Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1231014
09 illum • IL-ĦADD 5 TA' APRIL 2020 analiżi żieda ta' 12% fir-rapporti bejn l-2017 u l-2018. Jonqos il-frodi iżda jibqa' wieħed mill- aktar reati komuni; Jiżdied ukoll il-ħasil tal-flus Matul l-2019 il-każi ta' frodi naqsu b'20% jew b'211-il każ. Minkejja dan, il- frodi jibqa' wieħed mill-ħames l-aktar reati komuni f 'Malta. Fil-fatt, matul l-2019, il-Pulizija investigat 821 każ ta' frodi, b'dan l-ammont jibqa' t-tieni l-ogħla rata ta' każi li ġew irrapportati f 'Malta, wara li bejn l-2017 u l-2018, il-frodi splodiet b'31% biex is-sena li għaddiet biss 1,032 persuns sfaw vittma. Il-ħasil ta' flus, li beda jkun ikkusidrat bħala kategorija distinta mir-rapport tal- 2017, irreġistra żieda ta' 9% fir-reati matul is-sena li għaddiet, biex b'kollox il-Pulizija kellha quddiemha 36 każ. Fl-2017, il-Pulizija investigat 17-il każ filwaqt li fl-2018 daħlulha 33 rapport. Aħbarijiet pożittivi għal San Ġiljan; Il-Belt trid toqgħod b'seba' għajnejn Wieħed mill-aktar punti interessanti ta' dan ir-rapport huwa dak marbut mar-rata tal-kriminalità f 'San Ġiljan li fl-aħħar sena kienet l-inqas li qatt kienet fl-aħħar 15-il sena. Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar snin, jirriżulta li r-rata ta' reati kriminali f 'San Ġiljan naqset minn 19.5% fl-2012 għal 9.1% fl-2019, jiġifieri inqas mir-rata ta' 10.6% li kienet irreġistrata fl-2017. Iżda r-rapport ma jieqafx hemm. Ma jfissirx li r-reati li naqsu f 'San Ġiljan ma marrux xi mkien ieħor u propju għalhekk li wieħed jeħtieġ jiem fejn ikunu "emigraw" ir-reati. Pereżempju l-Belt Valletta kienet bagħtit mhux ħażin minn dan iċ-ċaqliq tar-reati b'mod partikolari minħabba ż-żieda qawwija fir-reati ta' pickpocketing, anke jekk dan issa rreġistra tnaqqis sostanzjali. Il-Professur Formosa jispjega kif il- ħallelin u l-kriminali se jmorru fejn hemm l-opportunitajiet għalihom u l-inqas riskju. Fil-fatt, il-Belt Valletta ma tantx għandha għaliex isserraħ rasha, anke għax aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed issir lokalità magħrufa għad-divertiment u r-rikreazzjoni u għalhekk se tattira aktar nies u dan, fost fatturi oħra, se joħloq aktar opportunitajiet għall-kriminali. Madanakollu, ir-rapport stess jinnota li l-infurzar tal-liġi f 'dawn il-lokalitajiet u l-preżenza tal-Pulizija qed iservi ta' detterent kif jidher mill-għadd ta' rapporti fl-2019. Kordin iffullat wisq; Lura għas-sitwazzjoni tal-2012 Ir-rapport jagħmel ukoll twissija dwar il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, b'Saviour Formosa jinnota li s-sitwazzjoni reġgħet spiċċat dik ta' qabel l-2012, bl-għadd ta' residenti huwa ogħla minn dik magħrufa bħala Psyschological Threshold ta' 600 resident. Fil-fatt, f 'kull rapport, il-Professur Formosa jinsisti li l-għadd ta' residenti f 'Kordin ma għandux jaqbeż is- 600 resident u dan għall- ġid tar-residenti infushom u l-effettività tal-faċilità korrettiva. Skont ir-rapport, sat-8 ta' Novembru 2019, fil-ħabs kien hemm 815-il priġunier u sal-aħħar tas- sena kien hemm 745 resident, 682 raġel u 63 mara. Ta' min ifakkar li l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hija l-uniku faċilità korrettiva f 'Malta u tilqa' fiha kemm l-irġiel u anke n-nisa, kemm lill-Maltin u l-barranin u kemm dawk li għandhom sentenza u dawk li l-proċeduri tagħhom għadhom għaddejja. Dawk li għadhom taħt l-età jinsabu f 'faċilità oħra fl-Imtaħleb. Min kienu l-vittmi? L-aktar grupp ta' persuni li sfaw vittmi tal-kriminalità kienu dawk li għandhom bejn l-40 u d-59 sena. 60.7% tal-vittmi kienu rġiel. In-nisa sfaw l-aktar vittmi tal-ħsarat, is-serq u każi ta' natura ċivili, vjolenza domestika, insulti u theddid. Min-naħa l-oħra, l-irġiel sfaw l-aktar vittmi ta' ħsarat, seraq, każi ta' natura ċivili, ġrieħi, insulti, theddid u frodi Matul l-2019, il-maġġoranza tal-vittmi, 78.6%, kienu residenti Maltin. Isegwuhom it- Taljani, għall- kuntrarju ta' dak li sab ir- rapport is-sena ta' qabel, fejn wara l-Maltin, l-aktar li sfaw vittmi kienu l-Ingliżi. Is-sena li għaddiet ukoll, apparti l-Maltin u t-Taljani, l-aktar vittmi komuni kienu l-Libjani, il-Bulgari u s-Sirjani. Din hija bidla interessanti meta wieħed iqis li fir-rapport dwar l-2018, wara l-Maltin u l-Ingliżi, l-aktar vittmi komuni kienu l-Franċiżi, il-Ġermaniżi u l-Ispanjoli. Il-vittmi kollha tar-reati kriminali tas-sena li għaddiet kienu ġejjin minn 161 pajjiż. 42 VETTURA KULL XAHAR QED JINSTERQU 15,589 In-numru tar-rapporti fl-2019 336 reat kriminali inqas mill-2018 819 rapporti marbuta ma' pickpock- eting 330 reat inqas ta' pickpocketing mill-2018 513 L-għadd ta' rapporti dwar serq mill-karozzi 925 Rapporti marbuta ma' ġrieħi fuq il-persuni 20% (211 każ) Kemm naqsu r-rapporti marbu- ta mal-frodi f 'sena 821 L-għadd ta' reati ta' frodi li inves- tigat il-Pulizija fl-2019 54% (189 każ) Kemm naqsu r-rapporti marbu- ta mad-droga f 'sena 1,326 L-għadd ta' reati marbuta mal-vjolenza domestika 647 L-għadd ta' reati marbuta mas- serq mid-djar 21% (25 każ) Kemm żdiedu r-rapporti marbu- ta mal-offiżi sesswali 9% (36 każ) Kemm żdiedu r-rapporti marbu- ta mal-ħasil tal-flus L-aktar numri importanti tar-rapport