Illum previous editions

ILLUM 22 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1224114

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 analiżi IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2020 • illum 'Il-miżuri jidhru sbieħ fuq il-karta, imma mhumiex L-ILLUM titkellem ma' Julian Micallef. Sid ta' ħwienet tal-ħwejjeġ u aċċessorji ... Kif affettwat u qed taffettwa x-xogħol fil-ħwienet tagħkom is-sitwazzjoni ta' bħalissa? Is-sitwazzjoni preżenti hija diffiċli għal kulħadd. Aħna konna minn tal-ewwel li ħadna d-deċiżjoni, fit-12 ta' Marzu li nagħlqu l-ħwienet tagħna immedjatament minħabba li s-saħħa tal-ħaddiema tagħna u anke tal-klijenti tiġi l-ewwel. Fhimna wkoll li f 'ċirkostanzi bħal dawn għandna nevitaw il-kuntatt dirett kemm jista' jkun biex innaqqsu l-imxija. B'hekk l-impatt tagħna kien wieħed kbir minħabba li minn bejgħ normali spiċċajna bi dħul ta' żero. Il-Gvern ħabbar numru ta' miżuri. Lilek se jolqtuk? Taħseb li huma biżżejjed? U jekk le, x'għandu jsir? Dawn huma ċirkostanzi straordinarji u niem li l-Gvern jinsab f 'pożizzjoni diffiċli ħafna. Is-sitwazzjoni ekonomika tidher li ma tantx sejra sew u naħseb li l-punt tat-tluq għandu jkun distinzjoni bejn negozji kbar u negozji medji u żgħar. Wara li ħareġ sett ta' miżuri għall- pagamenti tal-ħaddiema, minkejja li dan huwa ta' benefiċċju, dan xorta jfisser li negozji żgħar bħal tagħna jridu jħallsu madwar 80% tal-pagi kif ukoll il-kirja tal- post li hija ta' piż kbir. Dan ifisser li dawk il-proposti ħa jwasslu għal problema ta' likwidità fi żmien qasir, meta tikkunsidra wkoll is-sitwazzjoni politika li l-pajjiż tagħna għadda minnha riċentement u l-impatt li dan kellu fuq l-ekonomija. Waħda mis-soluzzjonijiet l-oħra li offra l-Gvern hi li nitgħabbew b'loans li jagħmel parti mill-garanzija għaliha hu stess, madankollu l-ammont irid jitħallas minna stess u fuqu rridu nħallsu wkoll l-interessi! Fit-tul m'hemm l-ebda garanzija li l-bejgħ ħa jerġa' jkompli fejn ħallejna, għalhekk ir-riskju għal dawn il-loans jista' jkun ta' piż ikbar għal negozji żgħar bħal tagħna. Għalhekk nemmen li għandu jkun hemm pjan aktar ħolistiku u aktar fit-tul. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Se jegħreq it-turiżmu u se jegħreq kulħadd miegħu." Hekk hija l-analiżi tal-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija għal- Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) Andrew Agius Muscat, mal- ILLUM, li wissa illi jekk ma jsir xejn fil-ġranet li ġejjin il-lukandi wkoll se jibdew jagħlqu kollha. Dan jagħmel il-qagħda tat- turiżmu waħda aktar imwiegħra u l-impjiegi aktar f 'periklu. Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union ukoll għamilha ċara li s-sitwazzjoni hija "fluwida" u li hemm bżonn ta' għajnuna diretta biex jitħallsu l-pagi. Josef Vella mill-UĦM Voice of the Workers qal illi diġà pajjiżna għandu kriżi ta' saħħa u ma jistax ikun iżid kriżijiet oħrajn magħha. Iain Tonna mill-Federazzjoni tal-Ivjaġġar qal mal-ILLUM illi jekk il-Gvern ma jiħux miżuri propizji, nofs l-aġenziji jkollhom jagħlqu u jkomplu jintilfu l-impjiegi. "Bażikament kull kumpanija qed tieħu d-deċiżjonijiet tagħha... u ma neskludux li jintilfu l-impjiegi