Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
10 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum 27 kumpanija lokali pparteċipaw fid-delegazzjoni kummerċjali li mexxa l-Ministru għall- Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri fil- Gana, pajjiż fil-Punent tal-Afrika li qed jesperjenza l-akbar tkabbir ekonomiku fil-kontinent. Mal-gazzetta ILLUM, il-Ministru Schembri sostna li d-delegazzjoni kummerċjali fil-Gana bagħtet sinjal ċar lin-negozji lokali, li dan il-Gvern huwa kommess li jagħti l-pjattaformi neċessarji u l-għodod meħtieġa sabiex in-negozji tagħna jimirħu fi swieq ġodda lil hinn minn dak Ewropew. "Tul din id- delegazzjoni kummerċjali kien hemm sens ta' kunsens min- negozji Maltin sabiex bħala Gvern nibqgħu għaddejjin bl-isforzi tagħna u nesploraw swieq ġodda. Hekk se nkunu qed nagħmlu. Iktar minn hekk, fl-istess waqt li pajjiżi bħala Gana għandhom għatx li jiżvilluppaw b'mod sostenibbli, negozji Maltin huma għatxana li jinvestu barra minn xtutna. Irid jingħad li hawnhekk qed naraw mhux biss esportazzjoni ta' prodotti lokali tal-ogħla kwalità iżda wkoll esportazzjoni ta' servizzi, tat-talent Malti li lest li jinvesti u jagħti servizz," spjega l-Ministru Silvio Schembri li żied li din iż-żjara fetħet il-bibien sabiex Malta tuża dan il- pajjiż għall-esplorazzjoni ta' swieq Afrikani oħra. Fl-aħħar snin ix-xenarju internazzjonali nbidel, b'ħarset id- dinja daret fuq l-Afrika. Kontinent li jrid u qiegħed jiżviluppa. Filfatt, xi ħaġa li qatt ma saret qabel, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen kienet semmiet li l-Afrika huwa fost il-prijoritajiet tagħha tul il- Presidenza. Tant hu hekk li l-istess Von Der Leyen faħħret il-pass għaqli ta' Malta li aktar kmieni din is-sena nhieda l-istrateġija tiegħu ta' sħubija għall-kontinent Afrikan u inkoraġixxiet pajjiżi oħra biex isegwu pass simili. Fuq kollox, dan huwa kkumplimentat mal- pożizzjoni strateġika ta' pajjiżna u fuq kollox ir-relazzjoni eċċellenti li pajjiżna minn dejjem kellu ma' dan il-kontinent ġar. Start-ups, l-intraprenditorija, l-edukazzjoni, l-akwakultura u s-sajd, l-avjazzjoni u l-farmaċewtika kienu fost is-setturi ta' potenzjal li ġew identifikati sabiex iż-żewġ pajjiż jikkollaboraw flimkien f 'dawn l-oqsma. Filfatt ġew iffirmati 5 Memorandum of Understandings li bagħtu sinjal ċar tal-fiduċja u r-relazzjoni b'saħħitha bejn iż-żewġ pajjiżi. • Ftehim bejn il-Malta Enterprise u Impact Hub Accra li se jwitti triq għal programm ta' skambjar ta' start-ups u intraprendituri bejn iż-żewġ partijiet • Ftehim bejn l-Awtorità Maltija għall-Mediċina u l-Awtorità għall-Istandards fil-Gana li se jwassal sabiex toffri l-appoġġ tagħha lejn is-settur farmaċewtiku fil-Gana billi tagħti taħriġ sabiex takkwista ċ-ċertifikat ta' EU Good Manufacturing Practices kif ukoll skambjar ta' esperjenza u għarfien • Ftehim bejn l-MCAST u Accra Technical University li joffri l-opportunità lill-istudenti tal-Gana biex jiksbu kwalifika rrikonoxxuta mill-UE, li se tiaħ possibbiltajiet biex ikomplu l-istudji u jsostnu l-ħiliet intraprenditorjali tagħhom fil-Gana u anke fl- Ewropa. • 2 Ftehim ta' Qbil ġew iffirmati minn Malta AquaBiotech mal-kontropartijiet fil-Gana