Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 intervista IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 • illum 'Ir-rebħa ta' Ġesù fuq il-mewt tagħtina nirbħu dan il-mument ta' diffikultà' YENDRICK CIOFFI Dawn huma żminijiet straordinarji. Ħadd ma kien jobsor li kellna ngħixu mumenti bħal dawn u mil-lejl għan-nar niċċaħdu mill-affarijiet li tant inħobbu u li mdorrija bihom. Hija sitwazzjoni li laqtet lill- kulħadd, mill-kbir għaż-żgħir, inkluż lill- Knisja li mil-lum daħlet fl-aktar ġimgħa importanti għaliha u li se tiċċelebraha bi knejjes vojta. Fil-bidu ta' din il-ġimgħa, li hija għażiża għall-Insara u l-mimmi ta' għajnejn diversi dilettanti, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Arċisqof Charles Scicluna. F'dawn iċ- ċirkostanzi, ma kienx possibbli li niltaqgħu wiċċ imb'wiċċ mal-Arċisqof u għalhekk, l-ILLUM bagħtitlu sett ta' mistoqsijiet. It-tweġibiet tal-Isqof Scicluna qed ikunu ppubblikati kelma b'kelma. L-ILLUM tkellmet miegħu dwar kif wieħed jista' jgħix il-Ġimgħa Mqaddsa mid- dar tiegħu, anke permezz tax-xandiriet li se jsiru. Staqsietu wkoll dwar il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u jekk dawn, b'xi mod, jistgħux ikunu posposti. U l-festi? Se jkollna Sajf kompletament bla baned u nar? Min-nhar il-Ħadd, il-Knisja se tidħol fl-aktar ġimgħa importanti għaliha fil- kalendarju liturġiku, il-Ġimgħa Mqaddsa. Bla dubju ta' xejn, għall-Insara Maltin se tkun ġimgħa differenti għax mhux se jkunu jistgħu jattendu ċ-ċelebrazzjonijiet sbieħ, partikolarment dawk tat-Tridu tal-Għid. Mid-djar tagħhom, l-Insara kif jistgħu jgħixu din il-ġimgħa? X'tissuġġerixxi li jagħmlu? L-ewwel suġġeriment tiegħi huwa li l-Insara jsegwu x-xandiriet li se nagħmlu fil-Ġimgħa Mqaddsa. Il-programm tħabbar f 'dawn il-ġranet. Imbagħad, fid-djar tagħhom stess isibu mumenti ta' talb. Naf li ħafna familji Maltin tagħna jarmaw statwi tad- Duluri, ta' Ġesù Kurċifiss u 'l quddiem ukoll tal-Irxoxt. Tkun ħaġa sabiħa li aħna nużaw dawn it-tradizzjonjiet antiki u qaddisa tagħna biex jgħinuna nidħlu fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa għaliex it-talb tal-Knisja f 'dawn il- ġranet partikulari se jsir ħafna minnu fid-djar tagħna. Waħda mit-tradizzjonijiet sbieħ li nħoss li għadha qawwija ħafna f 'Malta, hija dik tal-Visti tas-Seba' Knejjes. Ovvjament, din is-sena, dawn ma jistgħux isiru anke jekk hawn parroċċi u knejjes li se jxandru adorazzjoni fuq il-mezzi soċjali. Hemm mod kif il-familji jistgħu xorta waħda jżommu ħajja din it-tradizzjoni mid-dar tagħhom? Ħamis ix-Xirka, fil-5:30pm, se jkun hemm ix-xandira diretta tal-funzjoni ta' Ħamis ix-Xirka, imbagħad wara, fit-8:30, il-poplu tagħna huwa mistieden isegwi mument ta' talb bit-tema 'Seba' Waqfiet ma' Ġesù', li din is-sena se jieħdu post il-viżti li tant huma għall-qalb il-familji Maltin u Għawdxin. Il-Ġimgħa l-Kbira se tkun differenti. Huma ħafna dawk il-familji li jmorru jsegwu l-purċissjonijiet u allura, xi it jew wisq, dak li jkun jibqa' fl-ispirtu ta' din il- ġurnata sabiħa. Din is-sena dan mhux se jkun possibbli. Dak li jkun forsi se jsegwi l-Azzjoni Liturġika u l-Adorazzjoni tas- Salib iżda wara se jsib ruħu d-dar, waħdu, bħall-bqija tal-ġranet. X'jista' jsir biex anke nhar il-Ġimgħa l-Kbira n-Nisrani jibqa' miġbur fi spirtu ta' riflessjoni? Fit-tlett ijiem qaddisa tal-Għid bħala t-Tridu tal-Għid, jiġifieri l-Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid, filgħodu se jkollna xandira diretta tat-talba tal-Knisja tal- Liturġija tas-Sigħat filgħodu, fid-9.30, għax fit-tlitt ijiem li qed insemmi ma jkunx hemm quddies filgħodu. Imbagħad, wara l-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, se jkollna wkoll it-Triq tas-Salib, il-Via Crucis. Jiena nistieden lil poplu tagħna jingħaqad miegħi, aħna u nimxu pass pass mat-triq li wasslet lil Ġesù fuq is-salib imqaddes. L-Għid. Jum sabiħ u ta' ferħ u l-Maltin nafu