Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 illum • IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2020 aħbarijiet ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Familja li tkellmet mal-gazzetta ILLUM qalet illi tinsab mħassba u nkwetata immens dwar membru tal-familja li għandu d-dimensja u li qed isibha diffiċli biex jgħix ħajtu bħalissa, mhux biss minħabba l-kundizzjoni tiegħu iżda wkoll minħabba illi suppost ma joħroġx mid-dar minħabba li għandu 84 sena u allura huwa vulnerabbli. "Dan ir-raġel jiġi n-nannu tal-għarusa tiegħi, huwa klinikament ippruvat li għandu d-dimensja, fil-fatt qabel dan kollu tal-coronavirus kienu kitbuh biex jidħol f 'home. Jgħix mas-sieħba tiegħu li għandha 70 sena u jgħixu f 'darha," jispjega mal- ILLUM. Huwa jkompli jispejga illi din il- persuna bid-dimensja, tgħix mas-sieħba għax ma jiftakarx li hu għandu dar u meta jaraha lanqas jinduna li dik hija d-dar tiegħu. Ikompli jispjega ma' din il-gazzetta kif qabel kienu joħorġu għal kafè, biex jixtri l-gazzetti u xi mixja żgħira, "imma issa m'għadhomx u ma jistgħux. Is-sieħba tiegħu għandha 70 sena u bħalu hija meqjusa persuna vulnerabbli għall-Covid-19." Hu jgħid illi qed jispiċċa joħroġ kważi kuljum. "Ma tistax tikkonvinċieh jibqa' ġewwa. Ġie fi stat fejn jaħseb li kulħadd qed jikkonfoffa kontrieh, jgħidilna li l-virus mhux vera jeżisti. Kuljum iċċemplilna s-sieħba tiegħu u tgħidilna li ħarab, kuljum ngħixu fil-biża'. Jgħid li t-tfal tiegħu, kważi kollha jbatu minn xi kundizzjoni u dan iktar jikkumplika l-affarijiet biex imorru jarawh u jieħdu ħsiebu. "Kuljum infehmuh li hawn il-virus u x'inhu l-virus. Ġieli nżommuh milli jipprova jitla' f 'tal-linja..." Jgħid illi minkejja li m'għandux sintomi, għandu bżonn xi forma ta' għajnuna. "Il-homes qalulna li għalissa mhux se jaċċettaw nies ġodda u tifimha, imma għandu bżonn xi forma ta' attenzjoni," jgħid mal-ILLUM, b'leħnnu jixhed l-inwkiet u t-tħassib tal-familja. 'Organizza l-attivitajiet li persuna tħobb tagħmel, involvihom ...' Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- Professur Charle Scerri, Speċjalista fil- qasam tad-Dimensja. Huwa jgħid li ħafna drabi l-persuna tkun iddejqet ġewwa, kif qed tiddejjaq kwalunkwe persuna u allura tkun trid toħroġ. Għalhekk, jispjega Scerri, huwa importanti li jsiru attivtajiet li jinteressaw lill-persuna u li kemm jista' jkun jinvolvuha fil-ħajja ta' kuljum id-dar- minn ħaġa sempliċi bħat-tisjir għal passatempi tal-persuna. "Organizza, kemm tista' attivitajiet bħal mużika, kulħadd iħobb il-mużika. Jekk iħobb il-futbol araw xi logħba. Hawn ħafna nies bid-dimensja - mhux biss fid-djar - illi jqattgħu ġurnata sħiħa ma jagħmlu xejn." Insemmulu dan il-każ partikolari li wasal għand l-ILLUM u nfakkruh li din koppja ta' aktar minn 70 sena, fejn il-persuna b'dimensja għandu 84 sena. "Iktar u iktar. Min jaf x'ħajja kellu, kemm mar postijiet, kemm ra affarijiet. Ara kemm tista' taqsam esperjenzi," jgħid il- Professur Scerri. 'Ix-xamm jevoka ħafna memorji' Huwa jgħid li fejn persuna ma tkunx tista' tikkomunika sew, wieħed għndu juża l-kuluri u s-sens tax-xamm. "Bix-xamm tevoka ħafna memorji. Jiena meta nxomm il-ħabaq, niftakar meta konna mmorru l-Armier u n-nanna tagħmlilna l-ħobż biż-żejt, bil-ħabaq. Riħa ta' ikel differenti, ta' affarijiet ... kollox tista' tuża' biex tikkomunika. Is-sens tax-xamm jibqa' hemm anke fi stat avvanzat ta' dimensja." Huwa jgħid li ħafna nies bid-dimensja jikkomunikaw b'ġisimhom - body language - jew inkella bl-espressjonijiet ta' wiċċhom u wieħed għandu jkun konxju ta' dan. Jappella wkoll biex ma titkellmux ma' persuni bid-dimensja dwar memorji koroh u tad-dwejjaq. "Ħafna drabi jkunu jridu joħorġu għax jiddejqu ġewwa," jispjega Charles Scerri. Scerri itemm jgħid li ħafna drabi persuna bid-dimensja jkollha bżonn u meta dak il-bżonn ma jkunx qed jiġi sodisfatt joħorġu u jfittxu. Għalhekk persuni bħal dawn il-familji jridu jaraw li dak il-bżonn qed jiġi sodisfatt. Alzheimer Europe fil-fatt, li Scerri huwa Viċi Chairman tagħha, tgħid ċar fil-gwida tagħha għal dawk li qed jieħdu ħsieb persuni bid-dimensja bħalissa illi "dak li jgħodd huwa illi persuna bid- diemnsja tħoss sens ta' inklużjoni f 'dawk l-affarijiet li jkunu qed iseħħu d-dar." Intant dawk kollha li jixtiequ l-għajnuna jistgħu jċemplu fuq 1771 jew jibgħatu email fuq: info@ maltadementiasociety.org.mt 'Jaħsibna qed nikkonfoffaw kontrih, jgħidilna mhux vera jeżisti l-Covid-19 ... qed ngħixu fil-biża'' Familja li qed tesperjenza r-realtà tad-dimensja bħalissa. Jitkellmu mal-ILLUM dwar l-esperjenza li qed jgħaddu minnha.... Il- Professur Charles Scerri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020