Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226901

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 intervista IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 • illum Ftakar f'xi ħaġa diffiċli li għext u li – Psikologu għal min bħalissa qed YENDRICK CIOFFI "Il-ħajja hija mislufa lilna. Xi darba dak li għandna se nitilfuh. Għalhekk irridu nitgħallmu ngħixu mument mument u kuljum nagħrfu dak li għandna u napprezzawh." Dan kien il-messaġġ li għadda mal-gazzetta ILLUM il- Psikologu u d-Direttur ta' Caritas Malta, Anthony Gatt, messaġġ li jgħodd għal kulħadd f 'dawn iż-żminijiet diffiċli iżda li din il-gazzetta tixtieq li twasslu b'mod partikolari lil dawk il-persuni li bħalissa qed iħossuhom waħedhom, imbeżża' jew inkella qalbhom maqtugħa minħabba diversi raġunijiet. Ngħiduha kif inhi, iż-żminijiet li qed ngħixu fihom mhuma faċli għal ħadd. Xi it jew wisq, kulħadd qed ibati, iżda hemm persuni li huma aktar vulnerabbli minn oħrajn u dawn iż-żminijiet jistgħu jkomplu jkissruhom. Għalhekk, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Gatt dwar din is-sitwazzjoni u dak li qed twettaq il-Caritas biex tgħinhom u dak li kulħadd jista' jagħmel biex jgħin lil dawn il-persuni ma jħossuhomx aktar waħedhom jew emarġinati. Żgur li diversi huma dawk li xi darba jew oħra, meta kienu l-iskola, fl-istudji soċjali tagħhom, semgħu b'dik magħrufa bħala Maslow's Hierarchy of Needs, piramida maqsuma f 'ħames livelli u li tindika l-bżonnijiet l-aktar bażiċi tal-bniedem, b'dawk ta' taħt nett ikunu l-aktar bżonnijiet importanti, bħal ngħidu aħna, l-ikel, ix-xorb u post fejn persuna tgħix u tħossha protetta. Il-psikologu spjega kif is-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha, għal diversi, qed thedded it-tieni livell ta' bżonnijiet, dawk li Maslow jidentifika taħt it-tabella ta' sigurtà, u taħtha jaqgħu x-xogħol, is-saħħa u l-proprjetà. Għal oħrajn, li jaqilgħuha u jikluha u li forsi ma għandhom xejn imfaddal għax ma jistgħux, is-sitwazzjoni preżenti qed thedded saħanistra l-livell ta' taħt nett, il-bżonnijiet l-aktar bażiċi, bħall-ikel u x-xorb. "Fil-fatt x'inhu jiġri? Ħafna qed ixebbhu dan iż-żmien mal-Gwerra. Hawn il-biża' li wieħed joħroġ. X'se jiġri minni? Qed naraw dak li qed jiġri fl-Italja u allura aktar inħossu s-sigurtà tagħna mhedda," kompla jispjega l-Psikologu. Anke jekk il-fatt li l-Maltin naraw ħafna televiżjoni Taljana jista' ma jgħinx għax nallarmaw aktar lilna nfusna, mill-banda l-oħra jista' jservi ta' vantaġġ biex nidħlu aktar f 'qoxortna u nobdu aktar l-appelli tal- awtoritajiet tas-saħħa. Min hu l-aktar vulnerabbli bħalissa? Għalhekk, ikompli jispjega Gatt, hemm diversi kategoriji ta' persuni li bħalissa huma aktar vulnerabbli. Fost l-aktar, hemm dawk il-persuni li li l-bżonnijiet l-aktar bażiċi tagħhom huma mhedda, jiġifieri dawk li tilfu x-xogħol tagħhom, nies li ma tantx għandhom flus imfaddla, dawk li jaqilugħha u jikluha. Iżda vulnerabbli wkoll huma dawk il- persuni li diġà jbatu minn xi kundizzjoni ta' saħħa mentali, inkluż l-ansjetà. L-ansjetà, saħaq Gatt, iġġiegħlek tinkwieta fuq affarijiet li ma għandekx għaliex tinkwieta fuqhom. Bniedem li jbati bl-ansjetà, se jaħseb fuq l-aktar affarijiet katastrofiċi li jistgħu jiġrulu. "Ikollok persuni li anke jekk