Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

24 IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 • illum opinjoni Julia Farrugia Portelli Poplu qalbieni u kuraġġuż Julia Farrugia Portelli hija Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur K ulħadd jaf li t-turiżmu huwa im- portanti ħafna għall-ekonomija ta' pajjiżna. Bħalma kulħadd jaf li t-turiżmu ta kontribut qawwi fit-tkabbir ekonomiku li kellna f 'dawn l-aħħar snin, sena wara sena. It-tbassir għal din is-sena kien wieħed tajjeb ħafna, imma habta u sabta lit-turisti kellna ngħidulhom biex ma jiġux. Hekk kien meħtieġ biex inħarsu s-saħħa pubblika, biex inħarsu s-saħħa tal-familji Maltin u Għawdxin hekk kif intlaqatna mill-Covid 19. Ovjament din kienet daqqa ta' ħarta kbira għall-operaturi fil-qasam tat-turiżmu, kemm dawk involuti direttament, kif ukoll dawk involuti indirettament. Hija daqqa ta' ħarta kbira għall-ħaddiema li jaqilgħu l-għixien tagħhom ma' dawn l-operaturi. Il-gvern kien diġa' qiegħed ibassar x'se jiġri f 'dan il-qasam, kif ukoll f 'oqsma oħra. Għalhekk kien qiegħed jipprepara biex jgħin lil dan is-settur b'mod partikolari, għax konna konvinti li l-miżuri li kellna nieħdu, bħall-għeluq tal-ajruport, kif ukoll l-għeluq tar-ristoranti u postijiet ta' divertiment, seta' jwassal għal telf ta' mijiet, jekk mhux eluf ta' impjiegi. Ħejjejna biex nagħtu l-għajnuna li hemm bżonn għax il-ħarsien tal- impjiegi huwa wkoll prijorita' ewlenija għal dan il-gvern. Iżda mhux biss. Wara diskussjonijiet li kelli flimkien mal-FELTOM, skejjel tal-lingwi, diversi DMCs, għaddasa u produtturi tal-films, bi pjaċir inħabbar li issa benefiċċji ġodda huma disponibbli għall-produzzjonijiet tal-films, is-settur tal-għadds, kumpaniji tal-laundry u dry cleaning tal-ħwejjeġ, is- settur tal-konferenzi u l-konvenzjonijiet u skejjel tal-lingwi. Dawn huma setturi li jippromwovu turiżmu sostenibbli u li jistħoqqilhom ikunu salvagwardjati. Ħdimna u għadna qed naħdmu bil- għaqal. Dan ukoll fejn jidhol l-iffumigar ta' postijiet pubbliċi lejl u nhar fil- lokalitajiet madwar Malta. Inkluż f 'Ħal- Farruġ li f 'dawn l-aħħar ġimgħat ra żieda akbar ta' attivita' minħabba t-testing tal- Covid 19. Imma wkoll ta' bus shelters u għamara tat-triq li f 'numru ta' lokalitajiet saħansitra saru iktar minn darba. Intant qed tkompli l-ħidma mill-FTZD billi fost il-ħidma tagħhom qed jagħtu kuluri friski lil numru ta' bankijiet inkluż f 'żoni turistiċi. Fi kliem ieħor qed nippreparaw għal żmien aħjar. Irridu nħarsu fit-tul, irid ikollna l-pedamenti lesti u sodi biex malli r-rota terġa' tibda ddur, inkunu f 'pożizzjoni li ndawruha b'qawwa ħalli nkunu minn ta' quddiem li nerġgħu nidħlu għall-isfidi li ċertament li se jkollna. Ħalli nkunu minn ta' quddiem biex dawn l-isfidi indawruhom f 'opportunitajiet. Kif tistgħu tobsru, bħala Ministru responsabbli mit-turiżmu, f 'dawn l-aħħar ġimgħat kelli diskussjonijiet kontinwi mal-entitajiet kollha. Tkellimna tista' tgħid kuljum, biex ma nesaġerax u ngħid kull siegħa. Ma niddejjaq xejn infaħħar u nirringrazzja lir-rappreżentanti kollha li sa mill-ewwel deher li kienu qegħdin jimu s-sitwazzjoni tagħna bħala gvern, bħalma aħna, bħala gvern konna qegħdin nimu s-sitwazzjoni tagħhom. Kellna diskussjonijiet twal, kordjali u responsabbli. Diskussjonijiet li wasslu għal riżultat pożittiv. Flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed naħdmu fuq pjan fit-tul dwar kif minn issa nħajjru l-barranin virtwalment bis- sbuħija ta' Malta, bl-għan li nħeġġuhom iżuruna meta niġu għan-normal. Diġa beda xi xogħol f 'dan ir-rigward u qed ikollna reazzjonijiet interessanti minn numru ta' swieq internazzjonali. Jeħtieġ li f 'dan iż-żmien kruċjali nagħmlu kuraġġ. Kmieni din il-ġimgħa ċċelebrajna festa importanti ħafna għalina l-Maltin. Jum il-Ħelsien. Fejn qatt ħlomna iżda li naraw lill-Prim Ministru waħdu fuq l-Għolja tal-Ħelsie? Waħdu, fiżikament imma żgur li warajh kellu eluf magħqudin miegħu, poplu magħqud, nazzjon wieħed li jinsab kuraġġuż u fiduċjuż li ninħelsu minn dan l-episodju ikrah li għaddejin minnu bħalissa. Iva, kuraġġ ħbieb tiegħi, ħaddiema. Għaddejjin minn burraxka. Imma burraxka li se tgħaddi! Irridu nħarsu fit-tul, irid ikollna l-pedamenti lesti u sodi biex malli r-rota terġa' tibda ddur, inkunu f'pożizzjoni li ndawruha b'qawwa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020