Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114
14 letteratura IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 • illum Żmien li taqra mat-tfal u tħeġġiġhom jaqraw… l-aħjar kotba tal-2019 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Bħalma ġralhom xi 300 miljun tifel u tifla ieħor madwar id- dinja, it-tfal f 'Malta bħalissa mhumiex imorru l-iskola u għaddejjin minn żmien id- dar ma' min jieħu ħsiebhom. L-għalliema qed jaraw kif se jippjanaw għal meta kulħadd jidħol lura l-iskola, pjan kontra pjan u lezzjonijiet biex iġibu lura dak li kellu jintgħallem f 'dal-jiem…imma l-ġenituri mhux inqas u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġeġ lilek bħala ġenitur jew xi ħadd li qed tieħu ħsieb lit-tfal sabiex daż-żmien tużah għall-iżvilupp tagħhom. Minħabba impenji oħra li kulħadd ikollu, huwa rrakkomandat li jsir pjan bi struttura sabiex dal-jiem jissarrfu fi żmien flimkien ta' kwalità, magħmul minn ħin għat-tagħlim, ħin għal- logħob u ħin mal-familja. Kull opportunità meħuda għat- tagħlim hija wkoll opportunità biex it-tfal iħossuhom maħbuba, jiżviluppaw il-ħila tal-empatija u tal-immaġinazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, jieħdu gost. Il-ġimgħa l-oħra kellimniekom dwar kotba għall-adulti rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal- Ktieb, li huwa l-aktar premju importanti fil-Gżejjer Maltin għal dak li għandu x'jaqsam ma' kotba u letteratura. Illum se noffrulkom lista sabiħa ta' kotba rebbieħa tal- Premju Terramaxka 2019, jiġifieri l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-kotba għat-tfal u l-adolexxenti. Ħudu ċans u agħtuhom daqqa t'għajn għax minbarra l-kwalità tajba ħafna tagħhom xi pubblikaturi għandhom offerti li ta' min ma jitlifx, apposta għal daż-żmien ta' iżolament soċjali. Hemm ktieb rebbieħ għal kull kategorija, u jekk tidħlu www. ktieb.org.mt se ssibu wkoll il- kotba finalisti l-oħra li wkoll ta' min jiċċekkjahom. Xogħol Oriġinali: kotba għal tfal bejn 0-7 snin Il-Ħanut tal-Ħelu li Mar Dawra (Merlin Publishers) Naħseb f 'kull dar hemm xi ktieb tat-tfal ta' Clare! Did- darba ngħaqdet ma' Matt Stroud bħala illustratur u offrewlna ktieb li jekk nistaqsi mistoqsija waħda lit-tfal żgur li jaqrawh… "Tħobbuh il-ħelu?" Jekk iva dal-ktieb għalikom! Max imur għand tal-ħelu spiss. Imma darba rah b'geddum sal- art u Max iddispjaċieh. "Naf x'nagħmlu," qallu, "immorru dawra." U dak il-ħin, il-ħanut inqala' minn postu, rama żewġ pari saqajn u telqu. Rajthom? Max liebes ta' pirata qed jidderieġi 'l-ħanut mimli ħelu. Tgħid x'se jsibu fit-triq dawn it- tnejn? Din hija storja maġika li titfa' dawl fuq realtajiet soċjali differenti f 'Malta u kif nistgħu nwieġbu għalihom… Xogħol Oriġinali: kotba għal tfal bejn 8-12-il sena Irvin Vella – Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Gżejjer tat- Teżor (Merlin Publishers) Kif niħu l-ktieb se nsibu ruħna Għawdex… inċident fatali lejlet l-ewwel tas-sena… ħjiliet misterjużi li jqanqlu ħafna mistoqsijiet. Irvin Vella jidħol fl-azzjoni u beħsiebu jweġibhom kollha! Li jsegwi huwa rakkont mimli suspans, intriċċi biex jissolva l-każ, u ma jonqosx l-umoriżmu. Dal-ktieb huwa t-tielet wieħed tas-sensiela tad-ditektiv Irvin Vella, xogħol il-kittieb John A. Bonello. Il-kotba ta' qablu huma Irivin Vella: Il-Każ tas-Serqiet Strambi u l-ewwel ktieb tas-sensiela, Irvin Vella: Il-Każ Manduca. Xogħol Oriġinali: kotba għal tfal bejn 13-16-il sena (adolexxenti) Amina (Merlin Publishers) Mindu l-kittieba brava Antoinette Borg iddebuttat bil- ktieb Fittixni għaż-żgħażagħ nistgħu ngħidu li baqgħet sejra b'ħilitha f 'dan il-ġeneru. Fil-fatt bih kienet rebħet il- Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2016 u l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti fl-2018. Amina huwa dwar tfajla ta' 15-il sena li tkun tajba ħafna fil-Matematika, imma l-ktieb mhuwiex dwar il-Matematika: fil-wiċċ huwa avventura ta' misteru li mbagħad tiżviluppa f 'riflessjoni dwar l-identità, it- trobbija ta' migrant f 'Malta, il- bruda ta' ħaddieħor, u l-qawwa tal-istejjer. Amina tintgħażel biex tipparteċipa fl-ewwel kamp tal- matematika f 'Malta. Se tqatta' sitt ġimgħat wara dak il-kanċell, tipprattika s-suġġett li tħobb, ma' nies li ma taomx. Għadha ma tafx li hemm ġew se tidħol f 'xebgħa inkwiet. Għad m'għandhiex suspetti li xi ħadd se jinqeda bil-kamp għall-iskopijiet sigrieti tiegħu. M'għandhiex idea