Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 KUN RESPONSABBLI, irrispetta lilek innifsek u lil ta' madwarek! Waqqaf it-tixrid ta' COVID-19 Evita li tmiss għajnejk, imnieħrek u ħalqek Naddaf u iddiżinfetta oġġetti u wċuħ li jintmissu ta' spiss Aħsel idejk regolarment bl-ilma u s-sapun għal madwar 20 sekonda, jew b'alcohol-based hand rub KUN RESPONSABBLI. FLIMKIEN NISTGĦU INWAQQFU T-TIXRID! C M Y CM MY CY CMY K Coronavirus - New Advert Eng & Mlt - 2020 (2).pdf 2 19/03/2020 10:58:43 Marthese Portelli li rriżenjat minn Deputat Nazzjonalista it ġimgħat ilu nħatret Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal- Iżviluppaturi Maltin. Fi stqarrija l-MDA qalet illi bil-ħatra ta' Portelli qed tgħaddi messaġġ importanti li l-MDA tinsab fuq quddiem fil-politiki tal-ambjent u s-sostenibbilità. Marthese Portelli kienet membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar f 'isem il-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister tal-Ambjent. Ma tantx għadda ħin qabel Repubblika sostniet fi stqarrija illi tħoss li mhux għaqli li l-politiċi jidħlu f 'kamp kontroversjali wara it jiem biss li jkunu ħallew il-ħajja politika. "Minbarra r-riskji li jkun hemm, dan l-aġir jimmina l-fiduċja tan- nies." Repubblika saħqet illi l-kostruzzjoni f 'Malta huwa ħafna iktar minn kontroversjali. "L-industrija hija maħkuma aktar minn spekulaturi milli minn żviluppaturi; ir-rabtiet tagħhom mal-politiċi wasslu kemm biex tintilef il-fiduċja taċ-ċittadini kif ukoll għall- qerda tal-ambjent urban u naturali ta' pajjiżna." L-għaqda temmet tfakkar li għaddew kważi ġimagħtejn mill-mewt ta' Miriam Pace u s'issa "ma sar xejn ħlief paroli. Anzi nsiru nafu li l-Malta Developers' Association irreżistiet li tkunu introdotta sistema ta' reġistrazzjoni u liċenzjar tal-kuntratturi." Titlaq mill-Parlament u tmur l-MDA ... ta' Repubblika mhux impressjonati! Marthese Portelli