is-sitwazzjoni tagħhom mhijiex daqshekk gravi, forsi anke għax il-qagħda finanzjarja tagħhom hija waħda tajba, xorta waħda ma jirnexxilhomx jaraw il-pożittiv u jaħsbu biss fil-ħażin li jista' jiġrilhom," spjega Anthony Gatt. "Tħossok bla kontroll. Tħossok ma' tista tagħmel xejn. Marbuta mal-ansjetà, hemm ukoll id- dipressjoni. "L-aqwa mediċina għaliha hija l-kuntatt u l-appoġġ uman," spjega Gatt u għalhekk dawn il-persuni x'aktarx li jħossuhom aktar ħażin bħalissa. Kien hawn li Gatt appella lil dawn il-persuni biex kemm jista' jkun jibqgħu attivi, inkluż bl-eżerċizzju fiżiku u anke jekk aptit ma jkollhomx jibqgħu jaħdmu, anke jekk mid-dar. Nisimgħu ħafna wkoll dwar is-solitudni. Immaġina it bħalissa kif qed iħossuhom dawn in-nies. Min kien waħdu, aktar se jħossu waħdu. 'Beda jibki meta għidnielu li għalissa mhux se niltaqgħu aktar' Hawn Anthony Gatt qasam esperjenza ta' raġel li kien jattendi għal wieħed mis-servizzi li toffri l-Caritas, fosthom meta tlaqqa' flimkien persuni li huma waħedhom. "Beda jibki meta għidnielu li għalissa mhux se niltaqgħu aktar. Bina kellu wens," spjega Gatt. Propju għalhekk li l-Caritas, kemm jista' jkun qed tipprova ma taqtax il-kuntatt ma' dawk il-persuni li jfittxu s-servizzi tagħha u qed iżomm kuntatt ma' dawn il-persuni permezz ta' telefonati u anke permezz ta' kollegamenti bil-filmati, biex hekk l-għajnuna tagħha tibqa' għaddejja. "Iżda l-kuntatt uman, jibqa' l-kuntatt uman u xejn ma jeħodlu postu," saħaq Gatt. "Qed nirrestrinġu kemm nistgħu. Imma meta taqta' l-kuntatt uman, l-impatt se jinħass aktar." Kategorija oħra ta' persuni li forsi ninsew dejjem, aħseb u ara issa, huma l-immigranti. "Diversi kienu diġà emarġinati, aħseb u ara f 'mumenti bħal dawn. Immaġina persuna li ġej min pajjiż, minn barra l-Unjoni Ewropea, li jaħdem bil-permess tax-xogħol u bħalissa jinsab imwerwer li dan mhux se jiġġedidlu u wara li ġie Malta u beda jibni futur, se jerġa' jispiċċa fl-istess sitwazzjoni li sab ruħu fiha meta ġie Malta," saħaq Gatt. Hemm imbagħad realtajiet oħra li wieħed irid iżomm f 'moħħu. Anke jekk mhux qed isir monitoraġġ bħal qabel, minħabba r-restrizzjonijiet, jista' jkun hemm vittmi li qed ibatu fis-skiet, bħal pereżempju każijiet ta' vjolenza domestika jew abbuż fuq it-tfal, b'Gatt jappella biex dawn ma jintesewx. Anke jekk f 'Malta l-każijiet mhumiex allarmanti, hemm persuni li saqaf fuq rashom ma għandhomx. Dawn ukoll bħalissa jistgħu jsibu ruħhom f 'diffikultà għax biex jonqos it-tixrid tal-virus, ċertu residenzi u xelters jissikkaw xi it jew wisq il-bibien tagħhom. Suwiċidju: 'hemm nies li waħedhom mhux se jaslu' "Hemm persuni li qegħdin f 'sitwazzjoni prekarja ħafna," saħaq id-Direttur tal-Caritas. Hawn Gatt kellimna wkoll fuq realtà li xi drabi nibżgħu nitkellmu fuqha iżda li qiegħda hemm barra u ma nistgħux ninsewha. Semma persuni li jkunu f 'riskju ta' suwiċidju. "Jekk bniedem iħossu ma jafx x'se jaqbad jagħmel, iħossu li mhux se jkampa, iħoss Il-gazzetta ILLUM titkellem mad-Direttur tal-Caritas, il-Psikologu Anthony Gatt, dwar l-impatt psikoloġiku li dan iż-żmien jista' jkollu fuq diversi persuni. X'jista' jsir? Min hu l-aktar vulnerabbli bħalissa? X'nistgħu nagħmlu kollha kemm aħna? Il-Caritas kif qed topera?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020