Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' APRIL2020 l-virus jittestja lilna! iħaddem, filwaqt li jerfa' salibu, irid ikun sensittiv għal-limiti fil-ħin li jista' jkun dedikat għax- xogħol mill-impjegati tiegħu li m'għandhomx sapport ta' 'childcare centres', inqas appoġġ min-nanniet jew xejn, kif ukoll qed jaqsmu l-ispazju tax-xogħol ma' dak tal-kumplament tal- ħajja! Fl-aħħar - u żgur mhux l-inqas - l-istudjużi tal-familja nukleari jwissu wkoll li hemm aspetti mudlama ('dark side') bħal esplojtazzjoni, abbuż, vjolenza domestika, negliġenza, faqar materjali u kulturali. Dawn jaf jiggravaw u jitkattru b'riżultat tal-istress u l-limitazzjonijiet li spjegajt. Filwaqt li huma ġustifikati, il-miżuri mmirati biex irażżnu l-imxijja tal-COVID-19 u d-distanza soċjali jnaqqsu ċ-ċans dawn jinqabdu mill-awtoritajiet minħabba l-kollateral tal- insularità tal-familja nukleari. Hemm x'jista' jsir: bħala ġirien aħna moralment u soċjalment responsabbilizati li b'kawtela nirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti l-osservazzjonijiet li jħasbuna. D i s k u t i b b l i wkoll l-użu etiku u responsabbli ta' 'sentiment analysis' għall- moniteraġġ ta' kif wieħed juża l-midja soċjali (eż. moniteraġġ ta' x'wieħed jikteb jew jikklikkja) sabiex nindunaw jekk persuna hix għaddejja minn żmien ħażin u issejjaħ għall-għajnuna b'mod indirett. Profitti u kollaterali Ser ikun hemm iktar nies li kellhom esperjenza diretta ta' kif għodda teknoloġiċi jistgħu jkunu integrati fil-ħajja ta' kuljum; kif ukoll kif xogħol tad- dar u mid-dar jistgħu ikunu kkumbinati u f 'aktar setturi ekonomiċi. Ser tkun soċjetà iktar esposta għas-sorveljanza li tirriżulta mit-teknoloġija u l-awtoritajiet. Min imexxi ser ikollu iktar dejta dwar iċ-ċittadini li bħalissa qed inħossu bżonn li nagħtu din id-dejta u niċċaħħdu minn ċertu libertajiet għax, bħalissa, s-saħħa hija prijorità. Għalhekk, użu etiku ta' din id- dejta huwa essenzjali; filwaqt li importanti nassiguraw li l-qafas legali li jirregola kif din id-dejta tintuża hwa aġġornat għal dan l-aħħar żviluppi u għal dak li ġej wara. Żgur għandu jsir investiment intensiv fl-edukazzjoni u taħriġ fuq għodda diġitali u żvilupp personali ('soft skills') bħal etika, komunikazzjoni, flessibbilità, k re att iv it à , innovazzjoni, 'problem-solving' eċċ) għal kull età. Ħa tkun ukoll soċjetà xhud ta' kif - minn dan kollu - hawn min ħareġ ta' baħri tal-bnazzi, abbussiv jew opportunist, u min ħareġ ġenwin, ta' talent, ta' stoffa u ta' kuxxjenza – fost il-politiċi, negozjanti, kleru, professjonisti, xandara, forzi dixxiplinati, għaqdiet mhux governattivi u bosta oħrajn. Kriżi jew opportunità? Fi ftit kliem il-virus li għamel ħerba qed iħalli wkoll impat- ti fejn in-nies jistgħu jikkap- italizzaw fuq dak li għamil- hom l-ispeċi li – mhux l-aktar b'saħħitha fiżikament – iżda li s'issa, l-aktar li taf tadatta. Dan grazzi għall-intellett tal- bniedem li kapaċi jivviżwalizza oġġett, sistema jew stat soċjali, anki jekk m'hemmx esperjenza diretta. Għalhekk nistgħu nim- maġinaw u noħolqu sistemi ta' 'telework', għalliema bi klassi- jiet virtwali, diversifikazzjoni tan-negozji u....eventwalment... vaċċin għall-COVID-19...kif ukoll soċjetà li din l-esperjenza ma kissrithiex, iżda emanċipata. Għaldaqstant, dik il-"Min jaf kieku....?" hija mistoqsija vita- li....litteralment! Dr Maria Brown hija soċjologa u lettur fil-Fakultà tal- Edukazzjoni tal-Università ta' Malta. Maria Brown Fi ftit kliem il-virus li għamel ħerba qed iħalli wkoll impatti fejn in-nies jistgħu jikkapitalizzaw fuq dak li għamilhom l-ispeċi li – mhux l-aktar b'saħħitha fiżikament – iżda li s'issa, l-aktar li taf tadatta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020