Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

K onvinta li bħali, dawn l-aħħar ġimgħat rajtu diversi artikli li qalu li l-Unjoni Ewropea mhijiex taħdem biżżejjed, jew saħansi- tra mhi tagħmel xejn, biex tikkumbatti l-imxija tal-COVID-19; jew li mal-ewwel diffikultà, is-solidarjetà tal-pajjiżi Ewropej lejn xulxin sparixxiet u l-bibien reġgħu ingħalqu. M'hemmx dubju li bħalissa, qed jiċċirkola sens ta' rabja u frustrazzjoni lejn l-istituzzjonijiet li suppost jgħaqqduna bħala Ewropej. Mill-pożizzjoni tiegħi fil-Parlament Ewropew, inħoss li nista' nagħti stampa iktar veritiera u informattiva dwar dak li qiegħed isir – iżda wkoll dak li mhuwiex - biex b'hekk wieħed ikun jista' jiġġudika aħjar. Kif kulħadd jaf, l-imxija ta' din il- pandemija hi, qabel kollox, kwistjoni ta' saħħa pubblika. Fil-maġġoranza l-kbira tiegħu, dan is-settur huwa l-kompetenza tal-pajjiżi Ewropej, mhux tal-Unjoni. Fi it kliem, dan ifisser illi l-kura u s-servizzi mediċi pprovduti minn kull stat jiddependu mid-deċiżjonijiet nazzjonali, b'indħil Ewropew minimu. L-Unjoni, imbagħad, għandha poter limitat, per eżempju, billi taħdem fuq kampanji li jippromwovu stil ta' ħajja b'saħħtu, tinvesti f 'riċerka innovattiva u sostenibbli, kif ukoll f 'teknoloġiji u prattiċi ġodda. Minkejja li l-Unjoni Ewropea it li xejn tista' tinvolvi ruħha, din il-limitazzjoni ma żammitniex lura milli noffru għajnuna. Il-Kummisjoni Ewropea bħalissa qed tikkoordina komunikazzjoni bejn il-pajjiżi u l-industrija sabiex tassigura li kull pajjiż ikollu biżżejjed riżorsi mediċi, minn maskri u ingwanti għal ventilaturi tal-ossiġnu. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni qabbdet tim ta' esperti mediċi sabiex joffru parir dwar l-aqwa miżuri u linji gwida li nistgħu naddottaw fiċ-ċirkostanzi, u immobilizzat 80 miljun Euro f 'fondi speċifikament sabiex jinsab u jiġi prodott vaċċin għall-COVID-19. Iżda dan il-virus mhuwiex jolqot biss is- saħħa tagħna. B'mod tanġibbli, l-ekonomija ta' kull pajjiż diġà qed tħoss l-impatt tal- miżuri li kellhom jittieħdu biex niġġieldu l-imxija tiegħu. Hawnhekk ukoll qegħdin naħdmu fuq proposti qawwija sabiex il- politika ekonomika Ewropea tgħin lill-pajjiżi l-iktar milquta, b'mod immedjat. Ittaffew ir-regoli dwar l-għajnuna mill- istat, regoli iebsin ħafna li jorbtu idejn il-gvernijiet sabiex jassiguraw kompetizzjoni u ugwaljanza fis-suq. F'dawn iċ-ċirkostanzi, jidher ċar li l-gvernijiet se jkollhom jintervjenu f 'diversi setturi sabiex jerġgħu jqajmuhom ladarba inkunu ħlisna minn din il-marda. Estendejna l-iskop tal-Fond ta' Solidarjetà Ewropew sabiex ikun jista' jintuża anke f 'sitwazzjonijiet ta' emerġenza ta' saħħa pubblika. Dan ifisser illi l-iktar stati Ewropej milquta mill-COVID-19 jistgħu jikkwalifikaw għal riżorsi minn dan il-fond għat-tisħiħ tar-rispons mediku tagħhom, kif ukoll sabiex jipprevjenu ż-żieda fl-imxija tal-pandemija. Approvajna wkoll inizjattiva ġdida – b'tibdil fir-regoli dwar il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Unjoni Ewropea se tħalli xejn inqas minn €37 biljun fl-ekonomija Ewropea biex jmorru lejn is-sistemi tal-kura medika, l-intrapriżi żgħar u medji, servizzi tal- komunità, u skemi ta' xogħol għal perjodi żgħar. B'din l-inizjattiva, l-pajjiżi li ma jużawx uħud mill-fondi Ewropej allokati lilhom m'għandhomx għalfejn irodduhom lura lill- Unjoni Ewropea, u minflok jużawhom biex itaffu l-imxija tal-virus f 'pajjiżhom. Il-miżuri li ħadna fuq livell Ewropew huma suffiċjenti? Importanti niddiskutu dan, u personalment inħoss li għandna ħafna aktar x'nagħmlu, u fejn naħmu, fil-ġranet fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Iżda meta nikkundannaw l-Unjoni Ewropea b'mod tant assolut, bla ma lanqas biss ninfurmaw ruħna dwar x'verament qiegħed isir, ma nkunu qed nagħmlu xejn ħlief ngħinu lil min għandu interess li jarana mifrudin u waħidna, inkluż pajjiżi barra mill-Ewropa li qed ixerrdu tagħrif qarrieqi apposta. Fil-kuntest ta' dan kollu ċertament hemm lok ta' aktar solidarjeta' bejn il-pajjiżi Ewropej infushom. Rajna diversi eżempji pożittivi fejn pajjiżi wieġbu s-sejħa ta' oħrajn fil-kriżi. Iżda għandna pajjiżi Ewropej oħra li qed itellgħu l-barrieri biex provisti essenzjali ma jħallux l-'fruntiera' tagħhom; b'konsegwenza ta' dan qed iħallu Membri Stati oħra li huma fil-bżonn waħedhom. Dan hu nuqqas ta' solidarjeta' flagranti apparti theddida serja lejn is-suq ħieles. Fil-fond ta' dan, hemm imbagħad ir-realta' li s-suq Ewropew mhuwiex 'self-sufficient', hekk kif hu fatt magħruf li hemm dipendenza fuq importazzjonijiet mediċinali minn pajjiżi terzi bħaċ-Ċina u l-Indja. X'nagħmlu – u x'ma nagħmlux – illum ser jibqa' jidwi fix-xhur u snin li ġejjin. Fl- għaqda hemm is-saħħa, fis-sens sħiħ tagħha, u għalhekk irridu nibqgħu naħdmu għal Ewropa magħquda, solidali u effettiva. 16 opinjoni IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 • illum Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Josianne Cutajar L-Unjoni hi aħna L-Unjoni Ewropea se tħalli xejn inqas minn €37 biljun fl- ekonomija Ewropea biex jmorru lejn is-sistemi tal- kura medika, l-intrapriżi żgħar u medji, servizzi tal- komunità, u skemi ta' xogħol għal perjodi żgħar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020