Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 Żomm dejjem il-kuntatt C M Y CM MY CY CMY K Coronavirus - New Advert Eng & Mlt - 2020 (5) Final.pdf 2 03/04/2020 12:26:53 Il-Kabinett japprova riforma estensiva mill- Ombudsman u l-Avukat Ġenerali sal-Ġudikatura ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela illi l-Gvern se jibgħat ittra teknika fil-ġranet li ġejjin, kif ukoll għandu laqgħa ma' żewġ Kummissarji Ewropej - illi fihom se jelenka sebgħa riformi importanti illi ġew approvati mill-Kabinett tal-Ministri fl-aħħar ġranet. Dawn ir-riformi qed ikunu mmexxija mill- Ministru Edward Zammit Lewis u jitrattaw il-ġustizzja u l-governanza, żewġ suġġetti li qajmu ħafna kontroversja fl-aħħar snin. Sorsi qrib il-Gvern li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi dan se jibgħat rapport tekniku lill-Kummissjoni Venezja kif ukoll se jiltaqa' mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Vera Jourova u mal-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders - u ma ' dawn se jiddiksuti sebgħa riformi li kienu diskussi u approvati mill-Kabinett fl- aħħar jiem. Sebgħa riformi fil-ġustizzja u governanza Is-sorsi mill-Gvern li tkellmu mal-ILLUM qalu illi r-riformi huma dawn: L-ewwelnett ir-riforma fl-Iddixxiplinar tal-Ġudikatura, sabiex din - inkluż it-tneħħija ta' ġudikant - titneħħa kompletament minn idejn il-politiku u titpoġġa fir-responsabilità tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. It-tieni riforma hija fil-Kummissjoni tal- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja stess. It-tielet hija riforma ta' kontinwazzjoni fil-proċess ta' separazzjoni bejn il-pulizija u allura l-qafas li jinvestiga u l-Avukat Ġenerali, bħala l-Prosekutur Pubbliku. Ir-raba' hija riforma li ser issir fl-Uffiċċju tal-Ombudsman Il-ħames riforma hija dik li ser issir fil-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni Is-sitt riforma hija f 'ħatriet ġenerali li sal-lum għadhom responsabilità tal-Prim Ministru waħdu, bħal per eżempju ħatriet f 'entitajiet. Dawn il-ħatriet issa se jsiru responsabilità tal-Kabinett kollu. U fl-aħħarnett, is-seba' riforma, hija dik li permezz tagħha ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Avukat Ġenerali bħala Prosekutur Pubbliku, se jibdew jaqgħu ukoll taħt l-iskrutinju tal-Qorti. 'Rikonċiljazzjoni u tisħiħ' Mitlub jagħti xi kummenti l-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis qal illi dawn ir- riformi se jkunu qed isiru biex isir tibdil kruċjali fi tliet aspetti. "L-ewwelnett l-importanza ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali," qal Zammit Lewis, hekk kif dawn ir-riformi huma frott tmiem ta' sena politika turbolenti u diviżiva ħafna f 'Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra. Mistoqsi huwiex qed jaħdem ma' kulħadd, inkluż ma' Repubblika li kienet voċifera ħafna fuq il-governanza u li mexxiet kampanja pjuttost effettiva kontra l-Gvern dwar dan il-qasam, Zammit Lewis qal li se joħroġ l-id tal-ħbiberija. "Se noħroġ l-id tal-ħbiberija lil kulħadd, hekk biss nistgħu nilħqu rikonċiljazzjoni." Il-Ministru kompla jgħid li dawn il- miżuri qed isiru wkoll biex jissaħħu l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, kif ukoll biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, barra minn xtutna. Edward Zammit Lewis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020