Illum previous editions

ILLUM 5 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

coronavirus 07 illum • IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 l-miljun u Malta tiddikjara emerġenza u miżuri dwar il-coronavirus Miżuri ġodda mħabbra mill- Gvern fl-aħħar ġimgħa Għawdex: Daqshekk vjaġġar mhux essenzjali bejn Malta u Għawdex. Apparti screening għad-deni li qed isir qabel ma wieħed jitla' fuq il-vapur, beda jsir screening biex ikun magħruf l-iskop li wieħed se jkun qed jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer. Vjaġġar se jkun permess biss għal raġunijiet ta': Xogħol, raġunijiet mediċi, biex wieħed iżur qraba rikoverati l-isptar, żjara lill-qraba, ġarr ta' merkanzija, ritorn fir-residenza ordinarja. Aktar multi: Gruppi ta' aktar minn tliet persuni f'postijiet pubbliċi mhux permessi. Min jinqabad jeħel multa ta' €100. Miżuri oħra mħabbra fil-jiem li għaddew u li jibqgħu fis-seħħ: Edukazzjoni: L-istituzzjonijiet edukattivi mhux se jerġgħu jiftħu għal din is-sena skolastika. L-eżamijiet O Level mhux se jsiru, minflok l-istudenti se jingħataw marka skont metodu ta' assessjar bbażat fuq l-eżamijiet mock. L-eżamijiet A Level u Intermediate jkunu posposti għal Settembru. Fil-każ tal-Università, l-eżamijiet se jsiru normali f'Ġunju, ħlief għal xi eċċezzjonijiet fejn il-prattika tat-tagħlim ma jkunx għadu sar. Għall- istudenti tal-MCAST l-assesjar se jsir onlajn jew permezz ta' assenjamenti. Persuni Vulnerabbli: Ma għandhomx joħroġu mid-dar, ħlief għal neċessitajiet, bħax-xiri ta' ikel u mediċina jew biex imorru għal appuntament mediku. Tapplika għal dawn: Persuni ta' aktar minn 65 sena, dijabetiċi fuq l-insulina, persuni li qegħdin fuq mediċina 'biological', pazjenti tal-kanċer f'dawn l-aħħar sitt xhur, persuni li għandhom 'imune supression', persuni li qegħdin fuq 'dialysis', nisa tqal, persuni li għandhom mard respiratorju u li fl-aħħar sitt xhur daħlu l-isptar, persuni b'mard tal-qalb u li fl-aħħar sitt xhur daħlu l-isptar jew li kellhom bżonn intervent kirurġiku, persuni li jmorru l-klinika tal-'heart failure', persuni li qegħdin fuq 'oral steriods.' Min jgħix magħhom ukoll imħeġġeġ jibqa' ġewwa Negozji u stabbilimenti magħluqa: Ħwejjeġ, ilbies sportiv, ġojjellerija, hand bags u prodotti tal-ġilda, costume jewellery u aċċessorji, żraben, nuċċalijiet mingħajr preskrizzjoni, fwejjaħ, prodotti tal-isbuħija, ħwienet tal-ħjata, purtieri u tapezzerija, tagħmir domestiku, ħwienet tas-souvenirs, stabbilimenti li joffru skontijiet, ħwienet tal-bagalji, ħwienet tal-ġugarelli, ħwienet tal-passatempi, għamara, ħwienet tal-pjanti/uri, vaping shops, barijiet, ristoranti, kafetteriji, snack bars, ċinemas, gyms, mużewijiet, wirjiet, klabbs, diskoteki, swieq fil-miftuħ, il-pixixni fil-magħluq, il-pixxina nazzjonali, l-istabbilimenti kollha tal-logħob, inkluż swali tal-bingo, casinos, ħwienet tal- gaming etċ. Multa ta' €3,000 għal kull min jinqabad jikser dawn ir-regoli Attivitajiet: L-attivitajiet kollha tal-massa ma jsirux inkluż dawk tal-futbol