Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226901

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 intervista illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 erbaħt u agħmel kuraġġ' qed jaqta' qalbu li mhux qed isib appoġġ, is-sitwazzjoni tagħhom se tmur għall-agħar. Hemm persuni li għandhom bżonn aktar għajnuna u mhux inqas. Hemm nies li waħedhom mhux se jaslu u nistgħu nitilfuhom fi żminijiet bħal dawn," wissa d-Direttur tal-Caritas. Għaldaqstant, qlibna d-diskors biex nitkellmu dwar dak li jista' jsir biex il-persuni li huma l-aktar vulnerabbli ma jħossuhomx waħedhom. Dan ma jiddependix biss mill-organizzazzjonijiet bħall-Caritas jew l-NGOs li jgħinu faxex differenti ta' nies, iżda jiddependi wkoll mill-persuna nnifisha u mill-pubbliku inġenerali. 'Żomm kuntatt imqar bit-telefown ta' kuljum ma' min qed isegwik' Bdejna nitkellmu fuq il-karattru tal- persuna. Fi kliem il-Psikologu, il-karattru qisu s-sistema immunitarja imma fuq livell psikoloġiku. Bħalma s-sistema immunitarja b'saħħitha tgħin lill-ġisem jiġġieled il-mard, karattru b'saħħtu jgħin lill-bniedem jiffaċja l-għawġ li jiġi fuqu. "Hawn min għandu karattru vulnerabbli u għalhekk mal-ewwel problema, flok jiġġildilha, iħossu qed jegħreq," spjega Gatt. "Jekk ikollok imqar traċċa ta' ottimiżmu, din se tgħinek tara l-pożittiv. Jekk għandek karattru li jiffoka fuq is-soluzzjonijiet, differenti minn meta għandek persuna li malli titfaċċa problema, tegħreq taħt l-inkwiet." Gatt spjega li mhux qed jgħid li ma hemmx min xorta se jibża' jew jinkwieta, anke jekk b'karattru sod, iżda hemm min għandu aktar kapaċità li jindirizzahom. Fl-aħħar mill-aħħar, kompla jispjega l-Psikologu, kollox jiddependi fuq kemm persuna tkun temmen fiha nnifisha. Fi kliemu, l-esperjenza hija kollox u biex jispjega dan irrakkonta magħna storja vera li ġrat fit- Tieni Gwerra Dinjija. Bażikament, baħrin sabu ruħhom fil- baħar, bejn sema u ilma, wara li l-vapur li kienu fuqu għereq. Wara xi jiem fil-baħar, wasal is-salvataġġ, iżda min salvahom baqa' mistagħġeb għax kienu l-anzjani li salvaw. Kienu jippretendu li dawk li huwa iżgħar fl- età, kienu se jifilħu aktar, "L-anzjani kienu diġà għexu sitwazzjonijiet diffiċli. Allura emmnu fihom infushom u żammew sod," spjega l-Psikologu. Kien għalhekk, li meta tlabnieh jgħaddi messaġġ lil dawk li bħalissa qed iħossuhom qed jegħrqu, forsi frott l-ansjetà, id- dipressjoni, is-solitudni u realtajiet oħra li tkellimna dwarhom aktar qabel, Anthony Gatt insista li l-appell tiegħu lil dawn in-nies dejjem ikun wieħed: "akar f 'xi ħaġa diffiċli li għext u li erbaħt u agħmel kuraġġ." Lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli, appellalhom biex jipprovaw jaqbdu ma' kwalunkwe għajnuna li jistgħu jsibu. "Żomm kuntatt imqar bit-telefown ta' kuljum ma' min qed isegwik u jgħinek sakemm jinfetaħ bieb għalik. Żommu t-tama ħajja. Jekk tħossok qed tegħreq żomm it-tama u emmen li se jirnexxilek." 