niċċelebrawh, mill-purċissjonijiet u l-ġirjiet tal-Irxoxt sal-ikliet mal-familja, li din is- sena mhux se jkunu possibbli. Mid-djar, kif nistgħu ngħixu l-ferħ ta' dan il-jum? L-Għid din is-sena jiġi iżjed bit-togħma tat-tama għaliex ir-rebħa ta' Ġesù fuq il-mewt tagħtina wkoll it-tama li aħna nissuperaw u nirbħu mument ta' diffikultà, li fl-istess ħin qiegħed jagħtina okkażjonijiet biex nieħdu ħsieb xulxin u nagħrfu x'inhu essenzjali fil- ħajja. L-Għid jiġi dejjem anke meta nkunu għadejjin minn mumenti diffiċli. Nistgħu ngħidu li fil-mumenti diffiċli għandna bżonn iżjed it-tħabbira tal-Għid. Ħafna dilettanti tal-Ġimgħa Mqaddsa huma ddispjaċuti. Hemm min ikun qed jistenna din il-ġurnata aktar mill-festa jew il-Milied. X'inhu l-messaġġ tiegħek bħala l-Arċisqof lil dawn id-dilettanti? Naf li ħafna dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira fid-djar tagħhom ikollhom ukoll sensiela sabiħa u settijiet sbieħ tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira. Jiena inħeġġiġhom biex jarmawhom fid-djar tagħhom. Niem li ma jistgħux jilqgħu nies biex jaraw ix-xogħol sabiħ li jagħmlu. Tajjeb li d-dilettanti kollha tal-Ġimgħa l-Kbira din is-sena jieħdu l-opportunità wkoll biex igawdu iżjed il- funzjonijiet qaddisa li aħna se nxandru għaliex niem ukoll li meta inti jkollok ħafna preokupazzjonijiet biex dak li inti responsabbli minnu jmur tajjeb u mill-aħjar li tista', forsi ma jkollokx ċans tikkonċentra fuq it-talb tal-Knisja. U allura din is-sena hija okkażjoni tajba li wieħed jingħaqad iżjed fiċ- ċelebrazzjonijiet tal-Knisja u t-talb tal-Knisja li se jixxandar permezz tal-media. Il-Knisja tat il-possibbilità li dejjem jekk it-temp u ċ-ċirkostanzi jippermettu, nhar il-15 ta' Settembru jsir il-pelegrinaġġ tad- Duluri. Il-Vatikan ta wkoll il-possibbilità li fi ġranet oħra, meta jkun possibbli (inkluż fl-14 u l-15 ta' Settembru), l-Isqof tad- Djoċesi jista' jagħti l-permess biex isiru manifestazzjonijiet li jsiru fil-Ġimgħa Mqaddsa. Jekk ikun hemm min jitlob li jorganizza purċissjonijiet / pellegrinaġġi oħra, apparti dik tad-Duluri, x'se tkun il- pożizzjoni tal-Arċidjoċesi? It-tama u l-ħsieb tiegħi hu li fl-14 ta' Settembru nagħmlu pellegrinaġġ nazzjonali bis-salib mirakoluż li huwa meqjum fil- Knisja ta' Ġieżu, il-Belt Valletta. Nirringrazzja lill-Konfraternità li tieħu ħsieb dan il-kurċifiss tant għażiż u prezzjuż, tal-permess li tatna li nagħmlu dan il-pellegrinaġġ. Jiena nitlob u nawgura li fl-14 ta' Settembru, bħala poplu Malti, inkunu nistgħu nirringrazzjaw lill- Mulej li din il-burraxka għaddiet minn fuqna. Fil-15 ta' Settembru l-Knisja tiċċelebra l-memorja liturġika tad-Duluri. Huwa xieraq li mbagħad il-pellegrinaġġi jduru fil-parroċċi tagħna u kull parroċċa tkun tista' torganizza l-pellegrinaġġ tad-Duluri li din is-sena ma setax isir fil-mument tradizzjonali tiegħu. Kif għedna aħna l-Isqfijiet dwar il-festi tagħna, meta l-awtoritajiet jagħtu l-permess għall-okkażjonijiet ta' massa, jsiru b'mod ta' pellegrinaġġ fil-parroċċi tagħna. Kien hemm knejjes li kienu diġà tlibbsu bid- damask l-iswed u saħanitra kienu nħarġu l-vari jew inkella xi wħud minnhom. Kien hemm knejjes li daħluhom lura iżda jista' jkun hemm knejjes li għadhom armati. Il- knejjes għadhom qed jiħu għal talb privat. Ma taħsibx li nhar il-Ġimgħa l-Kbira jista' jinħoloq il-periklu li jkun hemm dilettanti li jmorru jżuru dawn il-knejjes? X'inhu l-parir tiegħek lil dawn il-parroċċi u lid- dilettanti? Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Arċisqof Charles Scicluna hekk kif minn dan il-Ħadd, magħruf bħala Ħadd il-Palm, il-Knisja tidħol fl-aktar ġimgħa importanti għaliha. Kif nistgħu ngħixu din il-ġimgħa mid-dar? Il- purċissjonijiet ma jistgħux isiru darb'oħra? Id-deċiżjoni dwar il-festi hija waħda u finali? Ma jistax almenu jinħaraq in-nar u jkun hemm banda takkumpanja l-pellegrinaġġ?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020