Illum previous editions

ILLUM 29 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1226901

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 televiżjoni IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2020 • illum Melita żżid Melita More mal-lista ta' stazzjonijiet televiżivi disponibbli għall-klijenti kollha Melita Limited fetħet l-istazzjon televiżiv tagħha Melita More lill-klijenti kollha b'xejn sa ma jitħabbar mod ieħor. Dan ifisser li l-għadd totali ta' stazzjonijiet li saru disponibbli għall-klijenti b'xejn minn meta bdiet l-imxija tal-Coronavirus issa telgħa għal għaxra. Melita More joffri l-aqwa drammi, kummiedji u films t'azzjoni internazzjonali kif ukoll Maltin. Barra minn hekk, mit-30 ta' Marzu, it-telespettaturi tal- istazzjon se jkunu jistgħu wkoll jaraw b'mod esklussiv is-serje finali tad-dramm televiżiv popolari Ħbieb u Għedewwa. Mireille Muscat, Kap tal- Marketing ma' Melita Limited, qalet, "Melita hi impenjata li tgħin lill-klijenti jgħaddu minn dak iż-żmien diffiċli għal kulħadd. Filwaqt li niżguraw li n-network tagħna żżomm lil kulħadd konness, qed niħu wkoll opportunità għal dawk il-klijenti li normalment ma jarawx it-TV internazzjonali biex ikollhom firxa usa' ta' għażliet ta' divertiment disponibbli għall- familja kollha. Fl-istess waqt, Melita qed tkompli tappoġġja t-talent Malti billi tinvesti fil-produzzjoni ta' kontenut ġdid u oriġinali bħal Ħbieb u Għedewwa, fejn ipprovdejna pjattaforma biex nipproduċu u nxandru s-serje finali ta' dan id-dramm." Is-sitt u l-aħħar serje tad- dramm televiżiv Ħbieb u Għedewwa se jixxandar esklussivament fuq Melita More, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Il-programm popolari offra matul iż-żmien firxa ta' emozzjonijiet lit-telespettaturi b'rakkonti dwar il-ħajja ta' kuljum ikkaratterizzati bis-suċċessi, uġigħ, ferħ, ħbiberija, suspetti u seksik. Evelyn Saliba La Rosa minn Rewind Productions, il-produtturi ta' Ħbieb u Għedewwa qalet,"Sitt snin ilu Rewind Productions iddeċidew jipproduċu dramm televiżiv li jixxandar kuljum, xi ħaġa li kienet pjuttost ġdida fis-settur. Għal bidu l-għan kien li għal nibqgħu għaddejjin għal sentejn imma l-istorja tant kisbet popolarità li issa ninsabu lesti biex inxandru l-100 episodju tas-sitt serje! Kuntenti li Melita tatna din l-opportunità biex nikkonkludu l-istorja b'mod li dejjem ridna. Is-sitt serje, ser ovvjament, tkun mimlija intriċċi u sorpriżi li ċertament se jżommu lit- telespettaturi tagħna fuq ix- xwiek sal-aħħar mument." Minbarra Melita More, l-istazzjonijiet disponibbli b'xejn għall-klijenti kollha huma: Disney Channel, Cartoonito, Nick Junior Global u Nickelodeon HD, HGTV, BBC Entertainment, TLC, IDX, Fox Life u Melita More.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 March 2020