Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum L-LEDs bojod fit- toroq qed iżidu drastikament it- tniġġis mid-dawl Studju riċenti mill- Università ta' Malta jitfa' d-dawl fuq il- problema tat-tniġġis ikkawżat mid-dawl eċċessiv fil-gżejjer Maltin. X'effett jista' jkollu fuq saħħet il-bniedem? X'jista' jsir? YENDRICK CIOFFI Nitkellmu ħafna dwar it-tniġġis, b'mod partikolari dak tal-arja u r-riperkussjonijiet li jista' jkollu fuq is-saħħa tal-poplu. Minn żmien għal żmien nisimgħu wkoll dwar it-tniġġis tal- ħsejjes, jew kif inhu magħruf bħala 'noise pollution' li kulma jmur qiegħed jiżdied u mhux jonqos. Madanakollu, it li xejn nisimgħu dwar it-tniġġis ikkawżat minn dawl eċċessiv, jew inkella ma nagħtuhx l-importanza. Artiklu xjentifiku ppubblikat fl-aħħar ġimgħat jindirizza din l-isfida f 'Malta filwaqt li jispjega kif minkejja li dwarha hawn nuqqas ta' kuxjenza, għandha wkoll ir-riperkussjonijiet tagħha kemm fuq is- saħħa tal-bniedem u anke fuq l-ekoloġija. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Daniel Spiteri, ko-awtur ta' dan l-artiklu xjentifiku li spjega magħna kif għall-kuntrarju tat-tniġġis tal-arja jew inkella t-tniġġis ikkawżat minn ħsejjes eċċessivi, it-tniġġis tad-dawl jista' jkun indirizzat b'miżuri sempliċi, bir-riżultati jidhru mil-lejl għan- nhar. L-istudju, anke jekk sar mid-Dipartiment tal-Fiżika u mill-Istitut tax-Xjenza Spazjali u l-Astronomija, tal-Università ta' Malta, ma jiqafx biss mal-effett li d-dawl eċċessiv fl-arja jista' jkollu fuq l-istudji tal-ispazju, liema studji u osservazzjoni jiddependu mid-dlam tal-lejl, iżda fil- letteratura, l-akkademiċi jesploraw ukoll ir-riperkussjonijiet li dan jista' jkollu fuq is- saħħa tal-bniedem u l-ekoloġija. Ma' Spiteri mxejna pass pass dan l-istudju dettaljat, li fost oħrajn, jinkludi l-ewwel mappa tal-gżejjer Maltin li tanalizza t-tniġġis mid-dawl f 'Malta. Birkirkara mifqugħa dawl... "Mhux aħbarijiet sbieħ," qalilna Spiteri, b'mod partikolari huwa u jirreferi għal- Lvant tal-pajjiż. Fil-fatt, f 'Malta, l-aktar lokalità affettwata hija Birkirkara, iżda anke l-lokalitajiet kollha ta' madwar il-port, jiġifieri l-Belt Valletta, Tas-Sliema, San Ġiljan u l-bqija. Mill-banda l-oħra, l-inqas siti affettwati mid-dawl eċċessiv huma dawk viċin l-Irdum tal-Vigarju, fl-inħawi tal-Baħrija, limiti tar-Rabat. F'Għawdex, skont il-mappa, l-aktar lokalitajiet mifqugħa bid-dawl huma r-Rabat u Għajnsielem filwaqt li l-inqas milquta huma l-inħawi magħrufa Ta' Ħarrux (viċin id-Dwejra). Anke jekk dawn il-mapep juru li ċertu lokalitajiet huma aktar affettwati minn oħrajn, il-fatt li l-gżejjer Maltin huma żgħar ma tantx jgħin. Fi kliem Daniel Spiteri stess, "it bozoz miżjuda se jolqtu lil kulħadd." It-tniġġis mid-dawl: il-kanċer, l-obeżità u l-passa Qlibna d-diskors u staqsejna lil Daniel Spiteri jispjega fi kliem sempliċi l-effett li t-tniġġis ikkawżat mid-dawl eċċessiv jista' jkollu fuq is-saħħa tal-bniedem u anke l-ekoloġija. Bdejna bil-bniedem. L-artiklu xjentifiku janalizza letteratura li studjat aktar fid- dettall l-effett li d-dawl eċċessiv f 'kull ħin tal-ġurnata jista' jkollu fuq is-saħħa bniedem. Spiteri beda jispjega kif il- bniedem evolva b'tali mod li jqum u jaħdem mas-sebħ iżda l-ġisem ikun irid jistrieħ mal-lejl. Meta l-għajn tesperjenza d-dawl li qed jitbaxxa, bħal ngħidu aħna fi nżul ix- xemx, il-moħħ, awtomatikament jiġġenera l-ormon magħrufa bħala 'melatonin," li fi kliem sempliċi, din tibgħat messaġġ lill- ġisem li wasal ħin il-mistrieħ. L-istudji juru kif meta l-bniedem jesperjenza ħafna dawl, anke f 'ħinijiet mhux naturali, il-moħħ ma jipproduċix biżżejjed melatonin kemm ikun hemm bżonn u ovvjament dan jista' jwassal għal nuqqas ta' rqad. Anke jekk wieħed jaħsibha xi ħaġa żgħira jew insinifikanti, il-letteratura u l-istudji juru kif nuqqas ta' melatonin fil-ġisem jista' jkollu effett dirett fuq is-saħħa tal-bniedem, fosthom iżid ir-riskju tal-kanċer, bħal dak fis-sider u fil-prostata u anke jwassal għal problemi oħra, bħal obeżità. L-ekoloġija wkoll tista' tbati minn preżenza ta' dawl eċċessiv, bi Spiteri jispjega kif l-aktar li jbatu jistgħu jkunu dawk l-ispeċi ta' għasafar li jpassu bil-lejl. Fil-fatt, f 'Malta l-aktar milquta, x'aktarx li huma l-Garnija u anke ċ-Ċiefra li jkunu attirati bid-dawl artifiċjali u minflok fil- bejta, jispiċċaw jitfixklu, jitilfu r-rotta u jsibu ruħhom f 'żoni urbani u fit-toroq, bil- periklu li jispiċċaw milquta u maqtula. 'F'sena waħda jiżdied ħafna t-tniġġis mid- dawl' Tkellimna aktar fid-dettall dwar dan l-istudju, il-metodoloġija, ir-riżultati u anke s-suġġerimenti li qed jagħmlu x-xjentisti u l-akkademiċi. Daniel Spiteri spjega mal-ILLUM kif l-istudju sar fuq perjodu ta' sentejn. L-ewwel eżamijiet saru bejn l-2017 u l-2018 u s-sena ta' wara l-istess eżamijiet reġgħu ġew irripetuti. "F'sena waħda s-sitwazzjoni ddeterjorat ħafna," qalilna Spiteri. Malta bozza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020