Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 M'hemmx għalfejn ikunu kkanċellati attivitjiet bħal tiġijiet ... jgħid il-Ministru Fearne Ilbieraħ tħabbar li Malta għandha l-ewwel każ tal-Coronavirus hekk kif tifla ta' 12-il sena nstab li fil- fatt kellha sintomi ta' dan il-virus li bħalissa qed jinfirex mad-dinja kollha. Din l-aħbar ġriet bħal leħħa ta' berqa madwar il-pajjiż, fil-proċess tneħħiet xi it jew wisq mill- attenzjoni tad-diskussjoni pubblika dwar il-mewt ta' Miriam Pace. It-tifla kienet qiegħda Ruma mal-ġenituri fl-aħħar ġimgħat fuq vaganza. Sors fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika lill-midja li t-tifla tpoġġiet taħt kwarantina u sussegwentement bdiet turi sintomi b'saħħithom tal-virus. Hi għadha qed tinżamm id-dar tagħha fejn qed tingħata l-kura li għandha bżonn. Naturalment mal-għodwa l-midja soċjali mtliet kummenti ta' bosta, ħafna jwaħħlu fl-awtoritajiet talli m'għalqux l-aċċess għal titjiriet minn żoni fejn hemm ħafna persuni infettati. Importanti wieħed jieħu nota tal- fatt li t-tifla qatt ma marret skola - u malli waslet mill-Italja l-familja tpoġġiet fi kwarantina. Il-Coronavirus taf il-bidu tagħha f 'suq f 'Wuhan fiċ-Ċina, fejn jinbiegħu ħafna annimali ħajjin u mejtin. Minn hekk infirxet għalkemm l-akbar inċidenza baqgħet fiċ-Ċina. Minkejja li dawn mhuma affarijiet xejn sbieħ sa ċertu punt kienet mistennija li tidħol Malta, hekk kif l-Italja hija waħda mill-aktar pajjiżi li fih hemm każi lil hinn mill-Ażja. Il-virus fl-aħħar jiem inxtered ukoll fil-pajjiżi fl-Afrika, primarjament l-Alġerija u t-Tuneżija. Il-Ministru Fearne jikkonferma ... F'konferenza fil-Ministeru tas-Saħħa l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kkonferma dan il- każ u qal illi hemm erba' persuni fi kwarantina - li huma t-tifla u l-familja tagħha - kif ukoll hemm persuna oħra fi kwarantina li għalkemm ittestjat fin-negattiv tpoġġiet f 'iżolazzjoni minħabba li kellha kuntatt. Il-Ministru fakkar illi saru mijiet ta' testijiet li kollha rriżultaw fin- negattiv. Fakkar ukoll illi f 'Mater Dei hemm 18-il sodda u l-Isptar Boffa ppreparat għal kull eventwalità. Għalissa l-Isptar Boffa mhux qed jintuża għall-pazjenti tal- Coronavirus, għaldaqstant min għandu appuntamenti jista' jattendi għalihom xorta waħda. X'inhuma l-fatti dwar l-ewwel każ? 1. It-tifla waslet minn Ruma nhar it-Tlieta 3 ta' Marzu - mal-ġenituri tagħha u oħtha 2. Huma kienu ġejjin minn vaganza fi Trentino 3. Il-familja ddeċidiet hi stess li tagħmel kwarantina f 'darha 4. It-tifla ma kellhiex sintomi tal-virus sakemm kienet fuq it-titijira lejn Malta 5. Is-sintomi ħarġu nhar il-Ħamis li għadda 6. It-tifla u oħtha ma marrux l-iskola wara li ġew lura mill-Italja 7. Il-ġenituri ma marrux ix-xogħol lanqas 8. Il-viroloġista Chris Barbara jgħid li l-virus ma jitteħidx qabel ma joħorġu s-sintomi 9. M'hemmx għalfejn jingħalqu skejjel jew jitħassru attivitajiet tal-massa bħal tiġijiet - jgħd il- Ministru tas-Saħħa X'għandek tagħmel biex tevita? • Evita kuntatt ma' nies morda speċjalment b'sogħla • Evita li tmur f 'postijiet fejn huma maqtula annimali (biċċeriji...) • Aħsel idejk kemm jista' jkun b'mod frekwenti • Segwi r-regoli tal-iġene fl-ikel • Evita kuntatt dirett mal-annimali u l-ħmieġ tagħhom Għandi għalfejn nilbes maskla? Jekk m'għandekx il-virus m'għandekx għalfejn. Il- maskla għandha tintuża biss minn xi ħadd li għandu l-virus. Kif jidħol il-virus fik? Mill-ħalq, imnieħer u għajnejn X'qed jipproponu l-MAM u l-UĦM? L-Asoċjazzjoni Medika Masltija (MAM) u l-Union Ħaddiema Magħqudin sostnew illi l-Gvern għandu b'mod immedjat iwaqqaf it-titjiriet kollha minn żoni ta' riskju għoli u jimplimenta kwarantina mandatorja fejn neċessarju. "MAM u l-esperti fil-qasam tas-saħħa għamluha ċara diversi drabi illi 20 titjira mit-Tramuntana tal- Italja flimkien ma' kwarantina volontarja ma kinux biżżejjed u se tfalli." Il-UĦM ilha għall-aħħar ġimgħa tinsisti għal taħriġ kull fejn hemm impjegati tas-saħħa. "Filwaqt li din ħadmet f 'ċerti dipartimenti, hemm dipartimenti oħra li waqgħu lura."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020