tagħha – sewwasew taħt għajnejn Il-Ġganta t'Għawdex – Saliba mbagħad timxi "waħdeha qajl qajl lejn l-artal", tqim "lill-ambjent ta' madwarha", "issellem 'il-kwiekeb / il-qamar dħuli, u tagħmel żifna sagra. / Titlob b'ġisimha u b'ruħha / għal żminijiet aħjar". U tagħmel dan għax imħassba dwar żminijietna. Fil-kitbiet u l-intervista tagħha spiss tirrimarka li l-immaġnijiet artistiċi li ħallewlna dawn in- Neolitiċi jixhdu li dawn il- komunitajiet gawdew epoka ta' "kreattività artistika, koperazzjoni u paċi tul madwar 15-il seklu". L-istatwarji tagħhom juri figuri f 'pożi rilassati u trankwilli b'uċuħ jirradjaw is-sliem. F'kulma ħallew warajhom ma nstab ebda ħjiel ta' gwerra jew ta' arkitetturi ta' difiża. Għaldaqstant Saliba bħal donnha tħares – imbikkma fuq dawn "l-għeżież imqades" – lejn it-tifrik tad-diżutopiji qerrieda tagħna bħalma Kristu skont San Luqa beka fuq Ġerusalem huwa u jeħber bit-tiġrifa tat-tempju. U bħalma William Wordsworth f 'London, 1802 kien invoka 'l John Milton sabiex iġib lura l-virtujiet mitlufa fl- Ingilterra ta' żmienu, Saliba ssejjaħ lil "dik il-parti sigrieta fl-inkonxju li tinsab fina lkoll" – Il-Mara r-Rieqda – sabiex "tqum / wara eluf ta' snin, kollha gwerer, ibsin" ħalli tfittex "tfejjaq / il-weġgħat, il-ġlied, in- niket tagħna". Bħal donnu f 'din il-mara Saliba tara – kif Martin Heidegger interpreta 'l Friedrich Hölderlin fis-sensiela ta' taħditiet Hölderlins Hymne »Der Ister« – qaddejja storika mill-imgħoddi b'messaġġ poetiku għall-fidwa tal- ġejjieni. Din is-sejħa għall-qawmien mir-raqda – l-iżjed fix-xbieha poetika tal-Mara r-Rieqda li nsibu fil-ġabra Nimirħu maż- Żmien – fakkritni wkoll f 'fuljett li ġie f 'idi snin ilu f 'ħanut tal-kotba waqt żjara fl-Indja. Kien fih dal- messaġġ mir-raheb Ħinduwista Swami Vivekananda: "Id-dinja qed taqbad fil-miżerja [...] Kif tistgħu torqdu? Ejjew insejħu u nibqgħu nsejħu sakemm l-allat rieqda jqumu, sakemm l-alla ta' ġo fina jwieġeb is-sejħa. Jiena ngħidilkom biss qumu, qumu minn hemm!" "Il-Mara r-Rieqda għad tqum", tgħidilna Saliba. Jalla xħin tistenbaħ hi nistenbħu magħha aħna lkoll.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020