b'mod temporanju." Mal-ILLUM ukoll tkellem Philip Fenech mit-Taqsima tat-Turiżmu u Divertiment tal- General Retailers and Traders Union (GRTU) li għamilha ċara illi bil-miżuri mħabbrin sa issa n-negozji żgur li mhux se jkunu jistgħu jsalvaw sa xahrejn, anke dawk li għandhom riserva." Hemm bżonn miżuri ġodda... Dawk kollha li tkellmu mal- ILLUM kienu negattivi dwar il- miżuri li ħabbar il-Gvern f 'dak li sejjaħ mini-baġit. "Qed iċempluli n-nies il-ħin kollu, negozji żgħar u kbar. Ġie negozjant ikellimni għadu kif għamel refurbishment. Bid- dmugħ f 'għajnejhom jiġu jkellmuni għax l-aħħar li jridu huwa li jagħlqu u jkeċċu nies." Hekk sostna Agius Muscat li qal illi l-pakkett li ppreżenta l-Gvern mhuwiex b'saħħtu biżżejjed biex jgħin lil min iħaddem iżomm lin- nies fix-xogħol. "Hemm min diġà qal illi se jkollu jagħlaq." "Ilbieraħ kellna bżonn il- miżuri," jgħid Agius Muscat biex jissottolinea l-urġenza. Is-Segretarju Ġenerali tal- GWU ukoll kien ċar fi kliemu, illi dak li ħabbar il-Gvern mhux biżżejjed. "Meta ngħidu turiżmu rridu niakru li hemm ħaddiema tal-kuntrattur li ma jkunux qed jitħaddmu direttament mil- lukanda u dawn l-ewwel li se jħossu d-daqqa." "Allura le, fejn inti għandek dħul żero - bħal ristoranti u diversi negozji oħrajn - il-miżuri mhumiex biżżejjed," jisħaq Bugeja. Min-naħa tiegħu Tonna jgħid lil din il-gazzetta illi l-miżuri li ħa l-Gvern "jidhru sbieħ fuq il-karta, imma fil-fatt mhumiex se jgħinu biex ma jintiflux l-impjiegi. Pereżempju l-Gvern ħabbar li jekk se tiaħ l-post tax-xogħol u x-xogħol ikun naqaslek b'aktar minn 25% hu se jgħin billi jħallas jum wieħed biss għall-ħaddiem, meta jekk tagħlaq għax bilfors iħallas ta' jumejn. "Anke kif se jiġi capped sa €800 f 'xahar meta r-realtà hija li n-nies f 'dan is-settur jaqilgħu d-doppju u ġieli aktar. Din l-għajnuna hija wisq it, meta aħna 70% tal-ispiża hija pagi." Tonna kkritika wkoll id- differimenti tal-pagamenti tal-VAT u l-bolla. Huwa qal li l-VAT ladarba m'hawnx xogħol, mhux se jkun hemm xi tħallas u dwar il-bolla qal illi fil-verità li qed jiġri huwa li se tkun posposta l-problema għal żmien ieħor, biex meta tgħaddi l-kriżi min iħaddem isib kont daqsiex tal-bolla xi jħallas. "Jekk il-Gvern mhux se jagħti aktar għajnuna, nofs l-aġenziji se jagħlqu." Philip Fenech ippropona living wage, speċjalment għal dawk vulnerabbli biex kulħadd ikun jista' jgħix b'mod diċenti. Huwa qal ukoll li jara xenarju ta' skontijiet wara li din l-isfida tibda tonqos sabiex tingħata spinta l-ekonomija. L-akbar biża': l-inċertezza! Ħafna minn dawk li tkellmu mal-gazzetta qalu illi l-akbar problema hija l-inċertezza dwar id-durata ta' din il-kriżi li mistennija ddaħħal lid-dinja, u probabbilment anke lil Malta f 'riċessjoni (ara paġni 4 u 5). Agius Muscat saħaq li l-agħar huwa li "ma nafux meta se tgħaddi din." Se ttina rasna." Bugeja wkoll qal illi jiem illi La min iħaddem u lanqas min jirrappreżenta lil ħaddiema mhu kuntent bil-miżuri li ħa il-Gvern b'uħud saħansitra jwissu li b'dawn il-miżuri biss, ħafna negozji se jkollhom jagħlqu u jkeċċu lill- ħaddiema, anke jekk ma jridux ... Iain Tonna Andrew Agius Musat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 March 2020