Vjaġġar: Wieqfa t-titjiriet kollha. Permessi biss titjiriet għall-merkanzija, raġunijiet umanitarji u għal każijiet ta' ripatrijazzjoni Anzjani: Iż-żjajar fid-djar tal-anzjani jkunu sospiżi sakemm jingħata avviż ieħor Mater Dei: Viżitatur wieħed ħdejn kull pazjent; Ħinijiet iqsar għall-viżitaturi: mill- 11:30 sa 12:00 u mill-17:00 sas-18:00 Kwarantina obbligatorja / iżolament • Spot checks u multa ta' €3,000 għal kull min jinqabad jikser il- kwarantina obbligatorja • Spot checks u multa ta' €10,000 għal kull pazjent tal-coronavirus li jinqabad jikser l-ordni ta' iżolament • Barranin li jgħixu u għandhom permess biex jaħdmu f'Malta, jekk jiksru l-kwarantina obbligatorja, se jeħlu l-multa, ikollhom il- permess tax-xogħol revokat u jiġu ddeportati lura mill-pajjiz. • Il-kwarantina obbligatorja jridu jsegwuha wkoll dawk kollha mitluba biex jagħmlu dan mill- awtoritajiet tas-saħħa minħabba li setgħu ġew esposti għall-virus, bħal dawk il-persuni li jgħixu fl-istess residenza ma' persuni li rriżultaw pożittiv għall-Covid-19 Appelli mill-Gvern mill- Awtoritajiet tas-Saħħa • Jekk mhux neċċessità, evita li toħroġ mid-dar • Jekk tħoss sintomi, tmur imkien. Ibqa' d-dar u ċempel 111 • Teleworking: jekk possibbli, aħdem mid-dar • Tfal: it-tfal ma għandhomx iżuru lill-anzjani, la dawk li jgħixu fir- residenzi tagħhom u lanqas dawk fid-djar tal-anzjani • Trasport Pubbliku: Tivvjaġġax bil- karozza tal-linja jekk ma tiflaħx Helplines 111: Ċempel BISS biex tistaqsi dwar xi sintomi li qed tħoss. Qabel żur is-sit covid19.gov.mt 153: Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri finanzjarji amministrati mid- Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali 144: Għal dawk li jridu tagħrif dwar il- miżuri finanzjarji amministrati mill-Malta Enterprise 21411411: Għal dawk li jinsabu fi kwarantina obbligatorja u għandhom bżonn xi ħtiġijiet 25981000: Għal domandi dwar is-settur edukattiv 21692447: Għat-turisti u l-lukandiera li għandhom bżonn jistaqsu dwar il-miżuri 25903030: Għall-anzjani li ma għandhomx min idur bihom u għandhom bżonn qadjiet ta' kuljum 2546911: Għall-kumpaniji tal-gaming li jeħtieġu informazzjoni u għajnuna 79241281: Għal dawk li jkollhom mistoqsijiet urġenti relatati mal-ħidma tal-Arċidjoċesi Każi relatati mas-safar • Malti ta' 30 sena. Kien il-Messiku u beda bis-sintomi dakinhar li wasal lura. Kien fi kwarantina. Qed isir kuntatt mal-passiġġiera li kienu miegħu fuq l-ajruplan • Maltija ta' 64 sena. Kienet l-Ingilterra. Kienet fi kwarantina • Ħaddiem tas-Saħħa ta' 30 sena. Ġie lura fl-10 ta' Marzu u dak iż-żmien il-kwarantina ma kinitx għada mandatorja, Huwa mar ix-xogħol bis-sintomi u sar kuntatt mal- kollegi, il-pazjenti u l-qraba. • Żewġt aħwa ta' 18 u 21 sena. Huma Ingliżi ġew Malta ħdejn il-qraba tagħhom. Dawn kienu fi kwarantina. Qed isir kuntatt mal- passiġġiera li kienu magħhom fuq l-ajruplan • Raġel ta' 24 sena u ieħor ta' 21 sena. Relatati ma' pazjent ieħor li bħalhom kien ġie mill-Ingilterra. Qed isir ukoll contact tracing mal- passiġġiera li