għall-iżvilupp tan-negozju fl-akkwakultura u s-sajd. Kumpaniji Maltin bdew jinvestu fil-Gana Pajjiż li d-distanza taf taqtgħalek qalbek madanakollu żgur ma qatgħetx qalb uħud mill-investituri Maltin li diġà bdew jinvestu fil- Gana fosthom il-kumpanija tal-farmaċewtika Evolve Ltd li diġà għaddejja bi preparamenti intensivi għall-bini ta' laboratorju sabiex tibda tipproduċi minn hawn prodotti li huma ta' kwalità għolja Ewropea, għax fi kliem Chris Busuttil, Kap Eżekuttiv tal- kumpanija, dan il-pajjiż hekk qed ifittex, li jwarrab servizzi inferjuri u jersaq iktar lejn dak Ewropej u Malta toffri l-ingredjenti kollha. "Għalina l-Gana kienet xi ħaġa naturali, għaliex qed tagħmel industrijalizzazzjoni kbira. Hawnhekk għandna proġett li huwa ta' interess reġjonali u naħseb internazzjonali wkoll għaliex huwa l-ewwel kumpanija lokali tal-farmaċewtika li qed tipproduċi b'livell imfittex tal-Unjoni Ewropea. Din il-kumpanija Maltija tagħna Evolve, irnexxielna nieħdu dan il- proġett biex niddisinjaw u anke nibnu dan il-laboratorju." "Jien naħseb li kont ixxurtjat ħafna hawnhekk, konna milqugħin ħafna. Ġew jarawna huma stess f 'Malta anke bħala klijenti, kull darba li ġejt dejjem sibt u ltqajt ma' ħafna nies differenti, dejjem sibt għatx kbir hawnhekk ta' investiment; u trid issib dak li vera għandhom bżonn mhux biss dak li trid tbigħ inti, imma x'verament għandhom bżonn huma. Din hija fid-dinja kollha, anke f 'Malta, hawnhekk xejn differenti... Dawn qed jindustrijalizzaw dawn qed imorru għal-livell li qed iwarrbu prodotti inferjuri, servizzi inferjuri li forsi jiġu minn pajjiżi oħrajn u jridu iktar iħossuhom Ewropej, iħossuhom rispettati u jtellgħu l-livell. Ħadd m'għandu għalfejn jaqta' qalbu jiġi hawnhekk, mhux talli ma jiġix għax anke litteralment dak li jkun iħossu daqslikieku qiegħed f 'raħal ieħor f 'Malta", stqarr Chris Busuttil. Diskussjonijiet dwar programm sabiex immigranti Ganiżi f'Malta jirritornaw lura pajjiżhom Il-bidliet li kienu seħħew fl-aħħar deċenju fil-Mediterran kawża tar- Rebbiegħa Għarbija waslu biex il- Gvern jibda jħares lejn swieq ġodda ta' opportunitajiet għan-negozju lokali u dan li qed jagħmel dan il- Gvern. "Żgur li ma ġejniex lura idna f 'idna. Ftaħna l-bibien għan-negozji Maltin u anke għal negozju dirett barrani lejn pajjiżna. Tant hu hekk li kien hemm mat-300 investitur mill-Gana li kienu preżenti min- naħa tal-Gvern Ganiż. Għalhekk hawn qed naraw possibilità ta' investiment dirett barrani lejn pajjiżna li jista' jimraħ lejn swieq Ewropej. Id-diskussjonijiet mal- Gvern Ganiż se jibqgħu għaddejjin anke fejn għandu x'jaqsam mill-aspett ta' konnettività kif ukoll li jerġa' jibda programm immirat lejn immigranti Ganiżi li qegħdin Malta sabiex jitħarrġu fl- intraprenditorjat u jkunu jistgħu jirritornaw b'mod legali lura lejn il-Gana u jkunu ta' sehem għall- iżvilupp ta' pajjiżhom. Din mhix l-ewwel u l-aħħar delegazzjoni kummerċjali. Fiż-żmien li ġej se jkollna iżjed delegazzjonijiet, immirati lejn pajjiżi oħra li se jservu sabiex negozji Maltin jimirħu u jespandu iżjed fuq livell globali," qal il-Ministru Schembri. 'In-negozji Maltin għatxana għal swieq ġodda t'investiment u bħala Gvern kommessi li ngħinu'- il-Ministru Schembri