Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 intervista illum • IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 tagħtina t-tama li aħna nissuperaw u Aħna għandna d-dover nobdu l-istruzzjonijiet kollha tal-awtoritajiet tas- saħħa. Il-parir tiegħi, u parir qawwi ħafna, huwa li kull wieħed u waħda minna nimxu skont dak li jgħidulna l-awtoritajiet tas- saħħa. Diġà qed jgħidulna pereżempju li m'għandniex ninġabru iżjed minn tliet persuni f 'postijiet pubbliċi u allura l-knejjes tagħna m'għandhomx ikunu lanqas okkażjoni biex jinġabru l-folol. Imma jekk wieħed jista' jmur supermarket u jżomm id-distanza, u jista' jmur f 'bank u jżomm id-distanza, ma narax għaliex ma jistax jidħol fi knisja u jżomm id-distanza. Kellek tieħu deċiżjoni dwar il-festi. Kulħadd jaf kemm il-festi huma importanti u għal qalb ħafna nies li jaħdmu s-sena kollha għalihom. Se nagħmillek mistoqsijiet li għamlu xi dilettanti tal-festa fuq il-midja soċjali it wara li tħabbru d-direttivi. Kien hemm min ma fehemx għaliex kellhom jitħassru l-festi interni, fis-sens li dawn (sfortunatament) ma jattendux għalihom il-folol ta' nies li jattendu għall-marċi. Għaliex anke l-festi interni kellhom ikunu ridotti għall-quddiesa waħda tal-festa? L-ewwel nett din il-mistoqsija tagħtini l-opportunità biex ninsisti li l-festi jsiru biss meta l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu l-permess biex nerġgħu nagħmlu funzjonijiet fil-knisja li jattiraw in-nies. Hemm parroċċi li għall- Quddiesa tal-festa ma jkunx hemm ħafna nies, imma hemm parroċċi fejn ikun hemm ħafna nies. Aħna qed insegwu l-parir u l-indikazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa u m'aħniex qed nagħmlu ċelebrazzjoniiet fil-knejjes. Mhu se jsiru l-ebda ċelebrazzjonjiet ta' festi fil-knejjes qabel ma jkunu jistgħu jsiru ċelebrazzjonijiet oħrajn fil-knejjes. Entitajiet, bħall-Għaqda Każini tal-Banda lmentaw għax ma kinux ikkonsultati. Ngħiduha kif inhi. Il-festi jiġġeneraw il- flus u l-kummerċ ukoll. Biss biss għandek bandisti/mużiċisti li fis-sajf ikollhom kważi part-time bil-festi. Se jkun hemm konsultazzjoni mal-Għaqda Każini tal- Banda? Fir-regolamenti, il-baned ma jissemmewx. Tista' tingħata l-possibbilità li almenu l-pellegrinaġġ ikun akkumpanjat minn banda waħda? Il-pellegrinaġġ se jkun pellegrinaġġ, mhux se jkun hemm nar u lanqas baned. Għal min laħaq ħadem in-nar, dan jista' jingħata ċ-ċans li jaħraq in-nar fil-ġurnata tal-festa? Lid-dilettanti tan-nar li nirringrazzjahom tar-rwol sabiħ li jkollhom f 'kull festa, jiena nagħtihom il-parir li jikkonsultaw l-awtoritajiet tal-Pulizija. Kif se jkun assigurat li kulħadd, inkluż il- każini tal-banda, li huma organizzazzjonijiet li jaħdmu indipendentament mill-Knisja, jimxu ma' dawn ir-regolamenti biex hekk kulħadd jimxi fuq l-istess linja? Il-baned iridu jobdu lill-awtoritajiet tal- Istat, u l-Knisja tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b'sens ta' responsabbiltà u kif meħtieġ. Ix-Xandiriet fil-Ġimgħa Mqaddsa Il-Ħadd 5 ta' April, 9:30 a.m: Ċelebrazzjoni ta' Ħadd il-Palm, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil- Kappella tal-Madonna ta' Manresa, fil- Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. It-Tnejn 6 ta' April, 5:30p.m: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju. It-Tlieta 7 ta' April, 5:30p.m: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju. Il-Ħamis 9 ta' April, Ħamis ix-Xirka: 9:30a.m: Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum. 5:30p.m: L-Arċisqof imexxi Quddiesa l-Ikla tal-Mulej u wara ħin ta' Adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni. 8:30p.m: l-Arċisqof imexxi mument ta' talb u riflessjoni bit-tema 'Seba' waqfiet ma' Ġesù'. Il-Ġimgħa 10 ta' April, il-Ġimgħa l-Kbira: 9:30a.m: Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum. 3:00p.m: L-Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej. 6:30p.m: l-Arċisqof jitlob il-Via Crucis. Is-Sibt 11 ta' April, Sibt il-Għid 9:30a.m: Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum. 8:30p.m: L-Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid. Il-Ħadd 12 ta' April, L-Għid il-Kbir 9:30 a.m: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu qed jixxandru fuq TVM jew TVM2, isit tal- Arċidjoċesi ta' Malta u anke fuq is-sit illum.com.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020