kienu magħhom fuq it-titjira • Mara ta' 48 sena. Kienet il-Marokk. Din il-persuna kienet fl-istess grupp ma' pazjenta oħra li fl-aħħar jiem kienet irriżultat pożittiv. Sar kuntatt mal-kumplament tat-tour. • Malti ta' 28 sena li ġie mill-Ingilterra fit-18 ta' Marzu. Kien fi kwarantina • Żagħżugħ ta' 19-il sena li kien Franza. Kien fi kwarantina • Raġel ta' 55 sena. Jgħix l-Ingilterra iżda niżel lura Malta. Kien fi kwarantina • Maltija ta' 62 sena. Kienet l-Awstralja u waslet Malta mill- Ingilterra. Kienet fi kwarantina u kellha biss kuntatt ma' persuni li jgħixu magħha • Tfajla ta' 28 sena. Taħdem l-Ingilterra u kienet fuq cruise. Qabel niżlet Malta għamlet jumejn l-Ingilterra. Bdiet bis-sintomi fl- istess ġurnata li ġiet lura. Qed isir contact tracing mal-passiġġiera li kienu magħha fuq l-ajruplan • Raġel ta' 55 sena. Relatat ma' żewġ pazjenti oħra li kienu ġew mill- Ingilterra. Kien fi kwarantina Trasmissjoni lokali: Relatati ma' pazjenti oħra • Ħames persuni li huma kollha kemm huma relatati ma' pazjent ieħor, li meta kellu s-sintomi kien baqa' jmur għax-xogħol. Fil-fatt kien sar il-contact tracing, fejn saru t-testijiet fuq il-kollegi tiegħu li kellhom is-sintomi. Minn dawn tlieta rriżultaw fil-pożittiv u kien hemm żewġ persuni oħra li jiġu minn dawn it-tliet persuni u li ttieħdu minnhom. • Mara ta' 72 sena u raġel ta' 75 sena li huma l-ġenituri ta' pazjent ieħor. Kienu fi kwarantina u ma kellhomx kuntatt ma' persuni oħra • Tifla ta' tmien snin li hija bint persuna oħra li fl-aħħar jiem irriżultat pożittiv għall-coronavirus • Malti ta' 39 sena. Ma kienx imsiefer iżda jaħdem ma' kumpanija privata u kien hemm xi ħadd fuq ix-xogħol li kien imsiefer u kellu xi sintomi. Sar contact tracing fl-istess kumpanija • Mara Maltija ta' 53 sena. Din il-persuna ma sifritx iżda persuna li jiġi minnha siefer l-Ingilterra u kellu xi sintomi ftit wara. Dawn kienu fi kwarantina. Fl-istess familja, kien hemm persuna li kellu kundizzjonijiet mediċi u minflok baqa' magħhom fl-istess dar fi kwarantina, mar jgħix post ieħor • Malti ta' 33 sena. Identifikat fil- contact tracing li sar dwar każ ieħor pożittiv li kien relatat ma' safar. • Malti ta' 51 sena li rriżulta li dan beda bis-sintomi fit-30 ta' Marzu u kellu kuntatt ma' barrani li meta mar lura pajjiżu ġie kkonfermat bħala pożittiv • Malti ta' 62 sena u kien f'kuntatt ma' każ ieħor li huwa relatat ma' safar. Kien qiegħed fi kwarantina • Malti ta' 47 sena li jiġi minn pazjent ieħor li kien identifikat fil-jiem li għaddew u li s-sors tal-virus tiegħu mhux magħruf Trasmissjoni lokali: Sors mhux magħruf • Maltija ta' 35 sena. La kienet imsiefra u lanqas kellha kuntatti ma' persuni msiefra. Tgħix ma' żewġ membri tal-familja li kellhom xi sintomi. Il-mara qatt ma marret ix-xogħol bis-sintomi. • Maltija ta' 44 sena. Ma kinitx imsiefer. Kellha sintomi wieħed ta' nuqqas ta' togħma. Għaddej il-kuntatt mal-kollegi tagħha għax kienet fuq ix-xogħol. • Żagħżugħ ta' 23 sena li jaħdem il-Lidl. Mar ix-xogħol bis-sintomi. Sar contact tracing