'Kulħadd jista' jkun aktar sensittiv ... lis- sidien tal-kera nħeġġiġhom jkkunsidraw tnaqqis fil-prezz tal-kera' Il-pubbliku jista' jagħmel ħafna wkoll. Fi kliem Gatt, kulħadd jista' jkun aktar sensittiv lejn il-ħtiġijiet ta' dawk li l-aktar huma vulnerabbli bħalissa. "Nappella lis-sidien li qed jikru l-postijiet. Ikkunsidraw tnaqqis fil-prezz tal-kera," appella d-Direttur tal-Caritas. Fi kliemu, kulħadd jista' jagħmel it sagrifiċċju waqt li fakkar ukoll fil-kliem tal-Papa Franġisku: "Dawk li huma sinjuri, iridu jiaqru it." Kompla jispjega li diffiċli kemm hi diffiċli din is-sitwazzjoni, għandha ġġibna konxji ta' dak li hu l-aktar essenzjali fil-ħajja tagħna. "Għandek xi anzjani, jew xi ziju li jgħix waħdu u li ma tmurx tarah. Aħseb fih. Anke telefonata biżżejjed," insista Gatt waqt li tenna jekk kulħadd ikun aktar sensittiv għall- bżonnijiet ta' ħaddieħor, dan iż-żmien se jkun aktar faċli u nżommu t-tama ħajja. Il-Caritas b'erba' linji għal min għandu bżonn l-għajnuna Tkellimna wkoll dwar il-ħidma li qed twettaq il-Caritas. Minkejja l-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet ta' bħalissa, il-Caritas qed tagħmel l-almu kollu tagħha biex iżżomm is- servizzi tagħha għaddejja. Fil-fatt, anke jekk magħluqa, l-uffiċini tal-Caritas fetħu erba' linji fejn persuna tista' ċċempel u titkellem ma' psikologi u professjonisti oħra li jistgħu jgħinuha. Dawn in-numru huma: 79213480, 79213479, 79213482 u 99122515. Apparti minn hekk, anke biex ir-residenti fil-programmi tal-Caritas ikunu protetti mill- Coronavirus, ittieħdu wkoll prekawzjonijiet oħra. Gatt spjega kif anke jekk kienet deċiżjoni diffiċli, inqatgħu ż-żjajar tal-familjari. Madanakollu, il-Caritas qed tassigura li permezz tat-telefonati u teknoloġija oħra, ir- residenti jkunu jistgħu jikkomunikaw mal- qraba tagħhom. Gatt spjega wkoll kif minkejja kollox, xi it jew wisq is-servizzi jbatu. "Bdejna naraw individwi li kienu waslu biex jidħlu fi programm u issa ma jistgħux," saħaq Gatt anke biex ikunu protetti r-residenti li jinsabu fil-programmi. Fi kliemu, ġieli jinħolqu sitwazzjonijiet diffiċli, bħal meta jkollok persuna li l-familja tagħha tkun keċċietha għax ma tkunx aċċettat il- problema u allura jinħoloq periklu ta' persuni bla saqaf fuq rashom. Iżda insista li jekk is- sitwazzjoni ttul, wieħed irid isib metodi oħra ta' kif jaħdem, waqt li semma l-possibbilità li residenti ġodda jkunu jistgħu jiġu aċċettati fejn għall-bidu jinżammu f 'iżolament biex jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-virus. 'Aktar ma nkunu magħqduin, aktar jirnexxilna nirbħu dan iż-żmien diffiċli' Fakkar ukoll fis-servizzi li toffri Dar Papa Franġisku, xelter ta' emerġenza mmexxi minn Fondazzjoni Dar il-Hena, il-Caritas u Alfred Mizzi Foundation. Bħalissa, din id- dar, mhix qed tilqa' nies għall-ikel ġewwa kif isir normalment, iżda qed tkun imħejjija ikla xorta waħda (packed lunch) għal min ma jaffordjax u li tista' tinġabar bejn nofsinhar u s-sagħtejn u nofs, kuljum. Gatt semma wkoll diversi inizjattivi li qed jieħdu kumpaniji privati, il-Food Bank u anke l-Malta Trust Foundation li hija mmexxija mill-President Emeritu Marie-Louis Coleiro Preca. "Għajnuna hemm. Tiddejqux tfittxuha," appella Gatt. "Aktar ma nkunu magħqduin, aktar jirnexxilna nirbħu dan iż-żmien diffiċli. Kulħadd jista' jagħmel il-parti tiegħu," temm jgħid Gatt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020