mal-kollegi u l-qraba tiegħu • Tfajla ta' 24 sena li bdiet bis-sintomi fl-20 ta' Marzu • Mara ta' 45 sena li bdiet bis-sintomi fid-29 ta' Marzu • Mara ta' 62 sena li kienet ilha ftit bis-sintomi fuqha • Maltija ta' 56 sena li bdiet bis- sintomi fid-28 ta' Marzu • Malti ta' 33 sena li beda bis-sintomi fid-29 ta' Marzu • Malti ta' 22 sena li beda bis-sintomi fit-30 ta' Marzu • Malti ta' 64 sena li beda bis-sintomi fis-26 ta' Marzu • Raġel ta' 42 sena li ma setax jidentifika meta bdew is-sintomi • Mara ta 22 sena li beda bis-sintomi fil-31 ta' Marzu • Malti ta' 33 sena li ma setax jidentifika meta bdew is-sintomi • Barranija residenti Malta ta' 27 sena bdiet bis-sintomi fid-29 ta' Marzu • Maltija ta' 65 sena li kienet Mater Dei u rriżultat pożittiva. Qed isir contact tracing tal-istaff u l-pazjenti l-oħra • Maltija ta' 23 sena li taħdem mal-ħaddiem tal-Lidl ta' Ħal Safi li rriżulta pożittiv din il-ġimgħa. Ħarġulha s-sintomi wara li l-istabbiliment kien magħluq, tpoġġew fi kwarantina l-kollegi tal-istess xift u ttieħdu l-miżuri kollha neċessarji mill-awtoritajiet tas-saħħa • Niġerjan ta' 33 sena residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far. Ma kienx qed joħroġ, lanqas għax- xogħol minħabba inċident li kellu. Il-persuni li jgħixu miegħu fl-istess kamra tpoġġew fi kwarantina. Qed isir kuntatt mal-kollegi • Taljana li tgħix Malta ta' 36 sena. Kienet se twelled tarbija ċesarja u bħalma jsir lill-pazjenti kollha li jidħlu Mater Dei sarilha t-test u rriżultat pożittiv. Ma kinitx qed tmur għax-xogħol u qed isir kuntatt mal-familja. • Anzjana ta' 74 sena. Daħlet Mater Dei dwar kundizzjoni oħra u sarilha t-test għax kellha s-sogħla • Malti ta' 50 sena. Żewġ persuni fl- istess familja għandhom is-sintomi u se jsirilha t-test • Malti ta' 46 sena. Qed isir contact tracing mal-familja tiegħu • Tifla ta' sentejn. Kellha d-deni u ħarġet pożittiva. • Żagħżugħ ta' 26 sena. Jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far. Ma għandux kuntatt dirett man- Niġerjan li rriżulta pożittiv fl-aħħar jiem iżda jgħix fl-istess żona. Ħames persuni li jgħixu viċin tiegħu tpoġġew fi kwarantina • Mara ta' 28 sena li tgħix Malta. Ma kinitx qed taħdem meta kienet bis-sintomi • Żagħżugħ ta' 24 sena. Sitt persuni li jgħixu miegħu tpoġġew fi kwarantina. Qed isir contact tracing fuq il-post tax-xogħol • Ħaddiem tas-saħħa ta' 31 sena. Fi kwarantina persuna li tgħix miegħu. Qed isir kuntatt mal- pazjenti u kollegi li setgħu kienu esposti • Raġel ta' 35 sena. Kien jgħix ma' tliet barranin oħra u tpoġġew fi kwarantina. Qed isir risk assessment fuq il-post tax-xogħol. • Anzjan ta' 66 sena li ddaħħal Mater Dei għal operazzjoni. Kellu xi sintomi u sarlu t-test. kuntatt mal- pazjenti u ħaddiema tas-saħħa li setgħu kienu esposti • Maltija ta' 40 sena. Ma kinitx qed tmur xogħol iżda qed isir kuntatt mal-famija tagħha. Tnejn minnhom rriżultaw negattiv. Ħarsa lejn il-każi ġodda f'Malta fl-aħħar ġimgħa (Mill-Ħadd) Miżuri mħabbra fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 April 2020